
Hekk kif is-sena waslet biex tintemm u qed naħsbu dwar dak li aħna grati għalih jew dak li nittamaw għas-sena li ġejja, il-ħsieb li nkunu f’saħħitna jgħaddi kważi minn moħħ kulħadd. Fil-livell tal-UE dan ifisser li niżguraw li s-sistemi tas-saħħa tagħna fl-Ewropa jkunu adatti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet attwali taċ-ċittadini Ewropej, filwaqt li jkunu ppreparati aħjar għal kriżijiet tas-saħħa futuri.
Issa ġew ippubblikati żewġ rapporti ġodda li juru li l-UE qed tirnexxi fil-ħolqien ta’ sistemi tas-saħħa li jħarsu ’l quddiem, reżiljenti, robusti u ekwi. Fl-istess ħin, huma jidentifikaw ukoll oqsma fejn jeħtieġ li jsir aktar progress, inkluż dwar is-saħħa mentali.
L-ewwel wieħed minn dawn ir-rapporti, ir-Rapport annwali dwar l-Istat tat-Tħejjija għas-Saħħa, iħares lejn l-azzjonijiet tal-UE meħudin mill-pandemija ’l hawn biex jiġi indirizzat it-theddid transfruntier għas-saħħa. F’dan ir-rigward, u fost is-sejbiet tiegħu, huwa jinnota li r-regoli li ilhom fis-seħħ għal kważi sena issa ħolqu bażi solida għal tħejjija aktar effettiva u rispons koordinat.
Sadanittant ir-rapport dwar l-Istat tas-Saħħa fl-UE jevalwa l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa fl-UE kollha. Huwa jidentifika tliet oqsma b’mod partikolari li jeħtieġ li jiġu indirizzati wara l-pandemija tal-COVID-19 u jenfasizza modi li bihom qed isir progress. Dawn it-tliet oqsma huma riformi fis-saħħa mentali, żieda fl-inugwaljanzi fis-saħħa fl-Unjoni kollha, u investiment kontinwu fis-saħħa.
Għal iktar informazzjoni:
Ir-Rapport dwar l-Istat ta’ Tħejjija b’Rabta mas-Saħħa tal-2023
L-Istat tas-saħħa fl-UE: Ir-Rapport tal-2023
It-tħejjija għall-kriżijiet tas-saħħa
Pjan tal-Ewropa kontra l-kanċer
- Data tal-pubblikazzjoni
- 15 Diċembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni