
Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjonijiet tar-riskju fuq erba’ oqsma kritiċi tat-teknoloġija għas-sigurtà ekonomika tal-UE sa tmiem l-2023.
Dawn se jkopru
- is-semikondutturi avvanzati
- l-intelliġenza artifiċjali
- il-kwantistika u
- il-bijoteknoloġija
Il-Kummissjoni għażlet dawn l-erba’ oqsma minn lista ta’ għaxar oqsma kritiċi tat-teknoloġija peress li tqis li huma tal-ogħla riskju f’termini ta’ sigurtà teknoloġika u ħrib tat-teknoloġija.
Dan l-eżerċizzju huwa parti mill-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika ta’ Ġunju 2023. Fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19, l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, iż-żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi u l-bidliet teknoloġiċi profondi, l-UE trid tkun mgħammra aħjar biex tidentifika u tivvaluta b’mod komuni r-riskji għas-sigurtà ekonomika, tuża l-għodod disponibbli u tiżviluppa oħrajn ġodda fejn meħtieġ.
Għal aktar informazzjoni
Ekonomija għas-servizz tan-nies
Skeda informattiva dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika
- Data tal-pubblikazzjoni
- 3 Ottubru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni