Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

L-uffiċċji tagħna

Il-Kwartieri ġenerali

Id-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni huma bbażati fi Brussell u fil-Lussemburgu.

Il-laqgħat ta' kull ġimgħa tal-Kummissarji jsiru fil-kwartieri ġenerali ta' Brussell u fi Strasburgu.

L-uffiċċji tagħna fil-pajjiżi tal-UE

L-uffiċċji tar-rappreżentanzi fl-Istati Membri kollha tal-UE jaġixxu bħala l-vuċi tal-Kummissjoni u jimmonitorjaw l-opinjoni pubblika fil-pajjiż ospitanti tagħhom.

Huma joffru informazzjoni dwar l-UE u jorganizzaw avvenimenti b'temi tal-UE. Uħud minnhom jorganizzaw ukoll żjarat għall-iskejjel u l-organizzazzjonijiet u jipprovdu l-binjiet tagħhom għall-attivitajiet relatati mal-UE. Minbarra r-Rappreżentanzi, diversi aġenziji tal-UE għandhom l-uffiċċji tagħhom fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha wkoll iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDICs)

L-uffiċċji tagħna barra l-UE

L-UE għandha wkoll 139 uffiċċju barra l-UE, magħrufin bħala d-Delegazzjonijiet tal-UE. Dawn huma mmaniġġjati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huma jippreżentaw, jispjegaw u jwettqu l-politiki barranin tal-UE. Janalizzaw u jirrapportaw ukoll dwar il-politiki u jinnegozjaw f'isem l-UE.