Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Pjattaforma Fit for Future tiġbor fiha żewġ gruppi: il-grupp tal-Gvernijiet u l-grupp tal-Partijiet Ikkonċernati.

Il-grupp tal-Gvernijiet huwa magħmul minn rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali mill-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll mill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kumitat tar-Reġjuni se juża n-network RegHub tiegħu ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali, u l-esperjenza tagħhom fil-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-post.

Il-grupp tal-Partijiet Ikkonċernati huwa magħmul minn esperti dwar ir-regolamentazzjoni aħjar li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet tan-negozju u mhux governattivi, flimkien mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.