Page contents Page contents Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa Il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija jirrappreżentaw aktar minn 75% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE. Id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-UE hi għalhekk kruċjali biex nilħqu l-objettivi klimatiċi tagħna għall-2030 u l-istrateġija fit-tul tal-UE biex tinkiseb in-newtralità tal-karbonju sal-2050. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jiffoka fuq 3 prinċipji ewlenin għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, li se jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna:jiżgura provvista tal-enerġija tal-UE sikura u bi prezz raġonevolijiżviluppa suq tal-enerġija tal-UE kompletament integrat, interkonness u diġitalizzatjagħti prijorità lill-effiċjenza fl-enerġija, itejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini tagħna u jiżviluppa s-settur tal-enerġija bbażat l-aktar fuq sorsi rinnovabbliL-għanijiet ewlenin tal-Kummissjoni biex tikseb dan huma:il-bini ta’ sistemi tal-enerġija interkonnessi u grilji integrati aħjar biex jappoġġjaw sorsi tal-enerġija rinnovabbliil-promozzjoni tat-teknoloġiji innovattivi u infrastruttura modernait-tisħiħ tal-effiċjenza fl-enerġija u l-ekodisinn tal-prodottiid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass u l-promozzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti bejn is-setturil-għoti ta’ aktar saħħa lill-konsumaturi u l-Istati Membri jiġu megħjunin jindirizzaw il-faqaril-promozzjoni tal-istandards tal-enerġija u t-teknoloġiji tal-UE fuq livell globalil-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kostaIl-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi sabiex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, t-trasport u t-tassazzjoni tagħmilhom tajbin biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Azzjonijiet Strateġija għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-EnerġijaStrateġija għall-IdroġenuStrateġija għall-Enerġija Rinnovabbli lil hinn mill-Kosta Mewġa ta’ rinnovazzjoni Strateġija dwar il-MetanNetworks Trans-Ewropej għall-Enerġija Dokumenti Factsheet8 April 2022Factsheets about energy and the Green DealThematic factsheets on various aspects of energy and its role in delivering the Green Deal 23 MARZU 2022Factsheet: Refilling gas storage for next winter 8 MARZU 2022Factsheet: REPowerEU - Joint European action for more affordable, secure and sustainable energy 15 DIĊEMBRU 2021Factsheet: Making our homes and buildings fit for a greener future 15 DIĊEMBRU 2021Factsheet: Delivering the Green Deal - the role of clean gases including hydrogen Links relatati Direttorat Ġenerali għall-EnerġijaIl-Bauhaus Ewropea l-ĠdidaStrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tulEfficiency of energy-related productsEffiċjenza fl-enerġija Sigurtà tal-enerġijaSuq tal-enerġija u konsumaturi
Il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija jirrappreżentaw aktar minn 75% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE. Id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-UE hi għalhekk kruċjali biex nilħqu l-objettivi klimatiċi tagħna għall-2030 u l-istrateġija fit-tul tal-UE biex tinkiseb in-newtralità tal-karbonju sal-2050.
Factsheet8 April 2022Factsheets about energy and the Green DealThematic factsheets on various aspects of energy and its role in delivering the Green Deal