Il-pakkett ta’ miżuri tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990 issa hu komplut. L-UE issa għandha miri klimatiċi li jorbtu legalment li jkopru s-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija wara l-adozzjoni tal-aħħar żewġ proposti tagħha: id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli u r-Regolament dwar l-Avjazzjoni ReFuelEU. Dan l-istadju importanti jirrappreżenta opportunità għat-trawwim tal-kompetittività u r-reżiljenza tal-UE, u juri li l-UE qed twettaq il-wegħda tagħha li ssawwar it-tranżizzjoni ekoloġika għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-industriji. Qabel il-Konferenza tan-NU dwar il-Klima COP28, l-Ewropa b’hekk tikkonferma l-impenji tagħha u tinsab fit-triq it-tajba biex tikseb in-newtralità klimatika sal-2050. L-hekk imsejjaħ pakkett ta’ leġiżlazzjoni “Lesti għall-mira ta’ 55%” jinkludi miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet f’firxa wiesgħa ta’ setturi mira biex tingħata spinta lill-bjar tal-karbonju naturali sistema aġġornata għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet biex jiġu limitati l-emissjonijiet, jitpoġġa prezz fuq it-tniġġis u jiġu ġġenerati investimenti fit-tranżizzjoni ekoloġika appoġġ soċjali għaċ-ċittadini u n-negozji ż-żgħar Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri biex jiġi żgurat li l-oġġetti importati jħallsu prezz tal-karbonju ekwivalenti fuq setturi fil-mira miri aġġornati dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika impenn għall-eliminazzjoni gradwali ta’ vetturi ġodda li jniġġsu sal-2035 u miżuri biex tingħata spinta lill-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-użu ta’ fuels alternattivi fit-trasport bit-triq, fit-tbaħħir u fl-avjazzjoni Għal iktar informazzjoni It-twettiq tal-pakkett ta’ liġijiet “Lesti għall-mira ta’ 55%” Il-Patt Ekoloġiku Ewropew Aktar dwar proposti konkreti għat-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni sodisfatta bit-tlestija tal-leġiżlazzjoni ewlenija “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, li tpoġġi lill-UE fit-triq it-tajba biex taqbeż il-miri tal-2030 Video li jiġbor fil-qosor dak li nkiseb bil-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55%” Dettalji Data tal-pubblikazzjoni9 Ottubru 2023AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni