Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 30 Ottubru 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Twelidt fl-2007? #DiscoverEU - Skopri l-UE b’biljett tal-ivvjaġġar bla ħlas

girl with backpack on the train

 

Se tagħlaq 18 dis-sena, tgħix f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE jew tal-Erasmus+, u tixtieq tivvjaġġa u tiskopri l-Ewropa? Aħtaf daċ-ċans! 

L-UE se tagħti pass tal-ivvjaġġar liż-żgħażagħ magħżula biex jesploraw l-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-Erasmus+. Dis-sena, qed niċċelebraw 40 sena tal-Ftehim ta’ Schengen — il-pedament tal-ivvjaġġar bla fruntieri. F’din l-okkażjoni, l-UE qed toffri 40,000 pass tal-ivvjaġġar ta’ DiscoverEU. L-applikazzjonijiet huma miftuħinapplika qabel it-13 ta’ Novembru 2025 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell). Tista’ tivvjaġġa ma’ grupp ta’ ħbieb jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà u tibagħtu l-applikazzjoni flimkien.

Jekk tintgħażel, tirċievi pass tal-ivvjaġġar għall-mezzi tat-trasport l-aktar ekoloġiċi, bħall-ferroviji (jew modi oħra ta’ trasport f’każijiet speċifiċi). Tista’ tivvjaġġa għal jum biss u sa massimu ta’ 30 jum waqt il-perjodu tal-ivvjaġġar, li mistenni jibda fl-1 ta’ Marzu 2026. Se tirċievi wkoll kard tal-iskontijiet tad-DiscoverEU li toffrilek bosta skontijiet fuq l-akkomodazzjoni, il-kultura, l-isport, it-trasport lokali, jew servizzi oħrajn.

Jekk għandek diżabbiltà jew problema ta’ saħħa li jagħmluhielek diffiċli biex issiefer, noffrulek assistenza u sostenn.

L-appoġġ għaż-żgħażagħ jibqa’ fost il-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni. DiscoverEU hi parti mill-Programm Erasmus+. Liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena toffrilhom l-opportunità li jivvjaġġaw u jesploraw id-diversità tal-Ewropa, jitgħallmu dwar il-wirt u l-istorja kulturali tagħha, u jingħaqdu ma’ persuni minn madwar il-kontinent kollu. 

Għal aktar tagħrif

DiscoverEU — applika issa!

Il-ġustizzja soċjali Ewropea

Storja dwar iż-Żgħażagħ Ewropej: Oħlom kemm tiflaħ. Aġixxi issa.

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
30 Ottubru 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni