Page contents Page contents L-għoti ta’ protezzjoni u sikurezza lill-persuni LGBTIQ Il-persuni leżbjani, gay, bisesswali, trans, intersesswali u queer (LGBTIQ) fl-UE jsofru diskriminazzjoni, mibegħda, u fastidju kuljum. Dan jista’ jwassal għal effetti dannużi għall-benesseri fiżiku, mentali u emozzjonali. Irridu nistinkaw biex nipproteġu d-drittijiet u s-sikurezza tal-persuni LGBTIQ.Għal diversi persuni fl-UE, għadu mhux sikur li juru bil-miftuħ l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom u li sempliċiment ikunu huma nnifishom mingħajr ma jħossuhom mhedda. Għadd importanti ta’ persuni LGBTIQ huma wkoll f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Mhux kollha jħossuhom sikuri li jirrapportaw abbuż verbali u vjolenza fiżika lill-pulizija.L-UE trid tkun fuq quddiem nett fl-isforzi biex tipproteġi aħjar id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ u tippromwovi b’mod attiv l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni fl-Istati Membri kollha. 64% tar-rispondenti LGBTIQħassew li ġew diskriminati talli huma LGBTIQ72% tal-Ewropejjaqblu li ż-żwiġijiet bejn l-istess sess għandhom ikunu permessi fl-UE kollha43% tal-persuni LGBTIQesperjenzaw fastidju minħabba li huma LGBTIQKważi nofs l-irġiel trans u n-nisa transesperjenzaw xi tip ta’ prattika ta’ “konverżjoni” Sorsi: Ewrobarometru 2023, stħarriġiet tal-2019 u tal-2024 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2026–2030 Fuq il-bażi tal-kisbiet li saru fl-ambitu tal-ewwel strateġija tagħha dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ, fl-2025 il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta’ ħames snin biex tindirizza l-inugwaljanzi persistenti li l-persuni LGBTIQ iħabbtu wiċċhom magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.L-istrateġija l-ġdida tagħti attenzjoni partikulari lill-qerda tal-mibegħda u tal-vjolenza, kemm online kif ukoll fil-ħajja reali. Tippreżenta azzjonijiet biex il-persuni LGBTIQ jingħataw il-kapaċità li jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoni u hija orjentata lejn il-projbizzjoni tal-prattiki ta’ “konverżjoni”. L-istrateġija ssaħħaħ ukoll il-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili biex jiġi żgurat li kulħadd ikun involut fil-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni LGBTIQ fl-oqsma kollha ta’ ħajjithom. L-istrateġija tiffoka fuq tliet pilastri: Il-protezzjoni tal-persuni LGBTIQL-għoti tal-kapaċità lill-persuni LGBTIQ biex jgħixu ħajjithom fil-milja tagħhaL-involviment tas-soċjetà biex, flimkien, naħdmu għal aktar ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ Ħarsa lejn il-progress li sar fuq l-istrateġija dwar l-LGBTIQ 2020–2025Fl-2020, il-Kummissjoni adottat l-ewwel strateġija li qatt saret dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ. Din kienet immirata biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi li jaffettwaw lill-persuni LGBTIQ, biex tiġi integrata l-ugwaljanza tal-LGBTIQ fl-oqsma kollha tal-politika, u biex tgħin biex jinstemgħu l-ilħna tal-persuni LGBTIQ. Ir-rapport ta’ progress tal-2023 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija juri li l-mibegħda u n-narrattivi kontra l-persuni LGBTIQ infirxu b’mod wiesa’ fis-soċjetajiet Ewropej f’dawn l-aħħar snin. Il-Kummissjoni ħadet miżuri biex tindirizza dan u ma qagħditx lura milli tibda proċeduri ta’ ksur f’każijiet fejn id-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ inkisru.Għalkemm il-progress jista’ jieħu ż-żmien, ħafna mill-miżuri li jinsabu fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 twettqu jew qed jiġu implimentati bl-għan li jintegraw l-ugwaljanza fil-politiki, fil-leġiżlazzjoni u fil-programmi ta’ finanzjament kollha tal-UE, u li jkomplu jippromwovu approċċ intersezzjonali u attenzjoni għall-persuni LGBTIQ. Appoġġ għall-persuni LGBTIQ Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja finanzjarjament proġetti li jippromwovu l-ugwaljanza tal-LGBTIQ, pereżempju permezz tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV). Barra minn hekk, 5 organizzazzjonijiet umbrella tal-LGBTIQ jirċievu appoġġ finanzjarju dirett permezz ta’ għotjiet tas-CERV:ir-Reġjun Ewropew tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Leżbjani, Gay, Bisesswali, Trans u Intersesswali (ILGA Europe)l-Organizzazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ u l-Istudenti Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneru u Queer (IGLYO)Transgender Europe (TGEU)Organisation Intersex International Europe (OII Europe)Eurocentralasian Lesbian* Community (EL*C)Il-programmi tas-CERV se jibqgħu għaddejjin sal-2027. Fil-qafas tal-baġit fit-tul il-ġdid tal-UE, se jiġi pprovdut finanzjament fl-ambitu tal-element CERV+ tal-programm AgoraEU. Dan se jkun jinkludi sa €3.6 biljun għad-difiża tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni, għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika. Aktar informazzjoni dwar il-finanzjament u dwar sejħiet ġodda għal proposti Testimonjanzi Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata wkoll li tixxerja testimonjanzi bil-video ta’ stejjer personali minn persuni LGBTIQ fl-Ewropa kollha. #EU4LGBTI stories - Sasi and Oliver#EU4LGBTI stories - Sasi and Oliver#EU4LGBTI stories - Ewa, Krystyna and Suzanne#EU4LGBTI stories - Ewa, Krystyna and SuzanneAgħlaq Protezzjoni legali għall-persuni LGBTIQ Il-liġi tal-UE li tiżgura protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni hija essenzjali għall-avvanz tal-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ.Il-leġiżlazzjoni tal-UE bħalissa tipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali fl-impjieg u fix-xogħol: inklużi l-aċċess għall-impjiegi; it-trattament negattiv u l-intimidazzjoni minn kollegi; u l-aċċess għall-promozzjonijiet u għat-taħriġ. L-Unjoni Ewropea hija ffukata fuq l-infurzar u t-titjib tal-protezzjoni legali għall-persuni LGBTIQ f’diversi oqsma ewlenin, inklużi: It-tisħiħ tal-protezzjoni legali għal persuni LGBTIQ kontra reati ta’ mibegħda, diskors ta’ mibegħda u vjolenza L-iżgurar tad-drittijiet u t-titjib tal-protezzjoni tal-persuni LGBTIQ u tal-familji f’sitwazzjonijiet transfruntieri Il-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti u tal-applikanti LGBTIQ għal protezzjoni internazzjonali Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE meta jimplimentaw il-liġi tal-UE. Id-drittijiet fundamentali huma normalment protetti wkoll mill-kostituzzjoni ta’ pajjiżek. Jekk tħoss li d-drittijiet tiegħek għall-ugwaljanza qed jinkisru, ara kif tista’ tressaq ilment fil-livell nazzjonali. Links relatati Aktar informazzjoni dwar il-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-LGBTIQ L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Il-liġi tal-UE li tiżgura protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni hija essenzjali għall-avvanz tal-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ.Il-leġiżlazzjoni tal-UE bħalissa tipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali fl-impjieg u fix-xogħol: inklużi l-aċċess għall-impjiegi; it-trattament negattiv u l-intimidazzjoni minn kollegi; u l-aċċess għall-promozzjonijiet u għat-taħriġ.