L-Ewropa qed tisħon id-doppju tal-bqija tad-dinja u s-sistemi tal-ilma tagħha jinsabu taħt stress dejjem akbar. L-iskarsezza tal-ilma taffettwa 30% tal-Ewropej u 20% tal-art kull sena. Fil-fatt, 70% taċ-ċittadini Ewropej esprimew tħassib dwar it-tniġġis tal-ilma u l-iskarsezza tal-ilma, u madankollu kważi nofshom ma jħossuhomx infurmati tajjeb dwar il-problemi relatati mal-ilma f’pajjiżhom.Huwa għalhekk li dan l-aħħar tnediet il-kampanja -#WaterWiseEU, inizjattiva li se tikkontribwixxi għal Ewropa reżiljenti għall-ilma sal-2050.Iċ-ċiklu tal-ilma tagħna, il-proċess li bih l-ilma jgħaddi mill-art, l-ibħra u l-atmosfera tad-Dinja, tħarbat u jeħtieġ li jitranġa. L-attività tal-bniedem u t-tibdil fil-klima qed jagħmlu ħsara lill-ekosistemi u qed iwasslu għal aktar evaporazzjoni, aktar għargħar, aktar nixfa – u inqas ilma għalina u għall-ħajja l-oħra kollha li tiddependi minnu. Il-kampanja ta’ komunikazzjoni #WaterWiseEU, li se tibqa’ għaddejja sal-ħarifa, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar dan u li tixħet dawl fuq il-ħafna soluzzjonijiet disponibbli. Soluzzjonijiet bħall-ixprunar tal-ħżin naturali tal-ilma, ir-riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art, u l-bini mill-ġdid tas-saħħa tal-ħamrija, iżda wkoll il-ġestjoni intelliġenti tal-ilma, l-effiċjenza fl-użu tal-ilma u l-użu mill-ġdid tiegħu. Meta naħdmu flimkien, nistgħu nbiddlu l-perċezzjonijiet eżistenti tal-ilma u “Naraw l-Ilma b’mod differenti”, kif jgħid is-slogan uffiċjali tal-kampanja. Il-kampanja żviluppat għadd ta’ assi, inklużi elementi viżwali u messaġġi lesti, li l-kampanja qiegħdet għad-dispożizzjoni tas-sħab tal-kampanja biex jużawhom. Is-sħab qed jiġu mħeġġa jużaw dawn l-assi biex iqanqlu konverżazzjoni, jorganizzaw avvenimenti u jallinjaw mal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tagħhom stess. Sib aktar informazzjoniPaġna ewlenija tal-kampanja #WaterWiseEUMaterjal tal-kampanja #WaterWiseEUTgħallem dwar iċ-ċiklu tal-ilma Dettalji Data tal-pubblikazzjoni11 Lulju 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni