Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 19 Mejju 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

F’kuntest ta’ inċertezza ekonomika globali, l-ekonomija tal-UE hija projettata li tikber b’mod moderat

Press conference by Valdis Dombrovskis, European Commissioner, on the Spring 2025 Economic Forecast

 

Fit-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2025 li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea, jidher li l-ekonomija tal-UE bdiet din is-sena b’mod aktar b’saħħtu milli kien mistenni. Qed jiġi projettat li fl-2025 l-ekonomija se tkompli tikber bil-mod filwaqt li t-tkabbir mistenni jirpilja fl-2026.

Projezzjonijiet ewlenin

  • il-PDG reali huwa projettat li jikber b’
    • 0.9 % fl-2025 u b’1.4 % fl-2026 fiż-żona tal-euro
    • 1.1 % fl-2025 u b’1.5 % fl-2026 fl-UE
  • l-inflazzjoni mistennija tonqos
    • minn 2.4 % fl-2024 għal 2.1 % fl-2025 għal 1.7 % fl-2026 fiż-żona tal-euro
    • minn livell kemxejn ogħla fl-2024 għal ftit inqas minn 2 % fl-2026 fl-UE
  • minħabba t-tnaqqis fir-ritmu tal-kummerċ globali, l-esportazzjonijiet tal-UE mistennija li jikbru b’0.7 % biss din is-sena, iżda se jżidu l-pass fl-2026 għal 2.1 %
  • is-suq tax-xogħol għadu b’saħħtu, b’ħolqien rekord ta’ 1.7 miljun impjieg ġdid fl-ekonomija tal-UE fl-2024 u mistenni li jespandi b’2 miljun impjieg oħra
  • ir-rata tal-qgħad mistennija tonqos għal livell storikament baxx ġdid ta’ 5.7 % fl-2026
  • it-tkabbir fil-pagi nominali se jonqos fl-2025 u fl-2026, iżda l-ħaddiema se jkomplu jibbenefikaw minn żidiet fil-pagi reali. Huma mistennija wkoll li jirkupraw għalkollox il-kapaċità tal-akkwist li ntilfet fis-snin riċenti minħabba l-inflazzjoni
  • id-defiċit tal-gvern estiż tal-UE huwa projettat li jiżdied marġinalment minn 3.2 % fl-2024 għal 3.3 % fl-2025 u li jibqa’ f’dak il-livell fl-2026

L-inċertezza għolja kaġun tat-tensjonijiet kummerċjali globali u d-diżastri relatati mal-klima joħolqu riskji negattivi għat-tkabbir. Madankollu, it-tnaqqis tat-tensjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti, l-espansjoni tal-kummerċ, in-nefqa ogħla fid-difiża, u r-riformi biex tingħata spinta lill-kompetittività jistgħu jappoġġaw it-tkabbir u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE.

It-tbassir li jmiss mistenni jiġi ppreżentat f’Novembru 2025. 

Għal aktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa: Tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2025

Tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2025

Tbassir ekonomiku 

Kompetittività

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
19 Mejju 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni