Il-Kummissjoni pproponiet li jinbidel il-mekkaniżmu attwali ta’ sospensjoni tal-viża biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirreaġixxu aħjar għall-abbużi tal-ivvjaġġar mingħajr viża. Il-Kummissjoni qed tipproponi li: testendi l-lista ta’ raġunijiet għas-sospensjoni tar-reġimi mingħajr viża testendi l-proċedura biex jitħalla aktar żmien għal azzjonijiet ta’ rimedju issaħħaħ l-obbligi ta’ monitoraġġ u rappurtar tal-Kummissjoni Bħalissa l-UE għandha reġim mingħajr viża ma’ 60 pajjiż mhux tal-UE. L-ivvjaġġar mingħajr viża jġib benefiċċji sinifikanti, u jagħti spinta lill-ivvjaġġar u lit-turiżmu. Fl-istess ħin, il-kuntest ġeopolitiku li qed jevolvi ġab miegħu sfidi ġodda marbuta mal-ivvjaġġar mingħajr viża, u huwa kruċjali li l-UE tkun mgħammra tajjeb biex tindirizza sitwazzjonijiet ta’ abbuż tal-ivvjaġġar mingħajr viża. Ġie ppubblikat ukoll is-6 rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Sospensjoni tal-Viża. Dan ir-rapport jimmonitorja r-reġim tal-UE mingħajr viża mal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, kif ukoll mal-pajjiżi mingħajr viża tal-Paċifiku u tal-Karibew, li għandhom l-hekk imsejħa skemi ta’ “passaport tad-deheb”. Ir-rapport sab li t-tmien pajjiżi kollha jeħtieġ li jieħdu azzjoni ulterjuri biex jallinjaw il-politika tagħhom dwar il-viżi ma’ dik tal-UE u jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jevitaw applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu bla bażi u l-migrazzjoni irregolari. Ir-rapport enfasizza wkoll it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-iskemi taċ-ċittadinanza b’investiment li qed jippromwovu aċċess mingħajr viża għall-UE. Għal aktar informazzjoni Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu ta’ sospensjoni aktar robust għall-ivvjaġġar mingħajr viża Mistoqsijiet u tweġibiet dwar bidliet fil-mekkaniżmu ta’ sospensjoni tal-viża L-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Sospensjoni tal-Viża Dettalji Data tal-pubblikazzjoni18 Ottubru 2023AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni