Il-bandiera Ewropea hija waħda mill-aktar simbolili jintgħarfu fl-Ewropa u madwar id-dinja.
Għal aktar minn 40 sena, il-bandiera ispirat miljuni ta’ nies madwar il-kontinent biex jingħaqdu flimkien u jaħdmu għal għanijiet komuni.
Il-bandiera tagħna tissimbolizza l-valuri tal-għaqda, tas-sliem, tad-demokrazija, u tas-solidarjetà. Tirrappreżenta wkoll l-identità komuni tagħna ffurmata minn sekli ta’ kunflitt u firdiet, u l-opportunitajiet u l-ġejjieni komuni li għandna quddiemna.
Illum il-ġurnata, il-bandiera Ewropea tinsab ukoll fil-qalba tal-identità viżiva tal-Kummissjoni, bil-bandiera famuża tidher fiċ-ċentru tal-logo uffiċjali tagħha.

L-istorja tal-bandiera Ewropea fil-qosor
Dik li kellha ssir il-bandiera Ewropea, bdiet tintuża bħala l-bandiera tal-Kunsill tal-Ewropa fl-1955. Tliet deċennji wara, fl-1985, l-istituzzjonijiet Ewropej għażlu li jadottaw din l-istess bandiera bħala l-bandiera tal-Ewropa. Fid-29 ta’ Mejju 1986, il-bandiera Ewropea ttellgħet għall-ewwel darba barra l-binja Berlaymont fi Brussell, is-sede tal-Kummissjoni Ewropea.
Erbgħin sena wara, il-bandiera Ewropea għadha tirrappreżenta l-aspirazzjonijiet ta’ miljuni ta’ Ewropej għal kontinent magħqud fis-sliem, fil-prosperità, u fir-rispett għad-dinjità tal-bniedem. Ejjew niżguraw li tkompli tperper b’sens ta’ kburija.
- Diċembru 1955
Il-Kunsill tal-Ewropa, organizzazzjoni internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem separata mill-UE, jadotta l-bandiera bħala l-emblema uffiċjali tiegħu.
- April 1983
Il-Parlament Ewropew jipproponi li l-bandiera tiġi adottata għall-Komunitajiet Ewropej, li aktar tard saru l-UE.
- Ġunju 1985
Il-Kunsill Ewropew jadotta d-disinn tal-bandiera Ewropea għall-Komunitajiet Ewropej, bl-istatus uffiċjali ta’ logo.
- Mejju 1986
Il-bandiera Ewropea tittella’ għall-ewwel darba barra l-binja Berlaymont, is-sede tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell.
- Jannar 2002
L-ewro jibda jiċċirkola fil-forom ta’ karti tal-flus u muniti fi 12-il pajjiż tal-UE. Il-bandiera tidher fuq il-karti tal-flus tal-euro bħala simbolu tal-identità Ewropea.
- Novembru 2015
Tinħareġ munita kommemorattiva tal-ewro biex timmarka t-30 sena minn mindu l-UE adottat il-bandiera.
“Ħallu l-ilwien tal-Ewropa jperpru u jalla din il-bandiera blu u lewn id-deheb tkun għaċ-ċittadini kollha tagħha s-simbolu ta’ tama sostnut il-ħin kollu mill-ideal tagħna u milt-taqbida tagħna.”
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jacques Delors, fid-diskors tiegħu waqt iċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-bandiera fid-29 ta’ Mejju 1986
Fejn tista’ tilmaħ il-bandiera llum
Fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, tiltaqa’ mal-bandiera f’ħafna postijiet:
- quddiem il-kunsilli lokali, il-binjiet tal-gvern, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, l-universitajiet, il-pjazez pubbliċi, u r-rappreżentanzi diplomatiċi
- fuq wieħed mill-ħafna proġetti u inizjattivi li l-UE tappoġġa, jew fuq l-għajnuna pprovduta fi żminijiet ta’ bżonn jew diżastru — fil-pajjiżi tal-UE u madwar id-dinja
- fuq il-passaport tiegħek u fuq il-karti tal-euro li għandek fil-kartiera
- fil-kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali bħal-Laver Cup tat-tennis, il-Golf Ryder Cup, iċ-Champions League tal-UEFA, jew il-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024
- barra mill-Unjoni Ewropea, fejn ħafna nies iperpruha minħabba dak li tirrappreżenta. Mill-Ukrajna fl-2014 sal-Georgia fl-2024, ħafna huma dawk li b’kuraġġ xejru l-bandiera għax imxennqin biex iqarrbu lin-nazzjonijiet tagħhom lejn il-proġett Ewropew.


Inauguration of the European flagThe European Flag being brought by a group of youths for the hoisting ceremony 

Open day 2026 promotional photosChildren participating in the EU Open Doors Day 2026 

Open Doors Day at the European Institutions 2026General view of visitors touring the exterior stands 

Romania joining the Schengen area - CalafatView of the border crossing point between Bulgaria and Romania in Calafat 

Kids holding Ukraine and EU flagsKids holding Ukraine and EU flags 

The Berlaymont Building and European FlagsEuropean flags fluttering in front of the Berlaymont Building 

Europe Day sport celebrations in ItalyEurope Day celebrations during an Italian football league (Serie A) match 

Paris Olympics - Eiffel Tower with EU flagParis Olympics - Eiffel Tower with EU flag 

Installation of the banner 'Democracy, protect what matters' on the front of the Berlaymont buildingView of the new banner on the Berlaymont building 

European pet passportA dog holding its European pet passport 

Open Doors Day at the European InstitutionsFlag throwers in front of the European Commission building 

Tbilisi, capital of GeorgiaA man walking down a street adorned with graffiti featuring the flags of the European Union and Georgia 

The EU’s response to the explosion in BeirutECHO team member visiting the port area which was heavily damaged in the blast 

Participation of the Members of the College in the plenary session of the European Parliament General view of the European Parliament hemicycle
Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 3 Ġunju 2026


