Is-setgħa tad-demografija
Id-demografija tirrakkonta l-istorja ta’ ħajjitna. Huwa dwar kemm x’aktarx indumu ħajjin, l-għadd ta’ tfal li nistgħu nistennew li jkollna, u fejn u kif x’aktarx inqattgħu ħajjitna. It-tibdil demografiku għandu impatt qawwi fuq l-ekonomiji tagħna, fuq is-sistemi soċjali u tas-saħħa tagħna kif ukoll fuq il-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni u tal-infrastruttura fir-reġjuni tal-Ewropa. Dan min-naħa tiegħu għandu implikazzjonijiet għall-baġits u l-politiki tal-gvern. L-UE tintegra t-tħassib demografiku fl-iżvilupp ta’ politiki rilevanti tal-UE u ħadna għadd ta’ inizjattivi speċifiċi fil-livell tal-UE li jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-indirizzar tat-tibdil demografiku.
Aqra r-rapport: L-impatt tat-tibdil demografiku f’ambjent li qed jinbidel
Punti ewlenin
23 ta’ April 2024 - Il-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet biex tipproteġi aħjar lit-tfal mill-vjolenza
Illum il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni dwar l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fl-aħjar interessi tat-tfal, bħala impenn fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal. L-UE għadha qed tiffaċċja sfidi sinifikanti fil-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, inkluż il-bullying u l-vjolenza sesswali fit-tfulija. Ir-Rakkomandazzjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sistemi tagħhom għall-protezzjoni tat-tfal.

Xejriet demografiċi
Wara li nifhmu l-kawżi u l-effetti tat-tranżizzjonijiet demografiċi nkunu nistgħu nimmaniġġjaw aħjar il-konsegwenzi tagħhom u nagħmlu użu mill-opportunitajiet tagħhom, u fl-aħħar mill-aħħar jgħinna nibnu UE prospera għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Aktar xogħol mid-darIs-sehem tal-persuni impjegati li jaħdmu mid-dar fl-UE qabeż minn persuna waħda minn kull sebgħa fl-2019 għal persuna waħda minn kull ħamsa fl-2020. Fl-2021, kważi persuna waħda minn kull erbgħa kienet qed taħdem mid-dar.
Rata tat-twelid aktar baxxaFl-2020, l-għadd medju ta’ twelid għal kull mara kien ta’ 1.5, li huwa ferm inqas mill-valur ta’ 2.1 meħtieġ biex tinżamm popolazzjoni stabbli.
Popolazzjoni anzjana li qed tikberSal-2050 is-sehem ta’ persuni li għandhom aktar minn 65 sena se jkun ta’ madwar 30% meta mqabbel ma’ madwar 20% llum.
Unitajiet domestiċi iżgħarL-għadd ta’ unitajiet domestiċi kompla jikber, filwaqt li d-daqs tal-unità domestika medja kompla jonqos. L-unitajiet domestiċi magħmula minn persuna waħda kibru l-aktar malajr, għal aktar minn 70 miljun fl-2021.
Ħajja itwalWara tnaqqis matul il-pandemija tal-COVID-19, reġgħet bdiet iż-żieda gradwali fl-istennija tal-għomor. Fl-2021, l-istennija tal-għomor fl-UE kienet stmata għal 82.8 ssena għan-nisa u 77.2 sena għall-irġiel.
Inqas Ewropej fid-dinjaIs-sehem tal-popolazzjoni tal-Ewropa fid-dinja qed jonqos u fl-2070 se tkun tirrappreżenta madwar 4% tal-popolazzjoni tad-dinja, meta mqabbel ma’ 6% llum.
L-impatt tat-tibdil demografiku
It-tibdil demografiku fl-UE għandu impatt fuq
- is-suq tax-xogħol - hekk kif il-popolazzjoni Ewropea fl-età tax-xogħol qed tonqos biex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku jeħtieġ li ndaħħlu aktar nies fis-suq tax-xogħol u/jew li nżidu l-produttività permezz tal-avvanzi teknoloġiċi u l-iżvilupp tal-ħiliet
- l-impjiegi - peress li n-nies jgħixu ħajja itwal u aktar b’saħħitha, ħafna ċittadini jridu jaħdmu aktar fit-tul, għalkemm mhux neċessarjament fl-istess tip ta’ impjiegi.
- is-servizzi tal-kura - is-sehem dejjem jikber ta’ persuni akbar fl-età fl-UE jġib miegħu ħtieġa akbar għal servizzi ta’ kura u jisfida s-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tal-istati soċjali tagħna
- il-bilanċ demografiku - ix-xejriet demografiċi ma jaffettwawx kull pajjiż u kull reġjun bl-istess mod. Filwaqt li għadd ta’ Stati Membri tal-UE huma mbassra li jesperjenzaw tnaqqis fil-popolazzjoni tagħhom diġà fis-snin li ġejjin, oħrajn huma mbassra li jaraw żieda fil-popolazzjoni matul l-istess perjodu
- iż-żoni rurali - b’mod ġenerali, ir-reġjuni rurali huma aktar affettwati mit-tnaqqis fil-popolazzjoni minn dawk li huma fil-biċċa l-kbira urbani, minħabba l-bidliet naturali u l-migrazzjoni ’l barra
- il-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja - hekk kif is-sehem tal-UE tal-popolazzjoni globali huwa mbassar li jkompli jonqos fid-deċennji li ġejjin, il-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib fil-livelli kollha biex tiġi żgurata l-kompetittività tas-Suq Uniku tagħna qed issir dejjem aktar urġenti
Popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ
L-Ewropej qed jgħixu aktar fit-tul u huma f'saħħithom aktar minn qatt qabel. Fid-deċennji li ġejjin, is-sehem u n-numru ta’ nies anzjani fl-UE se jiżdied. Din ix-xejra għandha impatt sinifikanti fuq il-ħajja ta’ kuljum tan-nies u fuq is-soċjetajiet tagħna, li ġġib magħha kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi.
Popolazzjoni taż-żgħażagħ li qed tonqosIs-sehem ta’ persuni fl-età ta’ bejn il-15-il sena u d-29 sena naqas minn 18.1% fl-2011, għal 16.3% fl-2021. Din ix-xejra hija mistennija li tkompli u ssir saħansitra aktar evidenti fir-reġjuni rurali.
Popolazzjoni anzjana li qed tikberSal-2050 is-sehem ta’ persuni akbar minn 65 sena se jkun ta’ madwar 30% meta mqabbel ma’ madwar 20% llum. Popolazzjoni akbar fl-età tippreżenta sfidi għal affarijiet bħas-sistemi tal-pensjonijiet u s-settur tal-kura tas-saħħa.
Minħabba l-iskala, il-veloċità u l-impatt li din ix-xejra se jkollha fis-soċjetà kollha, hu importanti li jiġu kkunsidrati approċċi ġodda u jiġi żgurat li l-politiki jkunu adatti għall-iskop tagħhom f’era ta’ bidla kbira – mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali sa forom ġodda ta’ xogħol u l-indirizzar tal-isfidi ewlenin tas-saħħa, inklużi l-pandemiji.
Il-kompetenzi biex jiġu indirizzati l-effetti tat-tixjiħ huma fil-biċċa l-kbira f’idejn l-Istati Membri u l-UE tinsab f’pożizzjoni tajba biex tidentifika kwistjonijiet u xejriet ewlenin u tappoġġja l-azzjoni dwar it-tixjiħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Tista’ tgħin lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżviluppaw ir-rispons politiku tagħhom stess u mfassal apposta għat-tixjiħ.
Green paper dwar it-tixjiħ
Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Green Paper dwar it-tixjiħ f’Jannar 2021 fejn nediet dibattitu politiku wiesa’ dwar it-tixjiħ biex jiġu diskussi l-għażliet dwar kif għandhom jiġu antiċipati u indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet li jġib miegħu t-tixjiħ kif ukoll kif tista’ tinżamm kwalità tal-ħajja tajba tal-popolazzjoni li qed tixjieħ għall-itwal żmien possibbli. Il-kontributi għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper għenu biex jiġu identifikati l-miżuri meħtieġa għall-appoġġ għall-promozzjoni tar-reżiljenza ekonomika u soċjali f’Ewropa li qed tixjieħ.
Sett ta’ Għodod għad-Demografija
L-Ewropa għaddejja minn trasformazzjoni demografika kbira. It-tibdil demografiku għandu impatt profond fuq il-ħajja ta’ kuljum u jeħtieġ soluzzjonijiet olistiċi u integrati.
Peress li ċ-ċittadini tagħna qed jgħixu ħajja itwal u aktar b’saħħitha, il-politiki kollha tagħna jeħtieġ li jkunu jħarsu ’l quddiem u jappoġġjaw il-bidla minn soċjetà li qed tixjieħ għal soċjetà ta’ lonġevità.
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2023 appellaw lill-Kummissjoni biex tressaq sett ta’ għodod biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-isfidi demografiċi u l-impatt tagħhom fuq il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa.
Is-sett ta’ għodod demografiċi, imħejji b’rispons mill-Kummissjoni, jibbaża fuq l-esperjenzi mill-UE kollha u jistabbilixxi approċċ komprensiv għat-tibdil demografiku strutturat madwar erba’ pilastri:
- l-appoġġ għall-ġenituri billi jiġu rrikonċiljati aħjar l-aspirazzjonijiet tal-familja u x-xogħol imħallas, b’mod partikolari billi jiġi żgurat aċċess għal kura tat-tfal ta’ kwalità u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
- l-appoġġ u l-għoti tas-setgħa lill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ biex jirnexxu, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol u għal akkomodazzjoni affordabbli;
- l-għoti tas-setgħa lill-ġenerazzjonijiet akbar fl-età u s-sostenn tal-benesseri tagħhom, permezz ta’ riformi flimkien ma’ politiki xierqa tas-suq tax-xogħol u tal-post tax-xogħol;
- fejn meħtieġ, l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema permezz ta’ migrazzjoni legali mmaniġġjata, f’komplementarjetà sħiħa biex jiġu sfruttati t-talenti minn ġewwa l-UE.
Is-sett ta’ għodod jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni territorjali tal-bidliet demografiċi, speċifikament fir-reġjuni li jesperjenzaw il-fenomenu tat-tnaqqis fil-popolazzjoni u mobbiltà sinifikanti 'l barra tal-ħaddiema żgħażagħ (“eżodu ta’ mħuħ”).

Għodda għall-viżwalizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-antiċipazzjoni tat-tibdil demografiku.

L-iżgurar ta’ servizzi ta’ kura li jpoġġu lin-nies l-ewwel, mit-tfulija sal-età avvanzata.

Il-konnessjoni taż-żoni rurali biex isiru aktar b’saħħithom, reżiljenti u aktar prosperi.

Nagħtu s-setgħa lit-tfal bħala aġenti tal-bidla llum u fi triqthom biex isiru mexxejja ta’ għada.

Appoġġ għat-tfal fil-bżonn billi jittejjeb l-aċċess għal elementi bażiċi bħall-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni.

Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, online u offline.

Strateġija tal-UE biex tipproteġi u tagħti setgħa lit-tfal fid-dinja online.

L-indirizzar ta’ kwistjoni kritika tas-saħħa pubblika bi strateġiji effettivi ta’ intervent.
Dokumenti
- 23 APRIL 2024
- Deutsch(182.16 KB - PDF)
- français(187.09 KB - PDF)
- 23 APRIL 2024
- български(383.52 KB - PDF)
- español(215.23 KB - PDF)
- čeština(318.46 KB - PDF)
- dansk(267.41 KB - PDF)
- Deutsch(333.27 KB - PDF)
- eesti(257.6 KB - PDF)
- ελληνικά(382.83 KB - PDF)
- English(352.08 KB - PDF)
- français(391.9 KB - PDF)
- Gaeilge(282.68 KB - PDF)
- hrvatski(317.3 KB - PDF)
- italiano(284.4 KB - PDF)
- latviešu(316.99 KB - PDF)
- lietuvių(320.46 KB - PDF)
- magyar(343.64 KB - PDF)
- Nederlands(282.35 KB - PDF)
- polski(360.87 KB - PDF)
- português(284.19 KB - PDF)
- română(362.07 KB - PDF)
- slovenčina(378.21 KB - PDF)
- slovenščina(313.52 KB - PDF)
- suomi(262.23 KB - PDF)
- svenska(263.16 KB - PDF)
- 23 APRIL 2024
- Deutsch(459.73 KB - PDF)
- français(480.66 KB - PDF)
- 23 APRIL 2024
- 23 APRIL 2024
- 6 FRAR 2024
- 6 FRAR 2024
- 6 FRAR 2024
- 11 OTTUBRU 2023
- 11 OTTUBRU 2023
- Report
- Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
Understanding the links between population dynamics and the causes and consequences of climate change will help design future-looking policies for a greener planet.
- 17 JANNAR 2023
- 17 JANNAR 2023
- 17 JANNAR 2023
- 7 SETTEMBRU 2022
- 14 ĠUNJU 2021
- 27 JANNAR 2021
- български(1.08 MB - PDF)
- español(1.15 MB - PDF)
- čeština(1.29 MB - PDF)
- dansk(1.59 MB - PDF)
- Deutsch(1.29 MB - PDF)
- eesti(1.3 MB - PDF)
- ελληνικά(1.25 MB - PDF)
- English(1.66 MB - PDF)
- français(1.56 MB - PDF)
- hrvatski(1.58 MB - PDF)
- italiano(1 MB - PDF)
- latviešu(1.4 MB - PDF)
- lietuvių(1.58 MB - PDF)
- magyar(1.32 MB - PDF)
- Nederlands(1.25 MB - PDF)
- polski(1.53 MB - PDF)
- português(1.59 MB - PDF)
- română(1.48 MB - PDF)
- slovenčina(1.44 MB - PDF)
- slovenščina(1.08 MB - PDF)
- suomi(1.79 MB - PDF)
- svenska(1.33 MB - PDF)
- 27 JANNAR 2021
- 17 ĠUNJU 2020
- 17 ĠUNJU 2020
- български(310.05 KB - HTML)
- español(254.18 KB - HTML)
- čeština(249.68 KB - HTML)
- dansk(247.46 KB - HTML)
- Deutsch(255.83 KB - HTML)
- eesti(243.35 KB - HTML)
- ελληνικά(316.13 KB - HTML)
- English(241.7 KB - HTML)
- français(265.47 KB - HTML)
- hrvatski(246.69 KB - HTML)
- italiano(256.96 KB - HTML)
- latviešu(253.97 KB - HTML)
- lietuvių(248.92 KB - HTML)
- magyar(260.72 KB - HTML)
- Nederlands(248.73 KB - HTML)
- polski(258.23 KB - HTML)
- português(250.71 KB - HTML)
- română(256.95 KB - HTML)
- slovenčina(250.35 KB - HTML)
- slovenščina(245.35 KB - HTML)
- suomi(247.99 KB - HTML)
- svenska(249.68 KB - HTML)
- 17 ĠUNJU 2020
- 17 ĠUNJU 2020