Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Tweġiba Għandu jkun faċli li jiġi rtirat kunsens daqs kemm hu faċli li jingħata. Jekk il-kunsens jiġi rtirat il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ma tkunx tista' tipproċessa aktar id-data. Meta l-kunsens jiġi rtirat, il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek trid tiżgura li d-data titħassar sakemm ma tkunx tista' tiġi pproċessata fuq il-bażi ta' raġuni legali oħra (pereżempju ir-rekwiżiti tal-ħażna jew sa fejn tkun neċessarja biex jitwettaq il-kuntratt). Jekk id-data kienet qed tiġi pproċessata għal diversi finijiet il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ma tistax tuża d-data personali għall-parti tal-ipproċessar li għalih ikun ġie rtirat il-kunsens jew għal kwalunkwe fini, skont in-natura tal-irtirar tal-kunsens. Eżempju Inti qed tipprovdi newsletter onlajn. Il-klijenti tiegħek jagħtuk il-kunsens tagħhom biex jabbonaw għan-newsletter onlajn li jippermettilek tipproċessa d-data kollha dwar l-interessi tagħhom biex tibni profil ta' x'artikli jikkonsultaw. Sena wara, jinformawk li ma jixtiqux jirċievu aktar in-newsletter onlajn. Inti għandek tħassar id-data personali kollha relatata ma' dik il-persuna miġbura fil-kuntest tal-abbonament għan-newsletter mill-bażi ta' data tiegħek, inkluż il-profil(i) relatati ma' dik il-persuna. Referenzi Artikolu 7; Premessi 32, 33, 42, 43, 58 Linji gwida tal-EDPB dwar il-Kunsens skont ir-Regolament 2016/679