
Bit-tħabbir tal-programm ta’ ħidma tagħha għall-2025, il-Kummissjoni ddeskriviet il-pjanijiet tagħha biex din is-sena tagħti spinta lill-kompetittività, iżżid is-sigurtà, u ssaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika. Ma’ dan il-programm hemm pjan biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġu ssimplifikati r-regoli tal-UE.
Kull sena, il-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ azzjonijiet li tkun se tieħu fis-sena ta’ wara. Din id-darba, il-Kummissjoni se tiffoka fuq
- is-sostenibbiltà tal-prosperità u tal-kompetittività
- id-difiża u s-sigurtà
- l-għoti tas-sostenn lin-nies, u t-tisħiħ tas-soċjetajiet tagħna u tal-mudell soċjali tagħna
- il-preservazzjoni tal-kwalità tal-ħajja tagħna
- il-protezzjoni tad-demokrazija u l-ħarsien tal-valuri tagħna
- l-użu għaqli tal-poter u tas-sħubijiet madwar id-dinja
- it-tħejjija tal-Unjoni tagħna għall-futur
Il-programm ta’ ħidma huwa r-riżultat ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, mal-Istati Membri, u mal-korpi konsultattivi tal-UE. Jiffoka fuq fejn il-Kummissjoni se tippreżenta inizjattivi ġodda, tirtira proposti pendenti, u tirrevedi leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.
Din is-sena hija ffukata ħafna wkoll fuq is-simplifikazzjoni. Il-Kummissjoni qed tippjana li tagħmel l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE aktar faċli fil-prattika, li tissimplifikahom, u li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi. Il-Komunikazzjoni dwar l-Implimentazzjoni u s-Simplifikazzjoni, li wkoll ġiet ippreżentata llum, fiha miri u għodod biex jitħaffef il-piż regolatorju u jsir titjib rapidu u sinifikanti għan-nies u għan-negozji.
Għal aktar informazzjoni
Skeda informattiva rigward il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2025
Skeda informattiva rigward il-Komunikazzjoni dwar is-Simplifikazzjoni u l-Implimentazzjoni
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Frar 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni