Mur għall-kontenut ewlieni

Il-professjonalizzazzjoni tax-xerrejja pubbliċi

Għajnuna biex ix-xerrejja pubbliċi jiksbu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi neċessarji biex iwettqu akkwist effiċjenti.

Rakkomandazzjoni dwar il-professjonalizzazzjoni

F’Ottubru 2017, il-Kummissjoni Ewropea adottat “rakkomandazzjoni dwar il-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku” biex tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tal-UE jieħdu passi biex iżidu l-professjonaliżmu tal-awtoritajiet kontraenti. Ir-rakkomandazzjoni hi parti mill-pakkett dwar l-akkwist pubbliku li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-politika tal-UE dwar l-akkwist. Il-politiki dwar il-professjonalizzazzjoni fil-livell nazzjonali huma essenzjali biex jiġi żgurat li x-xerrejja jkollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-integrità meħtieġa. Dawn iridu jindirizzaw it-taħriġ u l-immaniġġjar tal-karriera tal-prattikanti tal-akkwist pubbliku, u jipprovdu l-għodod biex jagħmlu l-proċess tal-akkwist aktar effiċjenti (eż. għodod ta’ akkwist elettroniku, linji giwda, mudelli).

Ir-rakkomandazzjoni se tkun ikkomplementata b’qafas ta’ kompetenza Ewropew għall-akkwist pubbliku.

3 OTTUBRU 2017
Recommendation (EU) 2017/1805 on the professionalisation of public procurement

Librerija ta’ prattiki u għodod tajbin

Il-qsim tal-esperjenzi se jgħin lill-pajjiżi tal-UE biex itejbu l-prattiki tagħhom fil-qasam tal-akkwist u se jżid l-impatt u r-reputazzjoni tal-akkwist fit-twassil tal-objettivi tal-politika pubblika. Biex dan jinkiseb, ir-rakkomandazzjoni hi akkumpanjata minn librerija ta’ 90 eżempju ta’ prattiki u għodod tajbin intiżi biex jiffurmaw ġabra dinamika li l-pajjiżi tal-UE u l-awtortajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għaliha.

Il-bini ta' struttura għall-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku: Librerija ta’ pra [...] u għodod tajbin

ProcurCompEU - Il-qafas Ewropew ta’ kompetenzi għall-professjonisti tal-akkwist pubbliku

ProcurCompEU hi għodda mfassla mill-Kummissjoni biex tappoġġja l-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku. Din tirrikonoxxi u tappoġġja l-akkwist pubbliku bħala funzjoni strateġika li twassal l-investiment pubbliku għal tkabbir sostenibbli. ProcurCompEU tiddefinixxi 30 kompetenza ewlenija f’“matriċi ta’ kompetenzi” biex tipprovdi referenza komuni għall-professjonisti tal-akkwist pubbliku fl-UE u lil hinn. ProcurCompEU fiha wkoll għodda ta’ awtovalutazzjoni u kurrikulu ta’ taħriġ ġeneriku.

ProcurCompEU – Il-qafas Ewropew ta’ kompetenzi għall-professjonisti tal-akkwist pubbliku