Kampanja globali għall-ġbir ta’ fondi “Stand Up for Ukraine”: wegħdiet ġenerali
L-avveniment għal wegħdiet ta’ donazzjonijiet “Stand Up for Ukraine”, li sar f’Varsavja fid-9 ta’ April, ġabar €9.1 biljun għan-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni Russa, fl-Ukrajna u barra l-pajjiż. L-avveniment kien il-qofol ta’ kampanja globali għall-ġbir ta’ fondi mnedija fis-26 ta’ Frar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau. Il-kampanja mmobilizzat gvernijiet, istituzzjonijiet, artisti, kumpaniji u individwi mad-dinja kollha biex jiġbru finanzjament u appoġġ għall-poplu tal-Ukrajna.