Il-parir minn esperti esterni
Il-Kummissjoni stabbilixxiet reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u ta' entitajiet simili oħrajn li jagħtuha pariri u għarfien espert fir-rigward ta':
• It-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi u ta' inizjattivi ta' politika;
• It-tħejjija ta’ atti delegati;
• L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-programmi u l-politiki tal-Unjoni;
• Fejn meħtieġ, it-tħejjija bikrija ta’ atti ta’ implimentazzjoni, qabel jiġu sottomessi lill-kumitati
skont ir-regolament (UE) Nru 182/2011.
Għal kull grupp, ir-Reġistru jipprovdi informazzjoni bħad-dipartiment tal-Kummissjoni li qed imexxi l-grupp, kif ukoll il-missjoni, il-kompiti u s-sħubija tal-grupp. Ir-Reġistru jinkludi wkoll dokumenti rilevanti li huma prodotti u diskussi mill-gruppi, inklużi l-minuti ta' laqgħat, l-aġendi u r-rapporti ta' attività