Fix-xenarju diġitali u medjatiku kumpless tal-lum, iċ-ċittadini jridu jsiru aktar reżiljenti kontra d-diżinformazzjoni. Il-litteriżmu medjatiku jista’ jgħin f’dan, billi jsaħħaħ il-ħsieb kritiku u jgħin liċ-ċittadini jinnavigaw aħjar l-informazzjoni, speċjalment online, u jidentifikaw u jiġġieldu d-diżinformazzjoni. Bejn l-24 u l-31 ta’ Ottubru niċċelebraw il-ġimgħa Globali tal-Litteriżmu fil-Media u fl-Informazzjoni, okkażjoni biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-promozzjoni tal-litteriżmu fil-media u fl-informazzjoni għal kulħadd.L-UE tappoġġa lill-pajjiżi tal-UE u lis-soċjetà ċivili fit-teħid ta’ miżuri li jiżviluppaw il-ħiliet fil-litteriżmu medjatiku u l-Kummissjoni tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki. Ġew żviluppati wkoll linji gwida u settijiet ta’ għodod għall-għalliema biex jgħinuhom jiżguraw il-litteriżmu diġitali permezz tal-edukazzjoni.Fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, il-Kummissjoni ħarġet ukoll għadd ta’ prodotti li jżidu s-sensibilizzazzjoni biex jintużaw b’mod wiesa’ u kontinwu miċ-ċittadini u l-professjonisti, u mexxiet kampanja fl-UE kollha, flimkien mal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.L-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali (EDMO) ilaqqa’ wkoll lill-verifikaturi tal-fatti, lill-akkademja u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Bl-appoġġ tal-Kummissjoni, l-EDMO jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-litteriżmu medjatiku, għall-promozzjoni tal-iskambju tal-għarfien u għat-twettiq ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni.Id-diżinformazzjoni, il-miżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, flimkien mal-interferenza mill-barranin, huma theddida serja għas-soċjetajiet tagħna. Skont stħarriġ tal-UE 86 % tal-Ewropej jaqblu ma’ dan, u jinnotaw ukoll li t-tixrid rapidu tad-diżinformazzjoni huwa problema ewlenija għad-demokrazija. Għalhekk, il-bini tar-reżiljenza tas-soċjetà kontra d-diżinformazzjoni permezz tal-litteriżmu medjatiku se jkompli jkollu rwol kruċjali biex jgħin liċ-ċittadini ta’ kull età jinnavigaw l-ambjent modern tal-aħbarijiet u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.Għal aktar informazzjoniLetteriżmu medjatikuNibnu r-reżiljenza tas-soċjetà kontra d-diżinformazzjoniKomunikazzjoni strateġika u l-indirizzar tad-diżinformazzjoniIpproteġi lilek innifsek mid-diżinformazzjoni — suġġerimenti u materjal prattiċiSuġġerimenti għall-filmati Dettalji Data tal-pubblikazzjoni23 Ottubru 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni