Il-Kummissjoni ppreżentat il-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2024. Il-pjan il-ġdid jagħmel enfasi qawwija fuq is-simplifikazzjoni tar-regoli għaċ-ċittadini u n-negozji fl-UE kollha. Fadal inqas minn sena għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, u sa dakinhar il-Kummissjoni se tressaq 18-il proposta ta’ politika ġdida biex tindirizza l-isfidi emerġenti u tkompli bl-impenji tagħha tal-2019. Dawn jinkludu: it-tnedija ta’ djalogu dwar il-futur tal-agrikoltura fl-UE inizjattiva biex in-negozji ġodda tal-IA jingħataw aċċess għal kompjuters ta’ prestazzjoni għolja tal-UE liġi spazjali Ewropea enfasi fuq l-isfidi ekonomiċi relatati man-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet, l-edukazzjoni, id-djalogu soċjali, l-inflazzjoni u l-faċilità biex isir in-negozju kooperazzjoni aktar b’saħħitha fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti Il-programm jiffoka wkoll fuq it-tnaqqis tal-burokrazija, b’regoli ġodda li jissimplifikaw il-burokrazija għal aktar minn miljun kumpanija. Il-President von der Leyen impenjat ruħha li tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ rapportar b’25% filwaqt li żżomm l-istandards tal-UE. Minn Marzu 2023 ’l hawn, il-Kummissjoni adottat 15-il proposta biex tissimplifika r-rappurtar, li wasslu għal iffrankar ta’ aktar minn €2.4 biljun. Għal aktar informazzjoni Programm ta’ Ħidma tal-2024 Skeda informattiva li tispjega l-Programm ta’ Ħidma Skeda informattiva dwar it-tnaqqis tal-piżijiet u r-rekwiżiti Stqarrija għall-istampa: Niksbu r-riżultati llum u nħejju għal għada: Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2024 Dettalji Data tal-pubblikazzjoni17 Ottubru 2023AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni