Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet6 Diċembru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Niċċelebraw 30 sena ta’ ċittadinanza tal-UE bi drittijiet imsaħħa

A person holding an EU flag

 

Biex tikkommemora t-30 anniversarju taċ-ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni ppreżentant sett ta’ miżuri biex issaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE. Dawn isaħħu d-dritt għal-libertà tal-moviment, il-parteċipazzjoni effettiva fil-proċessi demokratiċi u l-protezzjoni konsulari meta wieħed jivvjaġġa barra l-UE.

Dawn il-miżuri se

  • jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali japplikaw b’mod korrett ir-regoli dwar il-libertà tal-moviment fl-UE, inklużi dawk għall-familji qawsalla
  • jiżguraw protezzjoni aħjar u aktar faċli għaċ-ċittadini tal-UE meta jivvjaġġaw barra mill-UE, billi jissimplifikaw il-proċeduri u jagħmlu l-aħjar użu mid-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati nazzjonali, u billi jikkoordinaw il-pariri dwar l-ivvjaġġar bejn l-Istati Membri tal-UE 
  • ikomplu jtejbu l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fil-proċess elettorali u jipprovdu sett ta’ prattiki ta’ votazzjoni elettronika mill-pajjiżi tal-UE kollha biex jippromwovu l-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali fl-UE.

Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll ir-Rapport tal-2023 dwar iċ-Ċittadinanza, li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi tal-politika taċ-ċittadinanza tal-UE li ttieħdu mill-2020 u r-riżultati ta’ stħarriġ tal-UE dwar iċ-ċittadinanza u d-demokrazija, li juri li 50% ta’ dawk li wieġbu jħossuhom infurmati tajjeb dwar id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE tagħhom.

Iċ-ċittadinanza tal-UE, introdotta mit-Trattat ta’ Maastricht fl-1993, tikkomplementa ċ-ċittadinanza nazzjonali u tagħti liċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-UE drittijiet u benefiċċji addizzjonali, bħan-nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, il-libertà li wieħed jiċċaqlaq u jgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, u d-drittijiet tal-vot fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej meta jgħixu barra mill-pajjiż u oħrajn.

 

Għal aktar informazzjoni

Ċittadinanza tal-UE

Gwida għaċ-ċittadinanza tal-UE

Stqarrija għall-istampa: - Il-Kummissjoni tippreżenta sett ta’ miżuri biex issaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE

Rapport tal-2023 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE

Ewrobarometru Flash dwar id-Demokrazija u ċ-Ċittadinanza

Your Europe - Informazzjoni u pariri dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tal-familja tagħhom

SOLVIT  – Servizz online bla ħlas imfassal biex jgħin liċ-ċittadini u lin-negozji jsolvu l-problemi li qed jesperjenzaw mal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
6 Diċembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni