L-ewwel Forum tal-Global Gateway sar fi Brussell fil-25 u s-26 ta’ Ottubru. Dan laqqa’ flimkien aktar minn 40 rappreżentant tal-gvern ta’ livell għoli mill-UE u mid-dinja kollha, istituzzjonijiet finanzjarji u rappreżentanti tan-negozju biex jiddiskutu l-ħtiġijiet ta’ investiment tad-dinja, jiddibattu soluzzjonijiet, u jniedu sħubijiet ġodda. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-enerġija ekoloġika u l-idroġenu, ir-riċerka u l-edukazzjoni, il-materja prima kritika u l-kurituri tat-trasport. F’din l-okkażjoni ġew iffirmati firxa ta’ ftehimiet u impenji ta’ investiment f’dawn l-oqsma ma’ sħab mid-dinja kollha. Lejlet il-Forum, il-Pjattaforma tad-Djalogu tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali tal-Global Gateway iltaqgħu għall-ewwel darba. Din il-Pjattaforma se tagħti lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet lokali spazju biex jinvolvu ruħhom fil-Global Gateway u t-tnedija ta’ proġetti f’oqsma differenti. Għal aktar informazzjoni Forum tal-Global Gateway Global Gateway Ara l-videos tal-Forum Aqra u ara d-diskors tal-President von der Leyen Stqarrija għall-istampa: Il-Forum tal-Global Gateway jibda jagħti spinta lill-investimenti sostenibbli fl-infrastruttura Dettalji Data tal-pubblikazzjoni26 Ottubru 2023AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni