Page contents Page contents Is-Servizz tal-Arkivji Storiċi L-arkivji storiċi tal-Kummissjoni Ewropea jinfetħu għall-pubbliku 30 sena wara l-ħolqien tagħhom. Kull istituzzjoni tal-UE għandha s-servizz tal-arkivji tagħha. Fil-Kummissjoni, il-ftuħ tal-arkivji storiċi jsir mis-Servizz tal-Arkivji Storiċi. L-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea Wara li jiftħuhom għall-pubbliku, l-istituzzjonijiet tal-UE jiddepożitaw l-arkivji storiċi tagħhom fl-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea, li jagħmlu parti mill-Istitut Universitarju Ewropew f’Firenze, l-Italja. L-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea jipprovdu l-aċċess pubbliku għall-arkivji tal-istituzzjonijiet tal-UE. Kwalunkwe ċittadin interessat jista’ jżur is-sala tal-qari li hemm fll-arkivji f’Firenze. L-Arkivji Storiċi tal-UE jipprovdu wkoll għodda tat-tfittxija (katalgi) online biex jgħinu lil dak li jkun isib il-materjal li jkun qed ifittex, kif ukoll magna tat-tiftix. Dawn il-katalgi u xi wħud mid-dokumenti huma disponibbli wkoll permezz tal-Archives Portal Europe. Kull fejn ikun possibbli, il-korpi differenti tal-UE jikkooperaw bl-għan li jarmonizzaw it-trattament tal-arkivji tagħhom. Il-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-Arkivji jiltaqa’ darbtejn fis-sena għal dan l-iskop.