Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali lejn ir-rispons tal-Kummissjoni

Dwar

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem fuq kull lat biex trażżan it-tixrid tal-coronavirus, tappoġġja s-sistemi tas-saħħa nazzjonali u tiġġieled l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija billi tieħu miżuri bla preċedent kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE.

It-tim ta’ rispons għall-coronavirus tal-Kummissjoni Ewropea

Eżempji ta’ kif il-Kummissjoni għenet biex tiġi indirizzata l-kriżi:

Graphic of the commission's response

Skeda ta’ żmien tal-azzjoni tal-UE

tiggarantixxi vaċċini sikuri u effettivi għall-Ewropa u għad-dinja

L-Istrateġija dwar il-Vaċċini tal-Kummissjoni għandha l-għan li:

  • Manufacturing icon

    tgħin lill-kumpaniji jżidu l-kapaċitajiet tal-manifattura tagħhom fuq skala u b’veloċità

  • Contract icon

    tiżgura provvisti suffiċjenti għall-Istati Membri tagħha permezz ta’ Ftehimiet ta’ Xiri bil-Quddiem mal-produtturi tal-vaċċini

  • Medical suitcase icon

    tuża l-flessibbiltà tar-regoli tagħna biex tħaffef l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u d-disponibbiltà tal-vaċċini

Garantiti d-dożi tal-vaċċini u l-appoġġ għat-tilqim fil-pajjiżi tal-UE

Il-Kummissjoni bniet portafoll diversifikat ta’ vaċċini għaċ-ċittadini tal-UE bi prezzijiet ġusti. Ġew konklużi kuntratti ma’ 8 żviluppaturi tal-vaċċini promettenti, li jiżguraw portafoll sa 4.2 biljun doża.

Minn Diċembru 2020, il-Kummissjoni tat sitt awtorizzazzjonijiet kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq għall-vaċċin kontra l-COVID-19: lil BioNTech u Pfizer (21 ta’ Diċembru 2020), lil Moderna (6 ta’ Jannar 2021), lil Astra Zeneca (29 ta’ Jannar 2021), lil Johnson & Johnson (11 ta’ Marzu 2021), lil Novavax (20 ta’ Diċembru 2021) u lil Valneva (24 ta’ Ġunju 2022). 

Il-konsenji tad-dożi tal-vaċċin lill-Istati Membri żdiedu b’mod kostanti minn Diċembru 2020. It-tilqim qabad ir-ritmu madwar l-Unjoni Ewropea, u sa nofs l-2022, 86% tal-popolazzjoni adulta tal-UE tlaqqmu kompletament. 

Hekk kif tfaċċaw varjanti ġodda tal-coronavirus, il-Kummissjoni mmobilizzat fondi għal riċerka urġenti u kompliet tikkonkludi ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem għal dożi booster u għall-adattament tal-vaċċini għall-varjanti ġodda.

Il-Kummissjoni nediet ukoll akkwist konġunt ġdid għat-tagħmir mediku għat-tilqim. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-isptarijiet u l-prattikanti mediċi m’għandhomx iħallsu l-VAT fuq il-vaċċini u fuq il-kits tal-ittestjar.

Nantiċipaw it-theddid ta’ varjanti ġodda

Il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA) biex tipprevjeni, tidentifika u tirrispondi malajr għall-emerġenzi tas-saħħa. 
 
Il-HERA hi ċentru komuni tar-riżorsi u tal-kontroll tal-missjonijiet għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-UE biex iħejju aħjar lill-UE għal theddid transfruntier għas-saħħa. 

  • A doctor inspects a vaccine dose

    Minn naħa waħda, il-HERA se tantiċipa theddid u kriżijiet potenzjali tas-saħħa permezz tal-ġbir ta’ informazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet meħtieġa ta’ rispons. Min-naħa l-oħra, meta tinqala’ emerġenza, il-HERA se tiżgura l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ mediċini, ta’ vaċċini u ta’ kontromiżuri mediċi oħrajn – bħal ingwanti u maskri – li kienu fil-biċċa l-kbira neqsin matul l-ewwel fażi tar-rispons għall-coronavirus.

Għalhekk il-HERA hi pilastru ewlieni tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u tikkonsisti f’missjoni ġdida ta’ tħejjija u reżiljenza tas-saħħa għall-UE kollha, kif imħabbar mill-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2021. Din se timla lakuna fir-rispons u t-tħejjija tal-UE għall-emerġenzi tas-saħħa.

Għal din il-missjoni ġdida ta’ tħejjija u reżiljenza għas-saħħa għall-UE kollha, il-President von der Leyen ħabbret li t-Tim Ewropa għandu jagħmel €50 biljun disponibbli.

Inżidu l-manifattura

Fl-4 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet Task Force biex tappoġġja ż-żieda tal-kapaċità tal-produzzjoni għall-vaċċini kontra l-COVID-19 fl-UE li taġixxi bħala punt uniku ta’ servizz għall-manifatturi li jeħtieġu appoġġ, u biex tidentifika u tindirizza l-ostakli fil-kapaċità tal-produzzjoni u fil-ktajjen tal-provvista.

Bħala kisbiet ewlenin, it-Task Force identifikat u għenet biex jitneħħew l-ostakli fil-produzzjoni tal-vaċċini fl-UE, immappjat il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-vaċċini tal-UE tul il-katina tal-provvista, u ffaċilitat is-sħubijiet permezz ta’ avvenimenti ta’ tlaqqigħ għall-produzzjoni tal-vaċċini u t-terapiji. Għandha wkoll l-għan li tiżgura kapaċità suffiċjenti ta’ manifattura fit-tul fl-Ewropa u li tappoġġja l-isforzi globali tal-aċċess għall-vaċċini u għall-kondiviżjoni tal-vaċċini.

Finanzjament għar-riċerka

Il-Kummissjoni mmobilizzat aktar minn €660 miljun minn Jannar 2020 taħt Orizzont 2020 għall-iżvilupp ta’ vaċċini, trattamenti ġodda, testijiet dijanjostiċi u sistemi mediċi għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-coronavirus u biex jiġu salvati l-ħajjiet.

Il-Kummissjoni offriet lill-CureVac, żviluppatur Ewropew ferm innovattiv tal-vaċċini, appoġġ finanzjarju permezz ta’ garanzija tal-UE ta’ €75 miljun għal self mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment iffirma wkoll ftehim ta’ finanzjament ta’ €100 miljun mal-kumpanija tal-immunoterapija BioNTech SE biex jiġi żviluppat programm tal-vaċċini. Il-finanzjament tal-BEI hu appoġġjat kemm minn Orizzont 2020 kif ukoll mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa.

Niżguraw rispons globali

Pandemija globali teħtieġ soluzzjoni globali. Din hi r-raġuni għaliex il-Kummissjoni hi impenjata li tiżgura aċċess universali għall-vaċċini kontra l-COVID-19, inkluż f’pajjiżi bi dħul baxx u medju.

Fl-2020, il-maratona tal-wegħdiet ta’ donazzjonijiet tar-Rispons Globali għall-Coronavirus ġabret fondi għall-aċċess universali għat-trattamenti, għat-testijiet u għall-vaċċini tal-coronavirus. Bdiet f’Mejju u laħqet il-quċċata tagħha f’Summit Globali b’Appell għal Wegħdiet ta’ Donazzjonijiet u kunċert f’Ġunju 2020.

€16-il biljun f’wegħdiet ta’ donazzjonijiet minn donaturi madwar id-dinja.

Dan l-ammont jinkludi wegħda ta’ donazzjoni ta’ €1.4 biljun mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment jappoġġjaw bil-qawwa lill-faċilità dinjija COVAX, għal aċċess ġust u universali għall-vaċċini kontra l-COVID-19.
    
Flimkien mal-Istati Membri tal-UE, it-Tim Ewropa sa issa impenja aktar minn €3 biljun għall-COVAX, li jagħmel lill-Unjoni Ewropea waħda mill-akbar donaturi tal-COVAX.

Miżuri ekonomiċi

Il-mexxejja tal-UE qablu dwar pakkett ta’ rkupru ta’ €2.018 triljun (fi prezzijiet attwali) li jikkombina l-baġit tal-UE għall-2021-27 u n-NextGenerationEU. Skont il-ftehim il-Kummissjoni se tkun tista’ tissellef madwar €800 biljun (fi prezzijiet attwali) fis-swieq.

Fil-15 ta’ Ġunju 2021, fl-ewwel tranżazzjoni tan-NextGenerationEU tagħha, il-Kummissjoni ġabret €20 biljun permezz ta’ bond ta’ għaxar snin li jagħlaq fl-4 ta’ Lulju 2031 biex jiġi ffinanzjat l-irkupru tal-Ewropa mill-kriżi tal-coronavirus u mill-konsegwenzi tiegħu. Flimkien ma’ tranżazzjonijiet oħrajn f’Ġunju u Lulju, il-Kummissjoni s’issa ġabret €45 biljun taħt in-NextGenerationEU. Il-fondi issa se jintużaw għall-ewwel pagamenti skont in-NextGenerationEU, skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u diversi programmi tal-baġit tal-UE. L-ewwel żborż taħt in-NextGenerationEU diġà sar fl-aħħar ta’ Ġunju, u twettaq taħt il-programm REACT-EU. 

Sa tmiem Awwissu l-Kummissjoni vvalutat u approvat 19-il pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza li ġew ippreżentati. L-ewwel żborżi, b’ammont ta’ aktar minn €49 biljun, kienu diġà waslu fil-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u l-Portugall, sal-21 ta’ Settembru.

Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat miżuri varji ta’ appoġġ, bħal:

  • paper with a list

    miżuri ekonomiċi li jikkomplementaw il-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza Pandemika ta’ €1,850 biljun tal-Bank Ċentrali Ewropew, minbarra l-programm ta’ €120 biljun deċiż qabel.

  • icon aid rules

    regoli temporanji dwar l-għajnuna mill-Istat biex b’hekk il-gvernijiet ikunu jistgħu jipprovdu likwidità lill-ekonomija biex jappoġġjaw liċ-ċittadini, u jsalvaw l-impjiegi fl-UE

  • hand and building

    l-attivazzjoni tal-“klawżola liberatorja” li tippermetti flessibbiltà massima għar-regoli baġitarji tagħna. Dan se jgħin lill-pajjiżi tal-UE jappoġġjaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa u n-negozji, u jiżguraw l-impjiegi tan-nies matul il-kriżi

  • Folder with papers

    l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida biex tgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-assi u t-teknoloġija kritiċi Ewropej fil-kriżi attwali

  • A clipboard with a checklist on it
    Għoti ta’ gwida ekonomika lill-Istati Membri

    Il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew ipprovda gwida politika ekonomika lill-Istati Membri kollha tal-UE fil-kuntest tal-pandemija. Ir-rakkomandazzjonijiet jiffokaw fuq li jittaffa l-impatt tal-kriżi f’terminu qasir u l-bini tat-tkabbir f’terminu twil, f’konformità mal-għanijiet ekoloġiċi u diġitali tagħna.

  • Social Europe - The European Pillar of Social Rights
    Il-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE u tal-Bank Ewropew tal-Investiment biex jiġu salvati l-impjiegi u biex jiġu appoġġjati l-kumpaniji milqutin mill-kriżi

    LAppoġġ Temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) tal-Kummissjoni hu mfassal biex jgħin lin-nies iżommu xogħolhom matul il-kriżi. L-appoġġ ta’ SURE jinħareġ bħala bonds soċjali, biex jiġi żgurat li kull euro jkollu impatt soċjali ċar. 19-il pajjiż irċevew total ta’ aktar minn €94 biljun f’appoġġ taħt dan l-istrument.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat linji gwida biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema staġjonali fl-UE matul il-pandemija. Dawn jipprovdu gwida lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-ispettorati tax-xogħol u lis-sħab soċjali biex jiġu ggarantiti d-drittijiet, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema staġjonali, u biex jiġi żgurat li l-ħaddiema staġjonali jkunu konxji tad-drittijiet tagħhom.

  • Office space
    Appoġġ finanzjarju addizzjonali għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju li ntlaqtu ħażin
    • Il-Grupp tal-BEI qed jinvesti €20 biljun addizzjonali fin-negozji żgħar u ta’ daqs medju.
    • Il-Kummissjoni qed timmobilizza €8 biljun biex tgħin mill-anqas 100,000 kumpanija, flimkien mal-Grupp tal-BEI.
  • Coronavirus - Delivery of medical equipment from RescEU Reserve in Italy
    L-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus

    Il-Kummissjoni ressqet inizjattiva ta’ investiment sabiex l-Istati Membri jkollhom likwidità immedjata. Din l-inizjattiva tikkonsisti minn fondi tal-politika tal-koeżjoni li ma ntefqux u tinkludi:

  • Support to agriculture
    Biex tappoġġja lill-bdiewa u lis-settur agrikolu, il-Kummissjoni għandha

Saħħa pubblika

Pass lejn Unjoni Ewropea tas-Saħħa

Fil-11 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni poġġiet l-ewwel pedamenti ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa, ibbażata fuq żewġ pilastri:

  • Qafas tas-sigurtà tas-saħħa aktar b’saħħtu, li se jinvolvi:
    • L-armonizzazzjoni tal-pjanijiet ta’ tħejjija u rispons tal-UE, nazzjonali u reġjonali. Dawn il-pjanijiet se jsirilhom test tal-istress u jiġu awditjati b’mod regolari mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tal-UE.

    • Sistema ta’ emerġenza tal-UE. Din twassal għal aktar koordinazzjoni u azzjoni rapida biex jiġi żviluppat, maħżun, u akkwistat it-tagħmir meħtieġ biex tiġi ffaċċjata l-kriżi.

  • Aġenziji tal-UE aktar robusti:
    • Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard se jissorvelja s-sitwazzjoni epidemjoloġika abbażi ta’ data komuni.

    • Il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini se jkopri s-sikurezza tal-mediċini u l-apparat mediku, ir-riskju ta’ skarsezzi u l-provi kliniċi tal-mediċini.

    • Se tinħoloq Awtorità ta’ Reazzjoni ta’ Emerġenza Relatata mas-Saħħa (HERA) ġdida.

Gwida medika għall-pajjiżi tal-UE 

Il-Bord tal-Kummissjoni ta’ 7 epidemjologi u virologi indipendenti jipprovdi linji gwida bbażati fuq ix-xjenza u jagħti pariri dwar

  • il-miżuri ta’ rispons għall-Istati Membri kollha
  • il-lakuni fil-ġestjoni klinika
  • il-prijoritizzazzjoni tal-kura tas-saħħa, il-protezzjoni ċivili u riżorsi oħrajn
  • il-miżuri ta’ politika għal konsegwenzi fit-tul tal-coronavirus

Abbażi kemm tal-parir xjentifiku mill-bord kif ukoll taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), il-Kummissjoni ħadet il-passi li ġejjin

  1. 19 ta' Marzu 2020

    Rakkomandazzjonijiet dwar miżuri komunitarji, bħat-tbegħid fiżiku.

  2. 8 ta' April 2020

    Inħarġu linji gwida biex jiġu ottimizzati l-provvista u d-disponibbiltà tal-mediċini kif ukoll gwida tal-antitrust li tippermetti kooperazzjoni limitata bejn in-negozji, speċjalment għall-mediċini kritiċi fl-isptarijiet. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll “Punt ċentrali ta’ koordinament għat-tagħmir mediku” li jgħin fl-identifikazzjoni tal-provvisti disponibbli, inklużi kits għall-ittestjar, u li jaċċellera t-tqabbil nazzjonali tagħhom.

  3. 15 ta' April 2020

    Linji gwida dwar il-metodoloġiji tal-ittestjar, biex jappoġġjaw l-użu effiċjenti tal-kits għall-ittestjar mill-Istati Membri, b’mod partikolari meta jitneħħew il-miżuri ta’ konfinament.

  4. 16 ta' April 2020

    Gwida dwar kif jiġu żviluppati l-apps għall-apparati mobbli tal-ittraċċar li jirrispettaw bis-sħiħ ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, fil-kuntest tat-tneħħija gradwali tal-miżuri ta’ konteniment.

  5. 16 ta' Ġunju 2020

    L-Istati Membri tal-UE, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, qablu dwar linji gwida tekniċi biex jiġi żgurat l-iskambju sikur ta’ informazzjoni bejn l-apps għall-ittraċċar tal-kuntatti u l-interoperabbiltà.

  6. 3 ta' Lulju 2020

    Mogħtija awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq għall-mediċina Remdesivir, li tagħmilha l-ewwel mediċina awtorizzata fil-livell tal-UE għat-trattament kontra l-coronavirus.

  7. 29 ta' Lulju 2020

    Iffirmat kuntratt ta’ €63 miljun mal-kumpanija farmaċewtika Gilead biex tiżgura dożi tat-trattament tal-Veklury, l-isem kummerċjali tar-Remdesivir. Il-lottijiet tal-Veklury huma disponibbli għall-Istati Membri u r-Renju Unit, bil-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-Kummissjoni.

  8. 19 ta' Ottubru 2020

    Tnieda Servizz ta’ Gateway Ewropew biex jgħaqqad flimkien l-apps għat-traċċar tal-kuntatti. Sa nofs Diċembru, 13-il app għandhom ikunu konnessi mas-servizz.

  9. 2 ta' Diċembru 2020

    Strateġija li tgħin biex nipproteġu ruħna mill-COVID-19 matul ix-xitwa, filwaqt li tirrakkomanda viġilanza u kawtela kontinwi fl-2021 meta se jkun hemm l-introduzzjoni ta’ vaċċini sikuri u effettivi.

Il-Kummissjoni allokat €3 biljun mill-baġit tal-UE, li se jingħaqdu ma’ €3 biljun mill-Istati Membri, sabiex tipprovdi fondi għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza u r-riżerva komuni tat-tagħmir tar-RescEU.

Tagħmir protettiv personali (PPE)

Biex tgħin fil-produzzjoni u d-disponibbiltà tat-tagħmir protettiv personali (PPE), il-Kummissjoni qiegħda

  • taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tivvaluta l-istokk disponibbli ta’ PPE fl-UE, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-ħtiġijiet antiċipati
  • tiżgura l-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq biex tiżdied il-provvista ta’ PPE mingħajr ma jiġu kompromessi l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza
  • tiddiskuti mal-industrija dwar kif jistgħu jinbidlu l-linji ta’ produzzjoni biex jipprovdu aktar PPE u qed tipprovdi gwida lill-manifatturi biex iżidu l-produzzjoni ta’ PPE, sanitizzaturi tal-idejn u diżinfettanti

Testijiet

  • COVID-19 testing centre of the Belgian Red Cross in Etterbeek

    Il-Kummissjoni ħarġet rakkommandazzjoni lill-Istati Membri dwar l-istrateġiji tal-ittestjar, inkluż l-użu ta’ testijiet tal-antiġeni rapidi.

    Ġew investiti €100 miljun mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza fix-xiri u fit-twassil ta’ testijiet ta’ din ix-xorta fl-Istati Membri. B’mod parallel, il-Kummissjoni nediet akkwist konġunt biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jiksbu aktar minn dawn it-testijiet.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tat €35.5 miljun mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza lill-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar biex iżżid il-kapaċità tal-ittestjar tal-COVID-19 fl-UE, tħarreġ il-voluntiera u tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Fruntieri u mobbiltà

Matul il-pandemija, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet biex tiżgura li l-Istati Membri jaġixxu b’mod koordinat kemm biex jitrażżan it-tixrid tal-virus kif ukoll biex jinżamm il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tal-ekonomiji tagħna.

Il-Kummissjoni pproponiet Ċertifikati Diġitali biex tiffaċilita l-moviment liberu sikur fl-UE matul il-pandemija.

Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021. Iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE issa jistgħu jinħarġulhom u jiġu vverifikati ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tagħhom fl-UE kollha. Iċ-ċertifikati diġitali jew stampati huma bla ħlas, u jistgħu jintużaw bħala prova tat-tilqim, tal-ittestjar jew tal-irkupru.

Matul l-2020, il-Kummissjoni ħarġet:

  • linji gwida għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali
  • gwida biex tiżgura l-moviment liberu tal-ħaddiema, speċjalment fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u tal-ikel
  • gwida dwar l-arranġamenti dwar is-saħħa, ir-ripatrijazzjoni u l-ivvjaġġar għall-passiġġieri tal-bastimenti tal-cruises u l-ekwipaġġi tal-bastimenti tal-merkanzija
  • Proposti biex jiġi żgurat li kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri li tirrestrinġi l-moviment liberu minħabba l-pandemija tiġi kkoordinata u kkomunikata b’mod ċar fil-livell tal-UE, b’sett uniku ta’ kuluri li jirrappreżentaw ir-riskji u sett uniku ta’ regoli li jridu jiġu segwiti. Il-Kummissjoni se taħdem ukoll mal-Istati Membri fuq approċċ komuni għall-prattiki tal-kwarantina
  • gwida dwar il-vjaġġaturi li għandhom ikunu eżentati minn restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar temporanji
  • qed jitħejjew protokoll għall-ittestjar għall-avjazzjoni u Formola tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri, biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar sikur
  • reopen eu visual

    Re-open EU tipprovdi informazzjoni essenzjali dwar il-ftuħ mill-ġdid b'mod sikur tal-moviment liberu u tat-turiżmu fl-Ewropa. F’Diċembru 2020 l-UE nediet l-app Re-open EU. Tista’ ssib informazzjoni f’ħin reali dwar

    • il-fruntieri
    • il-mezzi ta’ trasport disponibbli
    • ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar
    • il-miżuri dwar is-saħħa pubblika u ta’ sikurezza
    • mappa b’kodiċi ċar tal-kuluri.

Ġlieda kontra d-diżinformazzjoni

Il-Kummissjoni tinsab f’kuntatt mill-qrib mal-pjattaformi tal-media soċjali rigward miżuri għall-promozzjoni ta’ kontenut awtorevoli, biex jiżdied l-għarfien tal-utenti, u tkun limitata d-diżinformazzjoni u l-pubbliċità relatata magħha.

S’issa ġew esposti, ippubblikati u aġġornati aktar minn 700 narrattiva ta’ diżinformazzjoni dwar il-coronavirus fuq www.EUvsDisinfo.eu. Il-paġna tal-Kummissjoni kontra d-diżinformazzjoni dwar il-coronavirus tipprovdi wkoll materjal għall-eliminazzjoni tal-miti u għall-verifika tal-fatti.

Il-Kummissjoni qed tuża l-għodod kollha disponibbli u tiffinanzja r-riċerka biex tgħin fil-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni relatati mal-coronavirus.

Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna qed jaħdmu mill-qrib ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE u mal-Istati Membri, inkluż permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija stabbilita f’Marzu 2019, kif ukoll mas-sħab internazzjonali mill-G7 u min-NATO.

  • A woman wearing a mask uses her phone

    Fl-10 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni ppreżentat serje ta’ azzjonijiet biex issaħħaħ il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dwar il-pandemija tal-coronavirus, bħat-tisħiħ tal-komunikazzjoni strateġika u tad-diplomazija pubblika fil-viċinat immedjat tal-UE u fid-dinja kollha kif ukoll l-appoġġ tagħha għall-media u l-ġurnalisti indipendenti.

Dawn l-azzjonijiet qed jikkontribwixxu għal aktar ħidma tal-UE dwar id-diżinformazzjoni u l-Kummissjoni pproponiet żewġ testi ġodda f'Diċembru 2020. L-ewwel wieħed hu Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea li jkompli jsaħħaħ il-ħidma tal-UE biex tiġġieled id-diżinformazzjoni u tadatta għal theddid u manipulazzjonijiet li qed jevolvu, kif ukoll biex tappoġġja media ħielsa u indipendenti. It-tieni wieħed hu l-Att dwar is-Servizzi Diġitali li jistabbilixxi regoli li jiżguraw responsabbiltà akbar dwar kif il-pjattaformi jimmoderaw il-kontenut, dwar ir-reklamar u dwar il-proċessi algoritmiċi.

Il-programm ta’ monitoraġġ ta’ kull xahar stabbilit mal-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika tagħna kontra d-diżinformazzjoni online issa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar azzjonijiet kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni dwar il-vaċċini. F’Marzu 2021, il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ il-Kodiċi f’diversi oqsma biex tagħmlu b’saħħtu, stabbli u flessibbli.

Dokumenti

15 ĠUNJU 2021
The EU response to the coronavirus crisis

28 OTTUBRU 2020
Factsheet - EU Coronavirus Response

19 ĠUNJU 2020
Factsheet - EU medical and health support