Għandek 18-il sena, tgħix f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE jew tal-Erasmus+, u tixtieq tiskopri l-Ewropa? Aħtaf dan iċ-ċans! L-UE qed toffri passes tal-ivvjaġġar ta’ DiscoverEU liż-żgħażagħ magħżulin biex jivvjaġġaw u jesploraw l-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-Erasmus+. L-applikazzjonijiet miftuħin – applika qabel it-22 ta’ April 2026. Tista’ tivvjaġġa ma’ grupp ta’ ħbieb jekk jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà u tibagħtu l-applikazzjoni flimkien.Jekk tintgħażel, tirċievi pass tal-ivvjaġġar għall-mezzi tat-trasport l-aktar ekoloġiċi, bħall-ferroviji (jew modi oħra tat-trasport f’każijiet speċifiċi). Tista’ tivvjaġġa għal massimu ta’ 7 ijiem f’perjodu ta’ xahar, fi kwalunkwe żmien bejn l-1 ta’ Lulju 2026 u t-30 ta’ Settembru 2027. Se tirċievi wkoll kard tal-iskontijiet ta’ DiscoverEU li toffrilek bosta skontijiet fuq l-akkomodazzjoni, il-kultura, l-isport, it-trasport lokali, jew servizzi oħrajn.Jekk għandek diżabbiltà jew problema ta’ saħħa li jagħmluhielek diffiċli biex issiefer, noffrulek assistenza u sostenn.L-appoġġ għaż-żgħażagħ huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-UE. L-inizjattiva DiscoverEU hi parti mill-programm Erasmus+. Liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena toffrilhom l-opportunità li jivvjaġġaw u jesploraw id-diversità tal-Ewropa, jitgħallmu dwar il-wirt u l-istorja kulturali tagħha, u jingħaqdu ma’ persuni minn madwar il-kontinent kollu. Għal iktar informazzjoniDiscoverEU – applika issa!L-ekwità soċjali EwropeaStorja dwar iż-Żgħażagħ Ewropej: Oħlom kemm tiflaħ. Aġixxi issa. Dettalji Data tal-pubblikazzjoni8 April 2026AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni