Sistema ta' trasparenza finanzjarja
Is-sistema ta' trasparenza finanzjarja hi bażi tad-data ta' ismijiet ta' benefiċjarji li rċevew finanzjament mill-baġit tal-UE.
Iċ-ċittadini jistgħu jaċċessaw id-dettalji ta' finanzjament imħallas direttament mill-Kummissjoni Ewropea (mill-2007 'l hawn), u tal-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (mill-2010 'l hawn).
Fittex fil-bażi tad-data tar-riċevituri ta' finanzjament tal-UE
Informazzjoni disponibbli
- min jirċievi l-fondi
- suġġett, jiġifieri, l-għan tan-nefqa
- fejn jinsab il-benefiċjarju
- ammont u tip ta' nefqa
- liema dipartiment responsabbli ta l-finanzjament
- liema parti tal-baġit tal-UE ġej minnu
- liema sena l-ammont tniżżel fil-kotba tal-kontabbiltà
Tista' ssib informazzjoni addizzjonali fis-sistema ta' trasparenza finanzjarja fit-taqsimiet Mistoqsijiet Frekwenti u Għajnuna tas-sit tal-web.