Dettalji
- Part of collection
- Data tal-pubblikazzjoni
- 22 Lulju 2016
Deskrizzjoni
Eżempji ta’ proġetti u attivitajiet appoġġjati
Produzzjoni tal-Prodotti tal-Ħalib “Les Maitres Laitiers du Cotentin” (Franza)
Diversifikazzjoni tal-prodotti, ottimizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni, żieda fil-kapaċità u tkabbir tas-sehem tal-prodotti b’ħajja fuq l-ixkaffa itwal, inklużi għażliet għal kontrobilanċ tal-varjazzjonijiet fuq żmien qasir bejn il-provvista tal-ħalib frisk u d-domanda tal-prodott tal-ħalib frisk fis-swieq lokali.
Il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS: EUR 55 miljun (44 % tal-investiment totali relatat mal-FEIS jew 47 % tal-ispiża totali tal-proġett).
Fond ta’ Garanzija għall-SMEs agrikoli (il-Ġermanja)
Taħt it-Tieqa għall-SMEs ta’ FEIS, kontrogaranzija ta’ EUR 200 miljun ġiet ipprovduta lil grupp ta’ 16-il Bank ta’ Garanzija fil-Ġermanja. Il-garanziji għandhom ikopru 60 % tar-riskju fuq is-self immirat lejn l-SMEs fis-settur agrikolu.