View of the empty booths at the Nădlac II border crossing point between Romania and Hungary Hekk kif l-UE qed tħejji biex tiċċelebra l-40 sena ta’ Schengen, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport annwali tagħha dwar l-Istat ta’ Schengen. Ir-rapport janalizza l-kisbiet, l-isfidi u l-iżviluppi fiż-żona Schengen matul l-aħħar sena.Ir-rapport juri li r-regoli ta’ Schengen qed jiġu applikati tajjeb u li l-isforzi intensifikati tal-UE wasslu biex jitnaqqas il-qsim irregolari fil-fruntieri esterni tagħha. Jenfasizza wkoll kif ir-rekwiżiti ta’ Schengen saru aspett kruċjali tal-proċess tat-tkabbir tal-UE. Fil-bidu tal-2025, il-Bulgarija u r-Rumanija lestew l-adeżjoni sħiħa tagħhom maż-żona Schengen. Ir-rapport jinnota kif dan saħħaħ l-ekonomija tal-UE u juri li l-pajjiżi tal-UE huma impenjati li jaħdmu flimkien taħt Schengen.Meta wieħed iħares’ il quddiem, hija meħtieġa aktar ħidma biextitjieb il-kollaborazzjoni fost il-pajjiżi membri u għal koordinazzjoni tal-azzjoni fiż-żona Schengen, permezz ta’ kondivizjoni tal-informazzjoni rapidu u effettivtiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-għodod diġitali, bħas-sistema ta’ dħul/ħruġ li jmiss u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)jsir addattament għax-xenarju tas-sigurtà li qed jevolvitiġi żgurata t-tħejjija ferm lil hinn mill-fruntieri tagħna, billi napprofondixxu r-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħabjiġu stabbiliti miżuri effettivi għar-ritorn ta’ dawk mingħajr dritt legali li jibqgħu fl-UESchengen hija waħda mill-akbar stejjer ta’ suċċess tal-UE. Hija s-sinsla għas-suq intern tal-UE u tiffaċilita l-ħajja ta’ kważi 450 miljun persuna. Il-Kummissjoni ilha tevalwa l-istat ta’ Schengen kull sena mill-2022. Is-sejbiet tar-rapport jgħinu lill-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu x’jeħtieġu jipprijoritizzaw matul is-sena li ġejja, u b’hekk jiżguraw li Schengen tkompli tevolvi u tadatta għar-realtajiet li qed jinbidlu. Għal aktar informazzjoniStqarrija għall-istampa: Ir-Raba’ Rapport dwar l-Istat ta’ Schengen dwar 40 sena ta’ benefiċċji profondi għaċ-ċittadini kollha tal-UERapport dwar l-Istat ta’ Schengen ProtectEU — Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Interna Dettalji Data tal-pubblikazzjoni23 April 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni