Fl-2021 biss, ġew ikkonfiskati 303 tunnellati ta’ kokaina fl-UE. Biex tintensifika l-ġlieda kontra n-networks kriminali, il-Kummissjoni stabbiliet miżuri ġodda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kummerċ tad-droga. Il-miżuri l-ġodda jinkludu 17-il azzjoni, fosthom it-tisħiħ tal-portijiet kontra l-infiltrazzjoni kriminali permezz ta’ Alleanza Ewropea ġdida għall-Portijiet iż-żarmar ta’ networks kriminali ta’ riskju għoli permezz ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u diġitali, u kooperazzjoni msaħħa il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pajjiżi il-ħidma mas-sħab internazzjonali dwar din it-theddida globali Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga hija prijorità għall-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u s-sħab internazzjonali tagħha. Kull min hu involut għandu jkompli jaħdem qatigħ biex jimplimenta kompletament l-Istrateġiji tal-UE dwar il-Kriminalità Organizzata u d-Drogi. Il-Kummissjoni se tieħu aktar passi din is-sena u s-sena d-dieħla inklużi miżuri leġiżlattivi, appoġġ finanzjarju, u l-ħolqien ta’ Aġenzija tal-UE dwar id-Drogi sas-sajf tal-2024. Għal aktar informazzjoni Il-politika tal-UE dwar id-drogi Skeda informattiva dwar il-miżuri l-ġodda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni stabbiliet Pjan Direzzjonali tal-UE ġdid ta’ miżuri ta’ prijorità għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-miżuri l-ġodda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga Dettalji Data tal-pubblikazzjoni18 Ottubru 2023AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni