Il-President Ursula von der Leyen stabbilixxiet tim ta’ rispons għall-coronavirus li jiġbor flimkien il-bosta linji ta’ azzjoni differenti u li jikkonsisti fi tliet pilastri ewlenin. L-ewwel pilastru hu l-qasam mediku, li jaħdem fuq il-prevenzjoni u l-miżuri u t-tbassir tal-akkwist u tas-salvataġġ. It-tieni pilastru jkopri l-mobbiltà, mit-trasport għall-parir dwar l-ivvjaġġar, kif ukoll mistoqsijiet relatati ma’ Schengen. It-tielet pilastru jkopri l-ekonomija - ħarsa fil-fond lejn diversi setturi tan-negozju – bħat-turiżmu jew it-trasport, u l-kummerċ, kif ukoll il-ktajjen tal-valur u l-makroekonomija.
Sib aktar informazzjoni dwar l-Azzjoni tal-UE b’rispons għall-kriżi tal-coronavirus

Il-President Ursula von der Leyen

Il-Kummissarju Janez Lenarčič hu inkarigat mill-immaniġġjar tal-kriżijiet

Il-Kummissarju Stella Kyriakides hi inkarigata mill-kwistjonijiet kollha tas-saħħa

Il-Kummissarju Ylva Johansson hi mill-kwistjonijiet relatati mal-fruntieri

Il-Kummissarju Adina Vălean hi inkarigata mill-mobbiltà

Il-Kummissarju Paolo Gentiloni hu inkarigat mill-aspetti makroekonomiċi