Illum tibda l-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, l-akbar avveniment annwali ddedikat għall-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Dan l-avveniment li jdum erbat ijiem jiġbor flimkien taħlita diversa ta’ partijiet ikkonċernati, minn politiċi sa negozji, u mis-soċjetà ċivili sal-akkademja, biex jiddiskutu l-isfidi komuni għar-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa u biex iħarsu lura lejn il-bosta riżultati miksuba.Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE hija l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp armonjuż ġenerali tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħha. Hekk l-UE tgħin lir-reġjuni inqas żviluppati tagħha jlaħħqu mal-medja tal-UE. Matul dawn l-aħħar ħames snin, il-Politika ta’ Koeżjoni kompliet tagħti riżultati għaċ-ċittadini tal-UE, billiappoġġat 2.7 miljun negozjuwessgħet l-infrastruttura u t-tagħmir tal-edukazzjoni li minnhom jibbenefikaw madwar 18-il miljun tifel u tifla u żagħżugħ u żagħżugħaappoġġat il-ħolqien ta’ 260,000 impjieg f’intrapriżi ġoddaissalvagwardjat 13.5-il miljun persuna bis-saħħa ta’ miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħartejbet ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ 380,000 unità domestikatejbet il-konnessjoni broadband għal 3.1 miljun unità domestikaappoġġat mill-inqas 12.8-il miljun persuna biex jipparteċipaw fl-edukazzjoni u t-taħriġGħenet ukoll lir-reġjuni kollha tal-UE biex jiffaċċjaw l-effetti ta’ kriżijiet bla preċedent li seħħew matul dan iż-żmien, il-pandemija tal-COVID-19 u mbagħad l-influss tar-refuġjati Ukreni wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, sal-kriżi tal-enerġija li rriżultat.It-tnaqqis tad-disparitajiet bejn ir-reġjuni u l-bliet tal-UE huwa pilastru fundamentali tal-proġett tal-UE. Il-politika reġjonali tmur lura għat-Trattat ta’ Ruma u t-twaqqif tal-Komunitajiet Ewropej fl-1957. Dan witta t-triq għall-ħolqien tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali fl-1968 u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fl-1975.Għal aktar informazzjoniIl-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-BlietIl-Politika ta’ koeżjoniInformazzjoni dwar il-Politika ta’ Koeżjoni fil-pajjiżi tal-UEStqarrija għall-istampa: It-22 Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet tqis il-kisbiet u tħares ’il quddiem lejn il-futur tal-Politika ta’ Koeżjoni Dettalji Data tal-pubblikazzjoni7 Ottubru 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni