Opportunitajiet ewlenin ta’ finanzjament Madwar 80% tas-sorsi ta’ finanzjament tal-UE għall-NGOs huma mmaniġġjati mill-pajjiżi tal-UE nfushom. Kull pajjiż jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament u l-proċeduri ta’ applikazzjoni fuq is-siti web tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni. Il-kumplament huma maniġġjati mill-Kummissjoni jew minn korpi oħra tal-UE. Inklużjoni soċjali, ugwaljanza bejn il-ġeneri u opportunitajiet indaqs NGOs li jaħdmu f’dawn l-oqsma jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Dawn il-fondi huma mmaniġġjati milll-awtoritajiet ta’ ġestjoni tar-reġjun jew pajjiż tal-UE. Kultura u Media Il-programm Ewropa Kreattiva jappoġġja inizjattivi relatati mas-settur awdjoviżiv, kulturali u kreattiv Ewropew. Il-programm jikkonsisti f’żewġ sottoprogrammi: Culture u MEDIA. L-opportunitajiet għal sottoprogrammi Kulturali ikopru firxa varjata ta’ skemi: proġetti ta' kooperazzjoni, traduzzjoni litterarja, networks u pjattaformi, filwaqt li s-sottoprogramm MEDIA jipprovdi appoġġ finanzjarju sabiex jgħin lill-industriji tal-films u dawk awdjoviżivi tal-UE jiżviluppaw, jiddistribwixxu u jippromwovu x-xogħol tagħhom. Il-programm jiffinanzja wkoll taħriġ u skemi ta’ żvilupp tal-films. Il-programm Ewropa Kreattiva hu mmaniġġjat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA). Trawwim taċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni ċivika Il-programm dwar iċ-Ċittadinanza, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) għandu l-għan li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet u l-valuri tal-Unjoni kif minquxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Hu se jikkontribwixxi għas-sostenn u l-iżvilupp ulterjuri ta’ soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, ugwali u inklużivi bbażati fuq l-istat tad-dritt. Il-programm hu mmaniġġjat ukoll minn EACEA. Riċerka u innovazzjoni L-NGOs jistgħu japplikaw għal proġetti taħt Orizzont Ewropa, il-programm prinċipali ta’ finanzjament tal-UE għar-riċerka. Dan jappoġġja proġetti ta’ riċerka individwali f’ħafna oqsma, li jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew individwi. Għajnuna għall-iżvilupp u dik umanitarja L-NGOs jistgħu jiksbu finanzjament taħt il-maġġoranza tal-programmi tematiċi u reġjonali mmaniġġjati mid-dipartiment tal-Kummissjoni għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp (INTPA). L-NGOs huma wkoll eliġibbli għal finanzjament għal għajnuna umanitarja u protezzjoni ċivili permezz tad-dipartiment tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili (ECHO). Trasport, Enerġija u ICT Xi oqsma ta’ finanzjament tal-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), li jiffinanzja proġetti relatati mal-enerġija, it-trasport u l-ICT, huma miftuħa għall-NGOs. Il-fergħat tas-CEF huma mmaniġġjati mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent (CINEA) u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA). Opportunitajiet oħrajn ta’ finanzjament Jekk jogħġbok innota li jista’ jkun hemm opportunitajiet oħra mhux imsemmija hawnhekk li jitfaċċaw u li l-NGOs jistgħu jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw. Iċċekkja l-lista ta’ sejħiet. Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) regolarment jippubblika sejħiet miftuħa għal proposti u offerti Huma disponoibbli għotjiet taħt il-programm LIFE għal varjetà ta’ proġetti. Kwalunkwe entità legali pubblika jew privata rreġistrata fl-UE tista’ tissottometti proposta