Skip to main content

L-azzjoni klimatika u l-Patt Ekoloġiku

It-triq għan-newtralità klimatika

Biex niksbu l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tagħna, l-emissjonijiet iridu jitnaqqsu fis-setturi kollha, mill-industrija u l-enerġija, għat-trasport u l-biedja. It-tibdil fil-klima hu theddida globali u jista’ jiġi indirizzat biss permezz ta’ rispons globali. Dan hu għaliex l-UE timpenja u tappoġġja b’mod attiv lis-sħab internazzjonali dwar l-azzjoni klimatika, b’mod partikolari permezz tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta' Pariġi tagħha. B’mod parallel mal-azzjonijiet ta' mitigazzjoni, l-UE qed tieħu azzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, biex tiffaċċja l-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima.

Aktar informazzjoni dwar l-azzjoni klimatika tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi biex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, it-trasport u t-tassazzjoni tagħmilhom tajbin biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbel mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Il-Kummissjoni nnifisha tingħaqad mal-Patt Klimatiku Ewropew u twiegħed li tagħmel l-operazzjonijiet tagħha newtrali għall-klima sal-2030. Fil-Komunikazzjoni u l-pjan ta’ azzjoni tagħha dwar l-Ekoloġizzazzjoni li l-Kummissjoni adottat f’April 2022, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tnaqqas gradwalment l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 60% meta mqabbel mal-2005 u li tikkumpensa kwalunkwe emissjoni li jifdal fl-2030 b’assorbimenti tal-karbonju ċċertifikati ta’ kwalità għolja.

Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Dokumenti

 

18 MARZU 2022
Factsheet: Climate Law
English
(PDF)
Iddawnlowdja

 

18 MARZU 2022
Factsheet: Climate Pact
English
(PDF)
Iddawnlowdja

 

12 DIĊEMBRU 2020
Factsheet: Climate Diplomacy
English
(5.95 KB - HTML)
Iddawnlowdja

 

17 SETTEMBRU 2020
Factsheet: The 2030 Climate Target Plan: A Vision for Europe
English
(5.95 KB - HTML)
Iddawnlowdja

 

4 MARZU 2020
Proposta tal-Kummissjoni għal regolament: Liġi Ewropea dwar il-Klima
Malti
(406.83 KB - HTML)
Iddawnlowdja