
L-#ErasmusDays huma ġimgħa ta' ċelebrazzjoni internazzjonali tal-programm Erasmus+, bejnl-14 u d-19 ta’ Ottubru 2024.
Tul dawn il-jiem, kulħadd huwa mistieden jorganizza jew jieħu sehem f’avvenimenti li jiċċelebraw il-proġetti u l-opportunitajiet proposti minn Erasmus+. Miftuħa għall-istudenti, għall-għalliema, għall-ħarrieġa, għall-professjonisti, u għaċ-ċittadini kollha, l-#ErasmusDays jippromwovu l-bosta benefiċċji li jirriżultaw mill-programm. Tul il-ġimgħa se jsiru avvenimenti kemm diġitali kif ukoll fiżiċi, li jvarjaw bejn seminars, sessjonijiet multilingwi, wirjiet tar-ritratti u konferenzi, u sfidi tal-media soċjali, u din se tkun opportunità unika biex issir konnessjoni ma’ persuni minn kuntesti differenti u biex wieħed jitgħallem dwar kulturi differenti. Din is-sena se tenfasizza l-isport, ispirata mil-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-2024 f’Pariġi.
L-Erasmus+ hu l-programm tal-UE li jappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa. Sa mill-bidu tiegħu fl-1987, aktar minn 15-il miljun persuna ħadu sehem f’Erasmus+ u fil-programmi ta’ qablu. B’baġit stmat ta’ €26.2 biljun, il-programm tal-2021-2027 jenfasizza bil-kbir l-inklużjoni soċjali, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-promozzjoni ta’ sehem iż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika. Permezz tal-iskambji ta’ mobbiltà u tal-proġetti ta’ kooperazzjoni, l-Erasmus+ joffri opportunitajiet għal miljuni ta’ studenti, għalliema, voluntiera u professjonisti biex jiksbu esperjenza internazzjonali, jiżviluppaw ħiliet ġodda, u jwessgħu l-orizzonti kulturali tagħhom. Dan il-programm mhux biss irawwem l-iżvilupp personali u professjonali iżda jsaħħaħ ukoll l-identità Ewropea billi jippromwovi l-unità permezz tad-diversità.
Għal aktar informazzjoni
- Data tal-pubblikazzjoni
- 14 Ottubru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
The Union of Skills will equip citizens with the skills needed to build a more competitive EU. It will empower people to upskill and reskill themselves and improve the free movement of workers. Finally, it will help attract, develop and retain key talents, from inside and outside the EU.
In their first ever joint study trip, 17 EU high school students from the Greek Cypriot and Turkish Cypriot communities studying at the United World Colleges (UWC) in Germany and in the Netherlands are visiting Brussels on 13 and 14 March to learn about the EU institutions, policies and programmes.
The multi-country project is funded by the European Union via the Technical Support Instrument (TSI) and implemented with support from the Agency.
Today, during a high-level event in Cyprus with UNESCO and the Ministry of Education, Sport and Youth of Cyprus (MESY) the Commission has launched a technical support project to facilitate all-day schooling in Cyprus' lower secondary education.