Page contents Page contents Tweġiba Bħala kumpanija/organizzazzjoni, inti spiss ikollok bżonn tipproċessa d-data personali sabiex twettaq kompiti relatati mal-attivitajiet kummerċjali tiegħek. L-ipproċessar tad-data personali f'dan il-kuntest mhux neċessarjament ikun iġġustifikat minn obbligu legali jew biex jiġu esegwiti t-termini ta' kuntratt mal-individwu. F'dak il-każ, l-ipproċessar tad-data personali jista' jkun iġġustifikat għal raġunijiet ta' interessi leġittimi. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tinforma lill-individwi dwar l-ipproċessar meta tiġbor id-data personali tagħhom. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tivverifika wkoll li billi ssegwi l-interessi leġittimi tagħha ma tkunx qed timpatta b'mod serju d-drittijiet u l-libertajiet ta' dawk l-individwi, inkella l-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ma tkunx tista' tiddependi fuq l-interessi leġittimi tagħha biex tiġġustifikal-ipproċessar tad-data u tkun teħtieġ issib raġuni legali oħra. Eżempju Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha interess leġittimu meta l-ipproċessar iseħħ fl-ambitu ta' relazzjoni mal-klijent, meta tipproċessa d-data personali għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, biex tevita l-frodi jew biex tiżgura s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni tas-sistemi tal-IT tiegħek. Referenzi Artikolu 6; Premessi 47, 48, 49 Artikolu 29 Opinjoni 06/2014 tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-kunċett ta' interessi leġittimi tal-kontrollur tad-data skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE Example Your company/organisation has a legitimate interest when the processing takes place within a client relationship, when it processes personal data for direct marketing purposes, to prevent fraud or to ensure the network and information security of your IT systems. References Article 6 and Recitals (47), (48) and (49) of the GDPR Article 29 Working Party Opinion 06/2014 on the notion of legitimate interests of the data controller under Article 7 of Directive 95/46/EC