Kemm iċ-ċittadini tal-UE kif ukoll iċ-ċittadini mhux tal-UE huma soġġetti għal kontrolli sistematiċi fiżikament meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Fl-2023 biss, kien hemm kważi 600 miljun qsim irreġistrat. Biex jitħaffu l-kontrolli fil-fruntieri u jiġi żgurat vjaġġar b’inqas xkiel u aktar sigur, il-Kummissjoni pproponiet li tiddiġitalizza l-passaporti u l-karti tal-identità għal kull min jidħol jew joħroġ miż-żona Schengen. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni ressqet: qafas komuni għall-użu tal-kredenzjali diġitali tal-ivvjaġġar app ġdida “EU Digital Travel”, għall-vjaġġaturi biex joħolqu u jaħżnu l-kredenzjali diġitali tal-ivvjaġġar tagħhom Il-kredenzjali diġitali tal-ivvjaġġar huma verżjoni diġitali tad-data maħżuna fuq il-passaporti u l-karti tal-identità. Dawn jinkludu l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċippa tal-passaport jew tal-karta tal-identità, inkluża immaġni tal-wiċċ tad-detentur iżda mhux il-marki tas-swaba’ tiegħu. Dokument tal-ivvjaġġar diġitali jista’ jinżamm fuq mowbajl u, ladarba tkun disponibbli, fl-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE. Se jkun kompletament volontarju għall-vjaġġaturi li jitolbu jew jużaw din il-verżjoni diġitali tad-dokumenti tagħhom, u dan se jkun mingħajr ħlas.Skema bħal din: Ittejjeb is-sigurtà: il-frodaturi se jsibuha aktar diffiċli biex jużaw dokumenti foloz jew jgħaddu mill-fruntieri ta’ Schengen mingħajr ma jinqabdu. Ittejjeb l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri: minħabba li se jkunu jistgħu jsiru kontrolli minn qabel grazzi għall-kredenzjali diġitali tal-ivvjaġġar, l-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri jkunu jistgħu jiffukaw b’mod aktar dirett fuq il-b’mod aktar dirett fuq il-migranti li jiddaħħlu b’mod illeċitu u fuq l-identifikazzjoni ta’ kriminali transfruntiera Tippermetti il-qsim tal-fruntieri b’inqas xkiel u b’mod aktar rapidu: il-vjaġġaturi jkunu jistgħu jissottomettu l-passaporti diġitali jew il-karti tal-identità tagħhom qabel il-vjaġġ, għal verifika antiċipata fuq il-fruntiera Tnaqqas il-piżijiet amministrattivi għaċ-ċittadini tal-UE: Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jippermettu li ċ-ċittadini tagħhom jużaw il-karti tal-identità diġitali għal forom oħra ta’ reġistrazzjoni u ta’ identifikazzjoni. L-app EU Digital Travel se tkun disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE u mhux tal-UE b’passaport bijometriku jew karta tal-identità tal-UE li jivvjaġġaw miż-Żona Schengen jew lejha. Bis-saħħa tal-app, il-vjaġġaturi se jkunu jistgħu joħolqu kredenzjali diġitali tal-ivvjaġġar u jissottomettu l-pjanijiet u d-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom lill-awtoritajiet tal-fruntieri minn qabel, biex iħaffu l-kontrolli fil-fruntiera. L-app se titlob il-kunsens tal-utent qabel ma tipproċessa d-data personali. L-awtoritajiet tal-fruntieri se jirċievu wkoll taħriġ dwar is-sigurtà tad-data u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data qabel ma jitħallew jaċċessaw id-data. Issa jmiss li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu dwar il-proposti. Ladarba jiġu adottati, jiġu żviluppati l-applikazzjoni EU Digital Travel u l-istandards tekniċi meħtieġa. Għal aktar informazzjoni Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali Identità Diġitali Ewropea Skeda informattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi app tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għal vjaġġar aktar faċli u aktar sikurMistoqsijiet u Tweġibiet dwar l-app tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għal vjaġġar aktar faċli u aktar sikur Dettalji Data tal-pubblikazzjoni8 Ottubru 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni