Aktar opportunitajiet għan-nies u kwalità tal-ħajja mtejba Children play in an AirBubble, an innovative playground providing clean air thanks to algae that absorb pollutants and carbon dioxide and in return produce oxygen, in Warsaw, Poland. Photo by Wojtek Radwanski / AFP via Getty ImagesIt-tkabbir ħoloq aktar opportunitajiet għaċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha biex jistudjaw u jaħdmu fl-UE. Mill-2004 ’l hawn, aktar minn 2.7 miljun persuna mill-10 pajjiżi laqgħu l-opportunità li jitgħallmu u jgħallmu barra minn pajjiżhom. Fl-istess ħin, bis-saħħa tal-programm Erasmus+, aktar minn 600,000 żagħżugħ u żagħżugħa minn pajjiżi oħra tal-UE studjaw fl-universitajiet tagħhom.Mill-10 Stati Membri li ssieħbu fl-2004, disgħa huma kompletament parti miż-żona Schengen, l-akbar żona ta’ vjaġġar ħieles fid-dinja, li tiggarantixxi vjaġġar bla xkiel u sigur. Qed tkompli l-ħidma biex Ċipru jiġi integrat aktar fiż-żona Schengen filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċjali tiegħu.Matul dawn l-aħħar 20 sena, l-UE għamlet passi sinifikanti fid-drittijiet soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa u ambjentali, il-ġestjoni tal-iskart, id-drittijiet tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, fost l-oħrajn, u għenet biex tittejjeb il-kwalità ġenerali tal-ħajja tan-nies.L-10 pajjiżi li ssieħbu fl-2004 mhux biss ibbenefikaw minn dawn l-istandards ogħla iżda għenu wkoll biex isawruhom. Illum, in-natura hija ppreservata aħjar, l-ibliet għandhom arja aktar nadifa u l-privatezza hija protetta fl-Unjoni kollha. Aktar minn 2.7 miljunGħadd ta’ żgħażagħ mill-10 pajjiżi ġodda li pparteċipaw fil-programm Erasmus+ mill-2004 ’l hawn40%Żieda medja fir-rati ta’ riċiklaġġ irrappurtati mis-Slovakkja, il-Litwanja, is-Slovenja u l-Latvja mill-2004 sal-202279L-istennija tal-għomor medja fil-pajjiżi ta’ adeżjoni tal-2004, żieda minn 75 Noħolqu l-impjiegi, it-tkabbir u l-prosperità A woman celebrates the New Year beneath a sign welcoming the euro on 1 January 2015 in Vilnius. Lithuania switched over to the euro on 1 January 2015 becoming the last Baltic nation to adopt Europe's single currency. Photo by Petras Malukas/AFP Matul dawn l-aħħar 20 sena, l-ekonomija tal-UE kibret b’27%. Il-pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004 raw tkabbir ekonomiku sostanzjali. L-ekonomiji tal-Polonja u ta’ Malta żdiedu b’aktar mid-doppju fid-daqs. Is-Slovakkja kibret bi 80%.Il-pajjiżi li kienu diġà membri fiż-żmien tat-tkabbir tal-2004 esperjenzaw ukoll tkabbir u prosperità. L-esportazzjonijiet Spanjoli lejn l-10 pajjiżi rduppjaw matul dawn l-aħħar 20 sena. Il-kummerċ Taljan fl-oġġetti ma’ dawn il-pajjiżi żdied b’77% minn dak iż-żmien ’l hawn. Ir-rabtiet kummerċjali bejn il-Litwanja u l-Iżvezja kibru wkoll b’mod sinifikanti. F’inqas minn għoxrin sena, il-fluss intern tal-merkanzija fl-UE kiber b’aktar minn 40%.Mis-26 miljun impjieg ġdid li tfaċċaw fl-UE f’dawn l-aħħar 20 sena, inħolqu 6 miljuni fl-10 pajjiżi ġodda tal-UE. 7mill-10 Stati Membri ġodda adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom17%L-għadd ta’ tfal f’riskju ta’ faqar fl-10 pajjiżi l-ġodda tal-UE, tnaqqis minn 41% fl-200420%Żieda fis-sehem ta’ persuni ta’ bejn il-25 u l-34 sena b’edukazzjoni terzjarja fl-10 pajjiżi l-ġodda tal-UE mill-2004 ‘l hawn Nagħtu spinta lill-kompetittività tal-industriji u tas-setturi importanti Ewropej An employee tests rare earth materials in the research and development analytical lab at the NPM Silmet AS factory in Sillamae, Estonia. Photo by Peter Kollanyi / Bloomberg via Getty ImagesMin-negozju Pollakk tal-elettronika sas-settur Ġermaniż tal-manifattura tal-karozzi, l-industrija kibret minħabba l-ekonomiji ta’ skala offruti minn suq uniku mkabbar. L-industrija Ewropea kisbet aċċess akbar għal inputs ewlenin bħall-materja prima kritika. Il-kumpaniji issa jistgħu faċilment jiksbu r-ram f’Ċipru, il-kobalt fiċ-Ċekja, il-materjali tal-art rari fil-Litwanja u n-nikil fis-Slovakkja.Sħubija usa’ fl-UE ħolqot ukoll opportunitajiet għall-bejgħ f’suq akbar għall-prodotti agroalimentari, li joffri liċ-ċittadini għażla akbar ta’ prodotti ta’ kwalità. L-10 Stati Membri l-ġodda saħħew id-diversità agrikola tal-UE, bi tradizzjonijiet tal-biedja, għelejjel, bhejjem u prodotti ta’ kwalità għolja differenti. Il-valur tal-produzzjoni agrikola f’dawn il-pajjiżi ttripla matul l-aħħar żewġ deċennji, u qabeż it-€68 biljun. 2xŻieda fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-karta fiċ-Ċekja€68 biljunValur tal-produzzjoni agrikola fl-10 pajjiżi l-ġodda281Għadd ta’ prodotti mill-10 pajjiżi l-ġodda tal-UE li żdiedu mal-lista tal-UE ta’ prodotti b’denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti Ninvestu fl-Unjoni tagħna Rail Baltica will connect the Baltic states to the rest of Europe, and it will enhance links between Finland and other countries in the EU. Photo by Dominika Zarzycka / NurPhoto via Getty ImagesMatul dawn l-aħħar 20 sena, l-UE investiet b’mod sostanzjali fl-infrastruttura biex l-Ewropa ssir post aħjar fejn wieħed jgħix u jaħdem - mill-awtostradi sal-pipelines, it-trasport pubbliku, il-konnettività, iċ-ċentri tad-data u l-infrastruttura transfruntiera.Is-suq tal-enerġija integrat tagħna għenna biex negħlbu l-kriżijiet, pereżempju meta r-Russja naqqset il-konsenji tal-gass. Il-pajjiżi tal-UE ħadmu flimkien biex jiksbu provvisti tal-enerġija aktar siguri u sostenibbli, filwaqt li xprunaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u naqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili Russi. B’investimenti sostanzjali tal-UE, il-kopertura tan-networks tal-broadband b’veloċità għolja u l-aċċess għall-internet żdiedu fl-UE kollha. Pijunieri diġitali bħall-Estonja qed jikkontribwixxu biex jiġu attwati servizzi tal-gvern elettroniku innovattivi. Fil-partijiet kollha tal-Ewropa, miljuni ta’ nies kisbu aċċess għan-network 5G.Illum, qed inkomplu nimxu ’l quddiem bin-NextGenerationEU. B’valur ta’ €800 biljun, dan qed jiffinanzja mijiet ta’ proġetti, minn parks eoliċi lil hinn mill-kosta sa ferroviji elettriċi, minn servizzi diġitali tal-ogħla livell sa ċentri mediċi ta’ klassi dinjija, u qed joħloq impjiegi ta’ kwalità - fis-27 Stati Membri kollha.Hekk kif l-ambjent strateġiku madwarna qed ikompli jinbidel u l-Ewropa jeħtieġ li taħdem aktar fuq id-difiża, l-Istati Membri kollha qed jieħdu sehem fl-isforz - mir-riċerka Estona dwar id-difiża sal-iżvilupp Żvediż tal-inġenji tal-ajru u l-produzzjoni Pollakka tal-munizzjon. 40%Tnaqqis medju tal-intensità tal-enerġija tal-industriji fl-10 pajjiżi l-ġodda tal-UE f’dawn l-aħħar 20 sena3xŻieda fit-tul tal-awtostradi fil-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja Navvanzaw l-innovazzjoni u r-riċerka Researcher Sandra Charvatova works in the laboratory at the Blood Cancer Research Group, where she conducts research on hematological malignancies, i.e. blood cancers, in Ostrava, Czechia. Photo by Lukas Kabon/Anadolu Agency via Getty ImagesF’dawn l-aħħar 20 sena, l-Unjoni Ewropea rreġistrat bosta suċċessi fir-riċerka u innovazzjonijiet kreattivi - pereżempju fil-prevenzjoni tal-mard u t-trattament tal-kanċer. Ħafna minn dawn seħħew fl-10 pajjiżi l-ġodda tal-UE jew kienu r-riżultat ta’ kooperazzjoni bejn riċerkaturi minn Stati Membri antiki u dawk ġodda, bl-appoġġ finanzjarju tal-UE.Xjenzati Ungeriżi u Franċiżi għamlu riċerka avvanzata dwar il-materja, u rċevew Premju Nobel fil-Fiżika għall-ħidma tagħhom. Pereżempju, mil-Latvja sa Spanja, l-akkademiċi ħadmu aktar mill-qrib biex isaħħu l-għarfien tagħna dwar il-ġenomi. Ningħaqdu f’solidarjetà A Greek helicopter loads water in the Cypriot village of Evrychou in the Troodos mountain area on June 20, 2016 during a forest fire. Photo by Georgios Lefkou Papapetrou / AFP via Getty Images Mill-għargħar san-nirien fil-foresti, mit-terremoti sal-emerġenzi mediċi, il-pajjiżi tal-UE taw assistenza vitali lil xulxin meta seħħew id-diżastri.Il-pajjiżi kollha tal-UE taw l-appoġġ fil-kontinent u lil hinn permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili matul l-aħħar 20 sena. L-eżempji huma abbundanti. Ħames Stati Membri pprovdew assistenza mill-aktar fis lill-Ungerija wara l-għargħar għal għarrieda fl-2010. Fis-sajf tal-2022, ħaddiema tat-tifi tan-nar Awstrijaċi għenu lis-Slovenja meta l-pajjiż iffaċċja nirien devastanti fil-foresti. Is-sena li għaddiet, ħaddiema tat-tifi tan-nar mis-Slovakkja taw l-għajnuna lill-Greċja meta din kienet qiegħda tikkonfronta nirien storiċi fil-foresti.Mill-ewwel jum tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Istati Membri tal-UE ħadmu flimkien biex jagħtu appoġġ lill-poplu Ukren. Ċentri loġistiċi fil-Polonja u fis-Slovakkja, kif ukoll fir-Rumanija, għenu biex l-għajnuna tiġi diretta minn mal-Unjoni kollha. L-UE tat protezzjoni temporanja lil aktar minn 4.1 miljun refuġjat Ukren, bi kważi 1.7 miljun minnhom ospitati mill-Istati Membri li ssieħbu fl-2004. 700+Għadd ta’ talbiet għall-assistenza li saru permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili mill-20043,200Għadd ta’ persuni li rċevew appoġġ fiċ-ċentru ta’ evakwazzjoni medika tal-UE għall-pazjenti Ukreni, ospitat fil-Polonja Insaħħu r-rwol tal-Ewropa fid-dinja Qed jingħata appoġġ umanitarju Ewropew fis-Sudan, l-Ukrajna, u, dan l-aħħar, f’Gaża. U dan qed jitwettaq minn organizzazzjonijiet mhux governattivi Pollakki, sħab umanitarji Ċeki, u ħaddiema tal-għajnuna Ċiprijotti.Matul dawn l-aħħar 20 sena, il-vuċi tal-Ewropa fix-xena dinjija saret aktar b’saħħitha - kemm biex timmobilizza lid-dinja biex tieħu azzjoni dwar it-tibdil fil-klima kif ukoll biex tiġġieled il-pandemija, jew biex tippromwovi d-demokrazija.Iż-żieda ta’ 10 Stati Membri ġodda tat spinta lis-setgħa ekonomika tagħna globalment. Suq uniku akbar għamel lill-UE sieħeb kummerċjali saħansitra aktar attraenti, li jippermettilna noħolqu opportunitajiet ġodda barra mill-pajjiż. Mill-2004, il-kummerċ internazzjonali globali tagħna kiber bi €3 triljun - u laħaq €5 triljun fl-2023. Unjoni akbar tejbet ukoll ir-rwol tal-Ewropa bħala donatur umanitarju ewlieni. L-appoġġ umanitarju Ewropew, kemm fl-Ukrajna, f’Gaża jew fis-Sudan, jitwettaq minn ħaddiema umanitarji mill-UE kollha, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi Pollakki, sħab umanitarji Ċeki u ħaddiema umanitarji Ċiprijotti, fost l-oħrajn. It-tkabbir ippromwova l-prosperità, saħħaħ id-demokrazija u żgura l-istabbiltà fl-Unjoni. U b’27 Stat Membru, l-UE saret attur ġeopolitiku aktar b’saħħtu. Id-data użata fil-kampanja “20 snin flimkien” hija bbażata fuq l-istatistika tal-Eurostat kif ukoll fuq sorsi oħra ta’ informazzjoni uffiċjali u soġġetta għal aġġornamenti. L-istħarriġiet kollha msemmija meħudin mill-Ewrobarometru.
Children play in an AirBubble, an innovative playground providing clean air thanks to algae that absorb pollutants and carbon dioxide and in return produce oxygen, in Warsaw, Poland. Photo by Wojtek Radwanski / AFP via Getty ImagesIt-tkabbir ħoloq aktar opportunitajiet għaċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha biex jistudjaw u jaħdmu fl-UE. Mill-2004 ’l hawn, aktar minn 2.7 miljun persuna mill-10 pajjiżi laqgħu l-opportunità li jitgħallmu u jgħallmu barra minn pajjiżhom. Fl-istess ħin, bis-saħħa tal-programm Erasmus+, aktar minn 600,000 żagħżugħ u żagħżugħa minn pajjiżi oħra tal-UE studjaw fl-universitajiet tagħhom.Mill-10 Stati Membri li ssieħbu fl-2004, disgħa huma kompletament parti miż-żona Schengen, l-akbar żona ta’ vjaġġar ħieles fid-dinja, li tiggarantixxi vjaġġar bla xkiel u sigur. Qed tkompli l-ħidma biex Ċipru jiġi integrat aktar fiż-żona Schengen filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċjali tiegħu.Matul dawn l-aħħar 20 sena, l-UE għamlet passi sinifikanti fid-drittijiet soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa u ambjentali, il-ġestjoni tal-iskart, id-drittijiet tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, fost l-oħrajn, u għenet biex tittejjeb il-kwalità ġenerali tal-ħajja tan-nies.L-10 pajjiżi li ssieħbu fl-2004 mhux biss ibbenefikaw minn dawn l-istandards ogħla iżda għenu wkoll biex isawruhom. Illum, in-natura hija ppreservata aħjar, l-ibliet għandhom arja aktar nadifa u l-privatezza hija protetta fl-Unjoni kollha.
A woman celebrates the New Year beneath a sign welcoming the euro on 1 January 2015 in Vilnius. Lithuania switched over to the euro on 1 January 2015 becoming the last Baltic nation to adopt Europe's single currency. Photo by Petras Malukas/AFP Matul dawn l-aħħar 20 sena, l-ekonomija tal-UE kibret b’27%. Il-pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004 raw tkabbir ekonomiku sostanzjali. L-ekonomiji tal-Polonja u ta’ Malta żdiedu b’aktar mid-doppju fid-daqs. Is-Slovakkja kibret bi 80%.Il-pajjiżi li kienu diġà membri fiż-żmien tat-tkabbir tal-2004 esperjenzaw ukoll tkabbir u prosperità. L-esportazzjonijiet Spanjoli lejn l-10 pajjiżi rduppjaw matul dawn l-aħħar 20 sena. Il-kummerċ Taljan fl-oġġetti ma’ dawn il-pajjiżi żdied b’77% minn dak iż-żmien ’l hawn. Ir-rabtiet kummerċjali bejn il-Litwanja u l-Iżvezja kibru wkoll b’mod sinifikanti. F’inqas minn għoxrin sena, il-fluss intern tal-merkanzija fl-UE kiber b’aktar minn 40%.Mis-26 miljun impjieg ġdid li tfaċċaw fl-UE f’dawn l-aħħar 20 sena, inħolqu 6 miljuni fl-10 pajjiżi ġodda tal-UE.
An employee tests rare earth materials in the research and development analytical lab at the NPM Silmet AS factory in Sillamae, Estonia. Photo by Peter Kollanyi / Bloomberg via Getty ImagesMin-negozju Pollakk tal-elettronika sas-settur Ġermaniż tal-manifattura tal-karozzi, l-industrija kibret minħabba l-ekonomiji ta’ skala offruti minn suq uniku mkabbar. L-industrija Ewropea kisbet aċċess akbar għal inputs ewlenin bħall-materja prima kritika. Il-kumpaniji issa jistgħu faċilment jiksbu r-ram f’Ċipru, il-kobalt fiċ-Ċekja, il-materjali tal-art rari fil-Litwanja u n-nikil fis-Slovakkja.Sħubija usa’ fl-UE ħolqot ukoll opportunitajiet għall-bejgħ f’suq akbar għall-prodotti agroalimentari, li joffri liċ-ċittadini għażla akbar ta’ prodotti ta’ kwalità. L-10 Stati Membri l-ġodda saħħew id-diversità agrikola tal-UE, bi tradizzjonijiet tal-biedja, għelejjel, bhejjem u prodotti ta’ kwalità għolja differenti. Il-valur tal-produzzjoni agrikola f’dawn il-pajjiżi ttripla matul l-aħħar żewġ deċennji, u qabeż it-€68 biljun.
Rail Baltica will connect the Baltic states to the rest of Europe, and it will enhance links between Finland and other countries in the EU. Photo by Dominika Zarzycka / NurPhoto via Getty ImagesMatul dawn l-aħħar 20 sena, l-UE investiet b’mod sostanzjali fl-infrastruttura biex l-Ewropa ssir post aħjar fejn wieħed jgħix u jaħdem - mill-awtostradi sal-pipelines, it-trasport pubbliku, il-konnettività, iċ-ċentri tad-data u l-infrastruttura transfruntiera.Is-suq tal-enerġija integrat tagħna għenna biex negħlbu l-kriżijiet, pereżempju meta r-Russja naqqset il-konsenji tal-gass. Il-pajjiżi tal-UE ħadmu flimkien biex jiksbu provvisti tal-enerġija aktar siguri u sostenibbli, filwaqt li xprunaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u naqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili Russi. B’investimenti sostanzjali tal-UE, il-kopertura tan-networks tal-broadband b’veloċità għolja u l-aċċess għall-internet żdiedu fl-UE kollha. Pijunieri diġitali bħall-Estonja qed jikkontribwixxu biex jiġu attwati servizzi tal-gvern elettroniku innovattivi. Fil-partijiet kollha tal-Ewropa, miljuni ta’ nies kisbu aċċess għan-network 5G.Illum, qed inkomplu nimxu ’l quddiem bin-NextGenerationEU. B’valur ta’ €800 biljun, dan qed jiffinanzja mijiet ta’ proġetti, minn parks eoliċi lil hinn mill-kosta sa ferroviji elettriċi, minn servizzi diġitali tal-ogħla livell sa ċentri mediċi ta’ klassi dinjija, u qed joħloq impjiegi ta’ kwalità - fis-27 Stati Membri kollha.Hekk kif l-ambjent strateġiku madwarna qed ikompli jinbidel u l-Ewropa jeħtieġ li taħdem aktar fuq id-difiża, l-Istati Membri kollha qed jieħdu sehem fl-isforz - mir-riċerka Estona dwar id-difiża sal-iżvilupp Żvediż tal-inġenji tal-ajru u l-produzzjoni Pollakka tal-munizzjon.
Researcher Sandra Charvatova works in the laboratory at the Blood Cancer Research Group, where she conducts research on hematological malignancies, i.e. blood cancers, in Ostrava, Czechia. Photo by Lukas Kabon/Anadolu Agency via Getty ImagesF’dawn l-aħħar 20 sena, l-Unjoni Ewropea rreġistrat bosta suċċessi fir-riċerka u innovazzjonijiet kreattivi - pereżempju fil-prevenzjoni tal-mard u t-trattament tal-kanċer. Ħafna minn dawn seħħew fl-10 pajjiżi l-ġodda tal-UE jew kienu r-riżultat ta’ kooperazzjoni bejn riċerkaturi minn Stati Membri antiki u dawk ġodda, bl-appoġġ finanzjarju tal-UE.Xjenzati Ungeriżi u Franċiżi għamlu riċerka avvanzata dwar il-materja, u rċevew Premju Nobel fil-Fiżika għall-ħidma tagħhom. Pereżempju, mil-Latvja sa Spanja, l-akkademiċi ħadmu aktar mill-qrib biex isaħħu l-għarfien tagħna dwar il-ġenomi.
A Greek helicopter loads water in the Cypriot village of Evrychou in the Troodos mountain area on June 20, 2016 during a forest fire. Photo by Georgios Lefkou Papapetrou / AFP via Getty Images Mill-għargħar san-nirien fil-foresti, mit-terremoti sal-emerġenzi mediċi, il-pajjiżi tal-UE taw assistenza vitali lil xulxin meta seħħew id-diżastri.Il-pajjiżi kollha tal-UE taw l-appoġġ fil-kontinent u lil hinn permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili matul l-aħħar 20 sena. L-eżempji huma abbundanti. Ħames Stati Membri pprovdew assistenza mill-aktar fis lill-Ungerija wara l-għargħar għal għarrieda fl-2010. Fis-sajf tal-2022, ħaddiema tat-tifi tan-nar Awstrijaċi għenu lis-Slovenja meta l-pajjiż iffaċċja nirien devastanti fil-foresti. Is-sena li għaddiet, ħaddiema tat-tifi tan-nar mis-Slovakkja taw l-għajnuna lill-Greċja meta din kienet qiegħda tikkonfronta nirien storiċi fil-foresti.Mill-ewwel jum tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Istati Membri tal-UE ħadmu flimkien biex jagħtu appoġġ lill-poplu Ukren. Ċentri loġistiċi fil-Polonja u fis-Slovakkja, kif ukoll fir-Rumanija, għenu biex l-għajnuna tiġi diretta minn mal-Unjoni kollha. L-UE tat protezzjoni temporanja lil aktar minn 4.1 miljun refuġjat Ukren, bi kważi 1.7 miljun minnhom ospitati mill-Istati Membri li ssieħbu fl-2004.
Qed jingħata appoġġ umanitarju Ewropew fis-Sudan, l-Ukrajna, u, dan l-aħħar, f’Gaża. U dan qed jitwettaq minn organizzazzjonijiet mhux governattivi Pollakki, sħab umanitarji Ċeki, u ħaddiema tal-għajnuna Ċiprijotti.Matul dawn l-aħħar 20 sena, il-vuċi tal-Ewropa fix-xena dinjija saret aktar b’saħħitha - kemm biex timmobilizza lid-dinja biex tieħu azzjoni dwar it-tibdil fil-klima kif ukoll biex tiġġieled il-pandemija, jew biex tippromwovi d-demokrazija.Iż-żieda ta’ 10 Stati Membri ġodda tat spinta lis-setgħa ekonomika tagħna globalment. Suq uniku akbar għamel lill-UE sieħeb kummerċjali saħansitra aktar attraenti, li jippermettilna noħolqu opportunitajiet ġodda barra mill-pajjiż. Mill-2004, il-kummerċ internazzjonali globali tagħna kiber bi €3 triljun - u laħaq €5 triljun fl-2023. Unjoni akbar tejbet ukoll ir-rwol tal-Ewropa bħala donatur umanitarju ewlieni. L-appoġġ umanitarju Ewropew, kemm fl-Ukrajna, f’Gaża jew fis-Sudan, jitwettaq minn ħaddiema umanitarji mill-UE kollha, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi Pollakki, sħab umanitarji Ċeki u ħaddiema umanitarji Ċiprijotti, fost l-oħrajn. It-tkabbir ippromwova l-prosperità, saħħaħ id-demokrazija u żgura l-istabbiltà fl-Unjoni. U b’27 Stat Membru, l-UE saret attur ġeopolitiku aktar b’saħħtu.