Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Ħarsa ġenerali lejn il-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri

Dan il-programm għandu l-għan li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet u l-valuri kif minquxin fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali b’mod partikolari billi jappoġġja organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

Il-programm CERV fil-qosor

Il-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) tnieda fl-2021 u se jibqa’ għaddej għal seba’ snin sal-2027. Inħoloq flimkien mal-Programm dwar il-Ġustizzja 2021-2027 taħt il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri.

Il-programm CERV għandu l-għan li jappoġġja u jiżviluppa soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, ugwali u inklużivi bbażati fuq l-istat tad-dritt. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti u awtonoma, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-persuni u l-kultivazzjoni tad-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri, l-istorja u l-memorja komuni tagħna.

Il-programm CERV għandu erba’ pilastri:

  1. L-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri – il-promozzjoni tad-drittijiet, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza (inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri), u l-avvanz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni
  2. L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini - il-promozzjoni tal-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, l-iskambji bejn iċ-ċittadini ta’ Stati Membri differenti, u s-sensibilizzazzjoni dwar l-istorja komuni Ewropea
  3. Daphne - il-ġlieda kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza kontra t-tfal
  4. Il-valuri tal-Unjoni - il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra, jistgħu japplikaw biex jirċievu finanzjament mill-programm CERV għal inizjattivi mmirati lejn l-involviment taċ-ċittadini, l-ugwaljanza għal kulħadd u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-valuri tal-UE.

Hawnhekk tista’ tapplika għall-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV).

Għall-aħħar aħbarijiet dwar opportunitajiet ta’ finanzjament u proġetti ffinanzjati taħt il-programm CERV u l-programm dwar il-Ġustizzja, irreġistra hawnhekk biex tirċievi n-newsletter dwar il-finanzjament fuq bażi regolari.

Ħafna pajjiżi għandhom ukoll punt ta’ kuntatt nazzjonali biex jgħinu lill-applikanti u lill-benefiċjarji b’mistoqsijiet u kwistjonijiet relatati mal-programm CERV (inkluż kif tapplika għall-finanzjament). Tista’ tara l-lista ta’ Punti ta’ Kuntatt tas-CERV hawn.

Jekk pajjiżek għad m’għandux punt ta’ kuntatt nazzjonali tas-CERV, ħossok liberu li tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura (EACEA).

Dokumenti

  • 2 DIĊEMBRU 2025
CERV Indicative Planning 2026

 

  • 2 DIĊEMBRU 2025
CERV Work Programme 2026-2027

 

  • 3 SETTEMBRU 2024
CERV indicative call planning 2025

 

  • 5 ĠUNJU 2025
Non-substantial modification of the CERV work programme 2023-2025

 

  • 23 LULJU 2024
CERV work programme for 2023-2025

 

  • 1 DIĊEMBRU 2022
CERV work programme 2023-2024

 

  • 15 DIĊEMBRU 2023
CERV indicative call planning 2023 2024

 

  • 19 APRIL 2021
CERV 2021-2022 work programme

 

  • 23 FRAR 2023
Decision authorising the use of lump sums for actions under CERV
  • 18 MARZU 2024
CERV National Contact Points 2025 - update 24 November 2025
  • 22 MARZU 2022
Evaluation report on the 2014 - 2020 REC programme
  • 8 DIĊEMBRU 2023
Keeping Children Safe: The International Child Safeguarding Standards
  • 21 NOVEMBRU 2024
Declaration on Honour regarding CPP by public entities
  • 1 DIĊEMBRU 2022
Commission Implementation Decision CERV 2023/2024