Page contents Page contents Fil-kuntest tal-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali, il-Kummissjoni Ewropea għamlet analiżijiet fil-fond ta’ numru ta’ oqsma li jistgħu jitqiesu strateġiċi għall-interessi tal-Ewropa. Dawn l-analiżijiet jeżaminaw in-natura tad-dipendenzi strateġiċi possibbli, l-impatt tagħhom kif ukoll ir-reazzjonijiet ta’ politika rilevanti, li f’xi każijiet diġà jinsabu għaddejjin. Dawn il-valutazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala analiżi eżawrjenti tad-dipendenzi strateġiċi possibbli kollha tal-UE, iżda pjuttost bħala l-ewwel stadju ta’ valutazzjonijiet li jikkonċernaw numru ta’ oqsma importanti. Materja prima Il-metalli u l-minerali huma parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Bit-tranżizzjoni tal-industrija Ewropea lejn in-newtralità klimatika, id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili tirriskja li tiġi sostitwita b’dipendenza fuq materja prima mhux għall-enerġija. L-aċċess għar-riżorsi hu fundamentali għall-industrija kollha tal-UE u hu ċentrali għall-ambizzjoni tal-Ewropa li twettaq il-Patt Ekoloġiku u tiżgura t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tal-UE. Peress li l-UE ma tipproduċix il-materja prima kollha li hi meħtieġa biex tissodisfa d-domanda tagħna, l-industrija tal-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni globali fl-aċċess għall-materja prima. Aktar minn irduppjat estrazzjoni tal-materja primaglobalment mill-1990 40% tkabbir fil-konsummistenni sal-2040 Il-Kummissjoni identifikat 30 materja prima kritika fil-lista ta’ Materja Prima Kritika tal-2020 tagħha. Din hi materja prima li hi ekonomikament importanti ħafna u għandha riskju għoli ta’ provvista. Il-materjali tal-art rari jintużaw f’kalamiti li jċaqilqu l-karozzi elettriċi u li jħaddmu t-turbini tar-riħ.Il-gallju u l-indju huma parti mit-teknoloġija tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED) fil-bozoz.Il-metall tas-siliċju jintuża f’semikondutturi.Il-metalli tal-grupp tal-platinu huma meħtieġa fiċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu u l-elettrolizzaturi. Kwistjonijiet ewlenin Diversi setturi u teknoloġiji strateġiċi jiddependu fuq l-aċċess għal materja prima kritika Provvista globali ta’ xi materja prima hi kkonċentrata ħafna f’pajjiżi speċifiċi 98% tal-provvista tal-materjali tal-art rari tal-UE tiġi miċ-Ċina 98% tal-provvista tal-borat tal-UE tiġi mit-Turkija 71% tal-ħtiġijiet tal-UE għall-platinu ġejjin mill-Afrika t’Isfel Kumpaniji uniċi jfornu lill-UE bl-afnju u bl-istronzju Il-produzzjoni globali tal-materja prima hi dejjem aktar soġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni Aktar minn 70% tal-produzzjoni globali tal-kobalt, tal-materjali tal-art rari u tat-tungstenu hi soġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni. Id-domanda għal materja prima ewlenija fl-enerġiji rinnovabbli u l-mobbiltà elettronika se tiżdied diversi drabi mill-2030 sal-2050 X’tista’ tagħmel l-UE? Fil-pjan ta’ Azzjoni dwar il-Materja Prima Kritika tal-2020 tagħha, l-UE stabbilixxiet diversi azzjonijiet biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ katina ta’ provvista ta’ materja prima reżiljenti. Il-kisba tas-sigurtà tar-riżorsi teħtieġ provvista diversifikata kemm minn sorsi primarji kif ukoll sekondarji, dipendenzi mnaqqsin u effiċjenza u ċirkolarità mtejbin tar-riżorsi, inkluż disinn sostenibbli tal-prodott. L-azzjonijiet ewlenin li qed tieħu l-Kummissjoni jinkludu:Alleanza Ewropea tal-Materja PrimaL-Alleanza, stabbilita fl-2020, għandha l-għan li tibni katina ta’ provvista ta’ materja prima reżiljenti, b’enfasi speċifika fuq il-kalamiti u l-muturi mill-materjali tal-art rari. Biex tagħmel dan, l-Alleanza diġà identifikat proġetti ta’ investiment mill-Istati Membri u mill-industrija biex tappoġġja ż-żieda fil-produzzjoni tal-UE ta’ kalamiti mill-materjali tal-art rari. Azzjonijiet oħrajn għall-appoġġ ta’ proġetti ta’ materja prima 2 Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) dwar il-katina tal-valur tal-batteriji Opportunitajiet ta’ investiment taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza €300 miljun għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-materja prima taħt Orizzont Ewropa Sħubijiet internazzjonali strateġiċi biex tiġi żgurata provvista diversifikata u sostenibbli ta’ materja prima kritika Appoġġ għal mudell ta’ negozju ta’ “prodott bħala servizz” biex jinċentiva r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-materja prima Traċċar tal-materja prima permezz tat-teknoloġija, tar-rekwiżiti armonizzati tad-data Titjib fil-proċess tal-permessi biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u jinżammu standards ambjentali għoljin Żvilupp ta’ prinċipji għal materja prima sostenibbli fl-UE Ingredjenti farmaċewtiċi attivi Il-prodotti mediċinali huma kritiċi għas-soċjetà. Dawn joffru għażliet terapewtiċi għad-dijanjożi, it-trattament u l-prevenzjoni tal-mard u huma importanti biex jindirizzaw it-theddid għas-saħħa pubblika, inklużi l-COVID-19 u kwalunkwe pandemija futura. F’dan il-kuntest, hu essenzjali li jiġi żgurat l-aċċess taċ-ċittadini għal mediċini sikuri, effettivi u ta’ kwalità għolja bi prezz affordabbli. Madankollu, l-analiżi tagħna turi li l-UE tidher li hi dipendenti fuq ktajjen tal-provvista barranin f’numru ta’ inputs u prodotti fl-ekosistema tas-saħħa. Kwistjonijiet ewlenin Interruzzjonijiet possibbli minħabba l-kumplessità tal-katina tal-provvista Minħabba l-kumplessità tagħhom, il-ktajjen tal-provvista farmaċewtika qed iħabbtu wiċċhom ma’ interruzzjonijiet potenzjali li jistgħu jinqalgħu tul il-katina tal-provvista fi ħdan l-UE u lil hinn minnha. Dawn jistgħu jvarjaw minn tilwim kummerċjali, attakki ċibernetiċi, għal ħażniet mhux ikkoordinati, restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, tfixkil fil-loġistika, sal-għeluq ta’ siti jew aċċidenti fuq il-post kif ukoll nuqqas ta’ konformità ma’ Prattiki Tajba ta’ Manifattura (PTM). Integrazzjoni għolja tal-ktajjen tal-provvista tal-API Il-katina tal-provvista farmaċewtika saret waħda mill-ktajjen tal-provvista l-aktar integrati fid-dinja. B’mod partikolari, hemm konċentrazzjoni reġjonali kbira fil-produzzjoni ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi ġeneriċi (APIs). Barra minn hekk, hemm xejra oħra li qed tiżdied fil-konċentrazzjoni ta’ APIs ġeneriċi li qed jiġu prodotti fl-Indja u ċ-Ċina. Sehem tal-valur ġeneriku globali tal-produzzjoni tal-API (2015) 66% fl-Asja tal-Paċifiku (l-Indja u ċ-Ċina) 24% fl-UE 3% fl-Amerika ta’ Fuq 7% fil-bqija tad-dinja Konċentrazzjoni għolja ta’ kummerċ L-importazzjonijiet Ewropej tal-APIs jiġu biss minn ftit sorsi. 80% tal-volum ta’ importazzjonijiet tal-APIs minn 5 pajjiżi (iċ-Ċina, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Indoneżja u l-Indja) [iċ-Ċina 45%]80% tal-valur tal-importazzjoni tal-APIs minn 4 pajjiżi (l-Iżvizzera, l-Istati Uniti, Singapore u ċ-Ċina) [l-Iżvizzera u l-Istati Uniti t-tnejn 30%] X’tista’ tagħmel l-UE?L-UE għandha kapaċità ta’ produzzjoni b’saħħitha. Madankollu, mhux ċar biżżejjed sa liema punt l-UE tiddependi fuq il-kapaċitajiet f’pajjiżi terzi f’termini ta’ proċessi u input meħtieġa għall-manifattura tal-APIs. Hu essenzjali li jiġu determinati prodotti kritiċi, rilevanti mill-perspettiva tas-saħħa pubblika, li għalihom l-UE ma għandhiex biżżejjed kapaċità biex tipproduċi. Biex tindirizza dan, il-Kummissjoni waqqfet l-inizjattiva li ġejja: Djalogu strutturat dwar is-sigurtà tal-provvista tal-mediċini Kif imħabbar fl-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea bdiet djalogu strutturat mal-atturi pubbliċi u privati rilevanti tal-katina tal-provvista farmaċewtika biex:L-ewwel nett tikseb fehim aħjar tal-vulnerabbiltajiet u d-dipendenzi potenzjali, u It-tieni nett, li tieħu miżuri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista farmaċewtika u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-mediċini lill-pazjenti fl-UE Batteriji tal-litju (Li-ion) Il-batteriji huma kruċjali biex jippermettu t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE. Dawn huma essenzjali biex tinkiseb l-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex l-UE ssir newtrali għall-klima sal-2050. Huma jgħinu wkoll lill-kumpaniji jsiru mexxejja dinjija fil-prodotti u t-teknoloġiji nodfa. Il-batteriji huma partikolarment importanti għall-produzzjoni ta’ vetturi elettriċi. Dawn qed jintużaw dejjem aktar għall-ħżin tal-enerġija u f’applikazzjonijiet industrijali oħrajn bħal makkinarju, għodod elettriċi, jew forklifts. Filwaqt li hemm teknoloġiji differenti tal-batteriji, il-Li-ion hu komponent ewlieni għal ħafna tipi ta’ batteriji minħabba l-prestazzjoni superjuri tiegħu, meta mqabbel ma’ diversi teknoloġiji tal-batteriji stabbiliti sew u maturi. Kapaċità tal-produzzjoni globali taċ-ċelloli tal-batteriji tal-li-ion fl-2018 3% fl-UE66% fiċ-Ċina20% fil-Korea t’Isfel, fil-Ġappun u f’pajjiżi Asjatiċi oħrajn Fatturi abilitanti biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni Il-batteriji tal-Li-ion issa jistgħu jaħżnu 300% aktar enerġija meta mqabblin mal-1991 Tnaqqis fl-ispiża (USD 1100/kWh fl-2010 -> USD 156/kWh fl-2019) Id-domanda globali mistennija tiżdied għal 4,000 GWh sal-2040 minn 90 siegħa Gigawatt (GWh) fl-2016 Id-domanda Ewropea mistennija tilħaq 400 GWh sal-2028 Kwistjonijiet ewlenin Aċċess għall-materja prima rilevanti hu essenzjali għall-produzzjoni tal-batteriji L-UE tipproduċi biss 1% tal-materja prima kollha tal-batteriji. Biex tkopri l-ħtiġijiet tas-setturi tal-mobbiltà u tal-ħżin tal-enerġija, l-UE teħtieġ: 7-18-il darba aktar litju sal-2030 2-5 darbiet aktar kobalt sal-2030 16-57 darba aktar litju sal-2050 3-15-il darba aktar kobalt sal-2050 Aċċess għal materjali u komponenti pproċessati 84% tal-materjali u l-komponenti pproċessati ġejjin mill-Asja 8-9% tal-materjali u l-komponenti pproċessati ġejjin mill-UE Diversi investimenti fil-materjali tal-batteriji mħabbrin fl-UE, iżda hemm bżonn ta’ oħrajn addizzjonali X’tista’ tagħmel l-UE?Minħabba l-importanza tal-batteriji tal-Li-ion, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni Strateġika biex tiżviluppa katina tal-valur Ewropea. Bħala reazzjoni, l-investimenti pubbliċi u privati ġew immobilizzati fuq skala kbira matul dawn l-aħħar snin, permezz tal-inizjattivi li ġejjin:Alleanza Ewropea tal-BatterijiL-Alleanza Ewropea tal-Batteriji mnedija fl-2017 qed tappoġġja l-iżvilupp ta’ katina tal-valur tal-batteriji innovattiva, kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa. B’mod partikolari, qed tgħin biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kapaċità tal-manifattura tal-batteriji fl-UE. Ir-riżultati mistennija tagħha huma:Bini ta’ mill-anqas 15-il giga-factory fl-UE sal-2025Provvista ta’ 2025 ċellula tal-batteriji biex jiġu alimentati 6 miljun karozza elettrika (360 GWh)L-Ewropa tista’ ssir it-tieni l-akbar manifattur taċ-ċelloli tal-Li-ion sal-2024. Is-sehem tagħna tal-kapaċità tal-produzzjoni globali jista’ jiżdied għal 14.7% sal-2024 u 16.6% sal-2029, meta mqabbel ma’ 5.9% fl-2019. Investimenti globali Elettromobbiltà Investimenti ta’ €60 biljun fil-katina tal-valur tal-elettromobbiltà tal-Ewropa fl-2019 biss, il-biċċa l-kbira privati = 3.5 darbiet daqs iċ-Ċina Riċerka Madwar €270 miljun minn programmi ta’ riċerka tal-UE bejn l-2019 u l-2020 €925 miljun proposti għas-Sħubija Ewropea l-ġdida għal Katina tal-Valur tal-Batteriji Industrijali taħt Orizzont Ewropa Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) L-ewwel għotjiet tal-IPCEI: €3.2 biljun f’għajnuna mill-Istat, li mistennija tingrana €5 biljun oħra f’investimenti fis-settur privat It-tieni għotjiet tal-IPCEI: €2.9 biljun f’għajnuna mill-Istat, b’€9 biljun oħra mistennija f’investimenti fis-settur privat Inizjattivi oħrajn li għaddejjin bħalissa Qafas leġiżlattiv ġdid għall-batteriji x’aktarx jidħol fis-seħħ fl-2022 It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika tal-UE L-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament tar-riċerka tal-batteriji ta’ Orizzont Ewropa L-iżvilupp ta’ forza tax-xogħol Ewropea b’ħiliet fil-batteriji Idroġenu L-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ karbonju se jkun kruċjali fl-indirizzar tal-isfidi kritiċi marbutin mad-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività tal-industrija tal-UE. L-UE hi minn ta’ quddiem fit-teknoloġija f’diversi teknoloġiji tal-idroġenu nadif b’nofs il-manifatturi tal-elettrolizzaturi jkunu Ewropej. Madankollu, l-UE tiddependi fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima għall-komponenti ewlenin kif ukoll fuq il-provvista tal-enerġija rinnovabbli. L-idroġenu għandu firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet fl-ekosistemi kollha, bħall-industriji tal-kimika u tar-raffinar iżda wkoll fil-mobbiltà, il-ħżin tal-enerġija u t-tisħin. Għandu kontenut għoli ta’ enerġija għal kull unità tal-massa, li jagħmilha adatta pereżempju għat-trasport tqil. Iżda l-ewwel irid jiġi “estratt” bi spiża tal-enerġija - jew mill-gass naturali jew permezz tal-elettroliżi tal-ilma. Żieda mmirata fil-kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli 1 GW kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli fl-20206 GW Kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli sal-202440 GW kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli sal-2030 It-triq lejn ekosistema Ewropea tal-idroġenu pass pass Illum - 2024Se nappoġġjaw l-installazzjoni ta’ mill-inqas 6GW ta’ elettrolizzaturi tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE, u l-produzzjoni ta’ sa miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli.2025 - 2030L-idroġenu jeħtieġ li jsir parti intrinsika tas-sistema tal-enerġija integrata tagħna, b’mill-inqas 40GW ta’ elettrolizzaturi tal-idroġenu rinnovabbli u l-produzzjoni ta’ sa 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli fl-UE2030Mill-2030 ’il quddiem, l-idroġenu rinnovabbli se jintuża fuq skala kbira fis-setturi kollha li huma diffiċli biex jiġu dekarbonizzati Kwistjonijiet ewlenin Hemm bżonn ta’ provvisti kbar ta’ idroġenu nadif Biex jiġu dekarbonizzati s-setturi ewlenin (eż. l-azzar, is-sustanzi kimiċi jew it-trasport tqil), hi meħtieġa provvista kbira u affidabbli ta’ idroġenu nadif. In-nuqqas ta’ provvista ta’ idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju fit-terminu qasir u n-nuqqas ta’ infrastruttura jistgħu jdewmu d-deċiżjonijiet ta’ investiment downstream. Konnessjoni ta’ 80 sa 120 GW ta’ kapaċità ta’ produzzjoni tal-enerġija solari u mir-riħ meħtieġa biex jiġi pprovdut l-elettriku meħtieġ sal-2030 Dipendenzi fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima L-UE tiddependi fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima għal komponenti ewlenin (bħall-elettrolizzaturi u ċ-ċelloli tal-fjuwil) meħtieġa għall-ekonomija tal-idroġenu. Madwar 30 materja prima huma meħtieġa għall-produzzjoni ta’ ċelloli tal-fjuwil, elettrolizzaturi u teknoloġiji tal-ħżin tal-idroġenu. 13 minnhom huma kklassifikati bħala materja prima kritika. X’tista’ tagħmel l-UE?Alleanza Ewropea tal-Batteriji: Il-Kummissjoni waqqfet l-Alleanza Ewropea għall-Idroġenu Nadif, kif imħabbar fl-Istrateġija Industrijali ta’ Marzu 2020. Hi fil-proċess li twassal sensiela ta’ proġetti u investiment li jimplimentaw l-Istrateġija tal-UE dwar l-Idroġenu.Finanzjament tal-UE. Diversi programmi jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ katina tal-valur tal-idroġenu, bħas-sħubija futura dwar l-Idroġenu Nadif taħt Orizzont Ewropa, il-Fond ta’ Innovazzjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.IPCEIs. Għaddejjin diskussjonijiet li jinvolvu diversi Stati Membri dwar it-tfassil ta’ IPCEIs potenzjali wieħed jew aktar.Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Il-kooperazzjoni globali dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, l-istandards u d-definizzjonijiet ta’ idroġenu nadif se tkun essenzjali għall-ħolqien ta’ suq globali u bbażat fuq ir-regoli għall-idroġenu.Dipendenzi. L-azzjonijiet fil-qasam tal-materja prima skont il-pjan ta’ azzjoni dwar il-Materja Prima u l-Alleanza Ewropea tal-Materja Prima għadhom għaddejjin biex jillimitaw id-dipendenzi f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċelloli tal-fjuwil u l-elettrolizzaturi. Semikondutturi Is-semikondutturi jalimentaw l-apparat u s-servizzi intelliġenti li nużaw kuljum. Dawn jippermettu lill-industriji ewlenin biex jinnovaw u jikkompetu globalment sabiex l-Ewropa tkun tista’ tfassal u tipproduċi l-aktar proċessuri b’saħħithom. Madankollu, il-kapaċità tal-produzzjoni limitata, l-ispejjeż għaljin tad-dħul u n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi qed jheddu l-kapaċità tal-UE li taħtaf bis-sħiħ l-opportunitajiet tat-trasformazzjoni diġitali. In-nuqqas reċenti li qed tiffaċċja l-industrija tal-karozzi qed juri l-isfidi tal-UE. Iċ-ċipep semikondutturi huma l-moduli bażiċi tal-prodotti u s-servizzi diġitali kollha. Dawn huma inkorporati f’karozzi, inġenji tal-ajru, tagħmir mediku, telefowns ċellulari, networks u supercomputers. Kwistjonijiet ewlenin L-aktar ċipep avvanzati saru aktar diffiċli u jiswew aktar biex jiġu prodotti It-tfassil u l-iżvilupp tal-aktar ċipep avvanzati llum jistgħu jiswew sa €1 biljun. Impjant ta’ fabbrikazzjoni avvanzat jeħtieġ investimenti sa €20 biljun. Fl-2020, 2 manifatturi biss, TSMC (Taiwan) u Samsung (il-Korea t’Isfel), ipproduċew l-aktar ċipep avvanzati. Dipendenzi L-UE tiddependi ħafna fuq l-Istati Uniti għal għodod ta’ disinn ġenerali u fuq l-Asja għall-manifattura taċ-ċipep avvanzati. Kundizzjonijiet ekwi It-tensjonijiet ġeopolitiċi u n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni f’dan il-qasam. L-iżvilupp u l-manifattura ta’ ċipep kienu dejjem aktar soġġetti għal sussidji massivi. Il-marka tas-semikondutturi tal-Ewropa hi żgħira Is-sehem tal-UE tad-dħul globali hu madwar 10% b’mod ġenerali u madwar 6% għas-segmenti tal-computing u l-komunikazzjoni. X’tista’ tagħmel l-UE?Tisħiħ tat-teknoloġiji. L-azzjonijiet u l-inizjattivi konġunti Ewropej se jkollhom bżonn jiffokaw b’mod qawwi fuq il-bini mill-ġdid tal-kapaċitajiet fil-proċessuri u t-teknoloġiji semikondutturi kritiċi biex jippermettu l-ipproċessar b’saħħtu u effiċjenti fl-użu tal-enerġija tad-data, il-komunikazzjoni, l-infrastruttura u l-ħafna applikazzjonijiet tal-IA.Sforz Ewropew konġunt. F’Diċembru 2020, numru kbir ta’ Stati Membri qablu f’dikjarazzjoni konġunta li jaħdmu flimkien biex isaħħu l-ekosistema u jespandu l-preżenza industrijali tul il-katina tal-provvista.Alleanza dwar il-proċessuri u t-teknoloġiji tas-semikondutturi. Il-Kummissjoni qed tħejji t-tnedija ta’ dan biex tlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. L-Alleanza se tgħin biex jinkisbu l-għanijiet ewlenin tal-politika tal-UE fil-mikroelettronika.Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Is-semikondutturi huma fost l-oqsma identifikati għall-investiment għall-RRF f’konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. 20% tal-pjanijiet Ewropej għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandhom imorru għat-tranżizzjoni diġitali.Qafas regolatorju. L-akkwist ta’ kumpaniji, li ġew appoġġjati finanzjarjament mill-UE u mill-Istati Membri, kellu impatt fuq is-settur. Ir-Regolament ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani (IDB) tal-UE jipprovdi l-opportunità biex jiġu vvalutati r-riskji tal-investimenti barranin fuq is-sigurtà u l-ordni pubbliku. Ir-Regolament il-ġdid propost dwar is-sussidji barranin li jgħawweġ is-suq uniku jipproponi għodda ġdida biex jiġu vvalutati d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji mogħtijin minn gvernijiet barranin b’kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku.Reżiljenza tal-katina tal-provvista. Taħlita koerenti ta’ politiki industrijali, ta’ riċerka u kummerċjali tista’ tiffaċilita l-proċess ta’ diversifikazzjoni għal sorsi alternattivi ta’ provvista u ssaħħaħ il-ktajjen tal-provvista eżistenti permezz ta’ sħubija u kollaborazzjoni mas-sħab globali. Cloud u edge computing Id-data qed issir assi strateġiku għal kwalunkwe organizzazzjoni. It-teknoloġiji tal-cloud computing jippermettu l-funzjonament ta’ teknoloġiji bħall-IA, l-Internet tal-Oġġetti u l-5G/is-6G. Dawn huma teknoloġija abilitanti ewlenija strateġika għal futur ekoloġiku u diġitali tal-industriji tal-UE u tas-settur pubbliku. L-Ewropa għandha opportunità unika fis-suq fl-10 snin li ġejjin biex issaħħaħ it-teknoloġiji tal-ipproċessar tad-data tagħha billi tikkapitalizza fuq il-bidliet li ġejjin, b’mod partikolari b’rabta mal-edge computing. It-teknoloġiji cloud joffru ħżin u pproċessar tad-data fuq talba, flessibbli u orħos. Dawn joperaw f’ċentri tad-data ċentralizzati, f’faċilitajiet distribwiti jew fuq apparati konnessi qrib l-utent (edge computing). Ħafna servizzi li n-negozji, l-amministrazzjoni pubblika u ċ-ċittadini jużaw kuljum huma bbażati fuq il-cloud computing. Opportunitajiet għall-awtonomija tal-UE tad- data ġġenerata kollha hi mistennija li tiġi pproċessata bl-edge sal-2025, mingħajr atturi dominanti fis-suq attwaliTkabbir qawwi fis-servizzi tas-software hu opportunità kbira għall-fornituri Ewropej biex jingranaw il-pożizzjoni tagħhomIn-networks 5G u l-multicloud computing (għodda għall-mitigazzjoni tar-riskju) jikkostitwixxu opportunità oħra Kwistjonijiet ewlenin L-użu tal-cloud fl-UE qed jiżdied bil-mod ħafna Minkejja xi tkabbir f’dawn l-aħħar snin, l-użu tas-servizzi tal-cloud fl-UE għadu baxx. Skont id-data tal-Eurostat, filwaqt li tjiebu meta mqabblin mal-2018, 36% biss tal-intrapriżi tal-UE użaw is-servizzi tal-cloud fl-2020, l-aktar għal servizzi sempliċi bħall-emails u l-ħażna tal-files. Sehem żgħir mis-suq għall-atturi tal-UE L-akbar fornitur tal-cloud ibbażat fl-UE jammonta għal anqas minn 1% tad-dħul totali ġġenerat fis-suq Ewropew. B’paragun ma’ dan, l-aqwa 4 mexxejja globali (Amazon Web Services, Microsoft Azure, Google Cloud u Alibaba Cloud) se jammontaw għal aktar minn 80% tad-dħul globali fl-2021. Il-pożizzjoni fis-suq u l-iskala ta’ dawn il-hyperscalers jagħmlu d-dħul fis-suq minn kompetituri oħrajn anqas ta’ sodisfazzjon u jimpedixxu ż-żieda fit-tmexxija Ewropea. Diskrepanza fl-investiment Din is-sitwazzjoni hi aggravata minn diskrepanza fl-investiment stmata ta’ €11-il biljun fis-sena bejn dak li l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-UE jinvestu fil-cloud. Tħassib tal-utenti Ewropej L-utenti tal-cloud fil-prattika għandhom possibbiltà limitata ħafna forsi anki mhux eżistenti li jaqilbu bejn fornituri differenti tas-servizzi tal-cloud. Barra minn hekk, huma jesprimu t-tħassib tagħhom dwar l-użu ta’ servizzi tal-cloud barranin għal raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data personali, ċibersigurtà jew mistoqsijiet dwar il-liġi applikabbli. X’tista’ tagħmel l-UE?Alleanza Ġdida għad-Data Industrijali, l-Edge u l-Cloud. Il-Kummissjoni qed tħejji t-tnedija ta’ din biex tlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, biex tgħin issaħħaħ il-pożizzjoni industrijali tal-Ewropa fis-suq globali tal-cloud u l-edge computing, b’mod partikolari billi tindirizza t-tendenza lejn żieda fid-distribuzzjoni u d-deċentralizzazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data u l-ħtieġa li tiġi permessa ekosistema tal-cloud federata u indipendenti mill-fornituri.Investimenti tal-UE fil-Federazzjoni Ewropea tal-Cloud. L-ambizzjoni tagħna hi li nikkoinvestu fl-ispazji tad-data Ewropej u f’federazzjoni Ewropea tal-cloud għall-perjodu 2021-2027. L-investimenti tal-UE se jitwasslu permezz tal-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 2 u Orizzont Ewropa.Koinvestimenti privati u nazzjonali. F’Ottubru 2020, l-Istati Membri kollha ffirmaw Dikjarazzjoni konġunta u qablu li jaħdmu flimkien biex jaġġornaw il-kapaċitajiet eżistenti, isawru l-provvista tal-cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss u jistimulaw l-użu tas-servizzi tal-cloud fl-UE kollha. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (bħala parti min-NextGenerationEU) se tkun mezz sinifikanti għall-investimenti tal-Istati Membri. Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI). Diversi Stati Membri nedew proċess biex iħejju b’mod konġunt IPCEI possibbli li jiffoka fuq infrastruttura u servizzi tal-cloud u l-edge tal-ġenerazzjoni li jmiss. Dokumenti 5 MEJJU 2021Staff working document - Strategic dependencies and capacities
Il-metalli u l-minerali huma parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Bit-tranżizzjoni tal-industrija Ewropea lejn in-newtralità klimatika, id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili tirriskja li tiġi sostitwita b’dipendenza fuq materja prima mhux għall-enerġija. L-aċċess għar-riżorsi hu fundamentali għall-industrija kollha tal-UE u hu ċentrali għall-ambizzjoni tal-Ewropa li twettaq il-Patt Ekoloġiku u tiżgura t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tal-UE.
X’tista’ tagħmel l-UE? Fil-pjan ta’ Azzjoni dwar il-Materja Prima Kritika tal-2020 tagħha, l-UE stabbilixxiet diversi azzjonijiet biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ katina ta’ provvista ta’ materja prima reżiljenti. Il-kisba tas-sigurtà tar-riżorsi teħtieġ provvista diversifikata kemm minn sorsi primarji kif ukoll sekondarji, dipendenzi mnaqqsin u effiċjenza u ċirkolarità mtejbin tar-riżorsi, inkluż disinn sostenibbli tal-prodott. L-azzjonijiet ewlenin li qed tieħu l-Kummissjoni jinkludu:Alleanza Ewropea tal-Materja PrimaL-Alleanza, stabbilita fl-2020, għandha l-għan li tibni katina ta’ provvista ta’ materja prima reżiljenti, b’enfasi speċifika fuq il-kalamiti u l-muturi mill-materjali tal-art rari. Biex tagħmel dan, l-Alleanza diġà identifikat proġetti ta’ investiment mill-Istati Membri u mill-industrija biex tappoġġja ż-żieda fil-produzzjoni tal-UE ta’ kalamiti mill-materjali tal-art rari.
Il-prodotti mediċinali huma kritiċi għas-soċjetà. Dawn joffru għażliet terapewtiċi għad-dijanjożi, it-trattament u l-prevenzjoni tal-mard u huma importanti biex jindirizzaw it-theddid għas-saħħa pubblika, inklużi l-COVID-19 u kwalunkwe pandemija futura. F’dan il-kuntest, hu essenzjali li jiġi żgurat l-aċċess taċ-ċittadini għal mediċini sikuri, effettivi u ta’ kwalità għolja bi prezz affordabbli. Madankollu, l-analiżi tagħna turi li l-UE tidher li hi dipendenti fuq ktajjen tal-provvista barranin f’numru ta’ inputs u prodotti fl-ekosistema tas-saħħa.
X’tista’ tagħmel l-UE?L-UE għandha kapaċità ta’ produzzjoni b’saħħitha. Madankollu, mhux ċar biżżejjed sa liema punt l-UE tiddependi fuq il-kapaċitajiet f’pajjiżi terzi f’termini ta’ proċessi u input meħtieġa għall-manifattura tal-APIs. Hu essenzjali li jiġu determinati prodotti kritiċi, rilevanti mill-perspettiva tas-saħħa pubblika, li għalihom l-UE ma għandhiex biżżejjed kapaċità biex tipproduċi. Biex tindirizza dan, il-Kummissjoni waqqfet l-inizjattiva li ġejja: Djalogu strutturat dwar is-sigurtà tal-provvista tal-mediċini Kif imħabbar fl-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea bdiet djalogu strutturat mal-atturi pubbliċi u privati rilevanti tal-katina tal-provvista farmaċewtika biex:L-ewwel nett tikseb fehim aħjar tal-vulnerabbiltajiet u d-dipendenzi potenzjali, u It-tieni nett, li tieħu miżuri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista farmaċewtika u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-mediċini lill-pazjenti fl-UE
Il-batteriji huma kruċjali biex jippermettu t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE. Dawn huma essenzjali biex tinkiseb l-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex l-UE ssir newtrali għall-klima sal-2050. Huma jgħinu wkoll lill-kumpaniji jsiru mexxejja dinjija fil-prodotti u t-teknoloġiji nodfa. Il-batteriji huma partikolarment importanti għall-produzzjoni ta’ vetturi elettriċi. Dawn qed jintużaw dejjem aktar għall-ħżin tal-enerġija u f’applikazzjonijiet industrijali oħrajn bħal makkinarju, għodod elettriċi, jew forklifts.
X’tista’ tagħmel l-UE?Minħabba l-importanza tal-batteriji tal-Li-ion, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni Strateġika biex tiżviluppa katina tal-valur Ewropea. Bħala reazzjoni, l-investimenti pubbliċi u privati ġew immobilizzati fuq skala kbira matul dawn l-aħħar snin, permezz tal-inizjattivi li ġejjin:Alleanza Ewropea tal-BatterijiL-Alleanza Ewropea tal-Batteriji mnedija fl-2017 qed tappoġġja l-iżvilupp ta’ katina tal-valur tal-batteriji innovattiva, kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa. B’mod partikolari, qed tgħin biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kapaċità tal-manifattura tal-batteriji fl-UE. Ir-riżultati mistennija tagħha huma:Bini ta’ mill-anqas 15-il giga-factory fl-UE sal-2025Provvista ta’ 2025 ċellula tal-batteriji biex jiġu alimentati 6 miljun karozza elettrika (360 GWh)L-Ewropa tista’ ssir it-tieni l-akbar manifattur taċ-ċelloli tal-Li-ion sal-2024. Is-sehem tagħna tal-kapaċità tal-produzzjoni globali jista’ jiżdied għal 14.7% sal-2024 u 16.6% sal-2029, meta mqabbel ma’ 5.9% fl-2019.
L-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ karbonju se jkun kruċjali fl-indirizzar tal-isfidi kritiċi marbutin mad-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività tal-industrija tal-UE. L-UE hi minn ta’ quddiem fit-teknoloġija f’diversi teknoloġiji tal-idroġenu nadif b’nofs il-manifatturi tal-elettrolizzaturi jkunu Ewropej. Madankollu, l-UE tiddependi fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima għall-komponenti ewlenin kif ukoll fuq il-provvista tal-enerġija rinnovabbli.
X’tista’ tagħmel l-UE?Alleanza Ewropea tal-Batteriji: Il-Kummissjoni waqqfet l-Alleanza Ewropea għall-Idroġenu Nadif, kif imħabbar fl-Istrateġija Industrijali ta’ Marzu 2020. Hi fil-proċess li twassal sensiela ta’ proġetti u investiment li jimplimentaw l-Istrateġija tal-UE dwar l-Idroġenu.Finanzjament tal-UE. Diversi programmi jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ katina tal-valur tal-idroġenu, bħas-sħubija futura dwar l-Idroġenu Nadif taħt Orizzont Ewropa, il-Fond ta’ Innovazzjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.IPCEIs. Għaddejjin diskussjonijiet li jinvolvu diversi Stati Membri dwar it-tfassil ta’ IPCEIs potenzjali wieħed jew aktar.Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Il-kooperazzjoni globali dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, l-istandards u d-definizzjonijiet ta’ idroġenu nadif se tkun essenzjali għall-ħolqien ta’ suq globali u bbażat fuq ir-regoli għall-idroġenu.Dipendenzi. L-azzjonijiet fil-qasam tal-materja prima skont il-pjan ta’ azzjoni dwar il-Materja Prima u l-Alleanza Ewropea tal-Materja Prima għadhom għaddejjin biex jillimitaw id-dipendenzi f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċelloli tal-fjuwil u l-elettrolizzaturi.
Is-semikondutturi jalimentaw l-apparat u s-servizzi intelliġenti li nużaw kuljum. Dawn jippermettu lill-industriji ewlenin biex jinnovaw u jikkompetu globalment sabiex l-Ewropa tkun tista’ tfassal u tipproduċi l-aktar proċessuri b’saħħithom. Madankollu, il-kapaċità tal-produzzjoni limitata, l-ispejjeż għaljin tad-dħul u n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi qed jheddu l-kapaċità tal-UE li taħtaf bis-sħiħ l-opportunitajiet tat-trasformazzjoni diġitali.
X’tista’ tagħmel l-UE?Tisħiħ tat-teknoloġiji. L-azzjonijiet u l-inizjattivi konġunti Ewropej se jkollhom bżonn jiffokaw b’mod qawwi fuq il-bini mill-ġdid tal-kapaċitajiet fil-proċessuri u t-teknoloġiji semikondutturi kritiċi biex jippermettu l-ipproċessar b’saħħtu u effiċjenti fl-użu tal-enerġija tad-data, il-komunikazzjoni, l-infrastruttura u l-ħafna applikazzjonijiet tal-IA.Sforz Ewropew konġunt. F’Diċembru 2020, numru kbir ta’ Stati Membri qablu f’dikjarazzjoni konġunta li jaħdmu flimkien biex isaħħu l-ekosistema u jespandu l-preżenza industrijali tul il-katina tal-provvista.Alleanza dwar il-proċessuri u t-teknoloġiji tas-semikondutturi. Il-Kummissjoni qed tħejji t-tnedija ta’ dan biex tlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. L-Alleanza se tgħin biex jinkisbu l-għanijiet ewlenin tal-politika tal-UE fil-mikroelettronika.Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Is-semikondutturi huma fost l-oqsma identifikati għall-investiment għall-RRF f’konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. 20% tal-pjanijiet Ewropej għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandhom imorru għat-tranżizzjoni diġitali.Qafas regolatorju. L-akkwist ta’ kumpaniji, li ġew appoġġjati finanzjarjament mill-UE u mill-Istati Membri, kellu impatt fuq is-settur. Ir-Regolament ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani (IDB) tal-UE jipprovdi l-opportunità biex jiġu vvalutati r-riskji tal-investimenti barranin fuq is-sigurtà u l-ordni pubbliku. Ir-Regolament il-ġdid propost dwar is-sussidji barranin li jgħawweġ is-suq uniku jipproponi għodda ġdida biex jiġu vvalutati d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji mogħtijin minn gvernijiet barranin b’kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku.Reżiljenza tal-katina tal-provvista. Taħlita koerenti ta’ politiki industrijali, ta’ riċerka u kummerċjali tista’ tiffaċilita l-proċess ta’ diversifikazzjoni għal sorsi alternattivi ta’ provvista u ssaħħaħ il-ktajjen tal-provvista eżistenti permezz ta’ sħubija u kollaborazzjoni mas-sħab globali.
Id-data qed issir assi strateġiku għal kwalunkwe organizzazzjoni. It-teknoloġiji tal-cloud computing jippermettu l-funzjonament ta’ teknoloġiji bħall-IA, l-Internet tal-Oġġetti u l-5G/is-6G. Dawn huma teknoloġija abilitanti ewlenija strateġika għal futur ekoloġiku u diġitali tal-industriji tal-UE u tas-settur pubbliku. L-Ewropa għandha opportunità unika fis-suq fl-10 snin li ġejjin biex issaħħaħ it-teknoloġiji tal-ipproċessar tad-data tagħha billi tikkapitalizza fuq il-bidliet li ġejjin, b’mod partikolari b’rabta mal-edge computing.
X’tista’ tagħmel l-UE?Alleanza Ġdida għad-Data Industrijali, l-Edge u l-Cloud. Il-Kummissjoni qed tħejji t-tnedija ta’ din biex tlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, biex tgħin issaħħaħ il-pożizzjoni industrijali tal-Ewropa fis-suq globali tal-cloud u l-edge computing, b’mod partikolari billi tindirizza t-tendenza lejn żieda fid-distribuzzjoni u d-deċentralizzazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data u l-ħtieġa li tiġi permessa ekosistema tal-cloud federata u indipendenti mill-fornituri.Investimenti tal-UE fil-Federazzjoni Ewropea tal-Cloud. L-ambizzjoni tagħna hi li nikkoinvestu fl-ispazji tad-data Ewropej u f’federazzjoni Ewropea tal-cloud għall-perjodu 2021-2027. L-investimenti tal-UE se jitwasslu permezz tal-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 2 u Orizzont Ewropa.Koinvestimenti privati u nazzjonali. F’Ottubru 2020, l-Istati Membri kollha ffirmaw Dikjarazzjoni konġunta u qablu li jaħdmu flimkien biex jaġġornaw il-kapaċitajiet eżistenti, isawru l-provvista tal-cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss u jistimulaw l-użu tas-servizzi tal-cloud fl-UE kollha. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (bħala parti min-NextGenerationEU) se tkun mezz sinifikanti għall-investimenti tal-Istati Membri. Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI). Diversi Stati Membri nedew proċess biex iħejju b’mod konġunt IPCEI possibbli li jiffoka fuq infrastruttura u servizzi tal-cloud u l-edge tal-ġenerazzjoni li jmiss.