Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
alt=""
L-Istat tal-Unjoni 2023

L-inizjattivi ewlenin

alt=""
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew
  • L-organizzazzjoni ta’ sensiela ta’ Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Nadifa mal-industrija biex jiġi żviluppat approċċ għal kull ekosistema industrijali, inkluża l-agrikoltura
  • Proposta ta’ pakkett Ewropew dwar l-Enerġija mir-Riħ biex jgħin biex jittaffew l-isfidi li qed tiffaċċja l-industrija tar-riħ tal-UE; ikompli jiġi aċċellerat il-proċess tal-ħruġ tal-permessi u jittejbu s-sistemi tal-irkant
  • It-tnedija ta’ investigazzjoni antisussidji dwar il-vetturi elettriċi li ġejjin miċ-Ċina
  • It-tnedija ta’ djalogu strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura fl-UE
alt=""
L-ekonomija, l-isfera soċjali, u l-kompetittività
  • L-organizzazzjoni ta’ Summit tas-Sħab Soċjali ġdid biex jiffoka fuq l-isfidi — min-nuqqas ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema għall-bidliet li jirriżultaw mill-intelliġenza artifiċjali
  • Il-ħatra ta’ mibgħut tal-UE għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jirrapporta lill-President tal-Kummissjoni
  • It-tressiq ta’ proposti leġiżlattivi biex ir-rekwiżiti ta’ rappurtar fil-livell Ewropew jitnaqqsu b’25%, biex ikun aktar faċli li jsir in-negozju
  • Issir talba lil Mario Draghi għal rapport dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, biex jiġi stabbilit kif l-UE tista’ tibqa’ kompetittiva filwaqt li tmexxi t-tranżizzjoni nadifa
alt=""
L-intelliġenza diġitali u artifiċjali
  • Inizjattiva biex il-kompjuters ta’ prestazzjoni għolja tagħna jinfetħu għall-istart-ups Ewropej tal-IA biex iħarrġu l-mudelli tagħhom
  • Appoġġ għall-ħolqien ta’ panel globali li jiġbor fih xjenzati, kumpaniji tat-teknoloġija, u esperti, biex jiġu identifikati opportunitajiet u riskji relatati mal-IA
  • Ħidma mas-settur tan-negozju dwar standards globali minimi għall-użu sikur u etiku tal-IA
alt=""
L-Ukrajna
  • Proposta biex tiġi estiża l-protezzjoni temporanja għall-Ukreni fl-UE
  • L-implimentazzjoni tal-proposta għal Faċilità għall-Ukrajna, b’valur ta’ €50 biljun, għall-investiment u r-riformi fl-erba’ snin li ġejjin
alt=""
It-tkabbir
  • L-estensjoni tar-rapporti tal-UE dwar l-Istat tad-Dritt għal dawk il-pajjiżi tal-adeżjoni li jagħmlu progress aktar malajr
  • It-tnedija ta’ sensiela ta’ rieżamijiet tal-politika ta’ qabel it-tkabbir biex jitqies kif kull politika tal-UE jista’ jkollha bżonn tiġi adattata għal UE akbar
  • Il-preżentazzjoni ta’ ideat għad-diskussjoni tal-Mexxejja li għandha ssir fl-ambitu tal-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE
alt=""
L-Ewropa Globali, il-migrazzjoni, u sigurtà
  • Proposta ta’ approċċ strateġiku ġdid għall-Afrika, biex tiġi żviluppata sħubija ta’ benefiċċju reċiproku dwar kwistjonijiet komuni għaż-żewġ kontinenti
  • L-organizzazzjoni ta’ konferenza internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti