Page contents Page contents Tweġiba Qabel tinkiseb lista ta' kuntatti jew bażi ta' data bid-dettalji ta' kuntatt ta' individwi mingħand organizzazzjoni oħra, dik l-organizzazzjoni għandha tkun kapaċi turi li d-data nkisbet f'konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u li tista' tintuża għal finijiet ta' reklamar. Pereżempju, jekk l-organizzazzjoni akkwistatha abbażi ta' kunsens, il-kunsens kellu jinkludi l-possibbiltà li d-data tintbagħat lil terzi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tagħhom stess. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek trid tiżgura wkoll li l-lista jew il-bażi ta' data hija aġġornata u li ma tibgħatx reklamar lil individwi li jkunu oġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek trid tiżgura wkoll li jekk tuża komunikazzjonijiet bħall-posta elettronika għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta hija tikkonforma mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (id-Direttiva 2002/58/KE1). Dawn it-tipi ta' listi jiġu pproċessati abbażi tal-interessi leġittimi u l-individwi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għal dak l-ipproċessar. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek tinforma wkoll lill-individwi, mhux aktar tard mill-ewwel komunikazzjoni magħhom, li ġabret id-data personali tagħhom u li se tkun qed tipproċessaha biex tibgħatilhom ir-reklami. Eżempju Żewġt iħbieb, is-Sa A u s-Sur B, imexxu, rispettivament, ġinnasju u ħanut tal-kotba. Kull wieħed jiġbor id-data mingħand il-klijenti rispettivi tagħhom. Il-ħanut tal-kotba tas-Sur B mhuwiex sejjer tajjeb. Il-bażi ta' data tal-klijenti tiegħu fiha ftit entrati u mhux wisq nies jidħlu fil-ħanut tiegħu. Huwa jgħid lis-Sa A li għandu bijografija ġdida ta' atleta famuż u jistaqsi jekk il-klijenti tas-Sa A jkunux interessati li jirċievu reklamar dwar il-ktieb. It-termini tal-avviż ta' privatezza tas-Sa A kienu jinformaw lill-klijenti tagħha li hija setgħet taqsam id-data ma' sħab li joffru prodotti fil-qasam tas-saħħa u tal-fitness. Sakemm ikun ġie pprovdut kunsens speċifiku għall-possibbiltà tat-trażmissjoni tad-data lil riċevituri oħra għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tagħhom stess, is-Sa A tista' tibgħat il-lista ta' klijenti lis-Sur B. L-ebda data ma tista' tintbagħat lil individwu li jkun oġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu. Referenzi Artikoli 4(10), 5, 6, 14, 21 Linji gwida tal-EDPB dwar il-Kunsens skont ir-Regolament 2016/679 Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika 2002/58/KE - ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni diretta, b'mod partikolari l-Artikolu 13 Example Two friends, Mrs. A and Mr. B, run, respectively, a gym and a book shop. Each collects data from their respective customers. Mr. B’s book shop isn’t doing well. His client database has few entries and not many people walk into his shop. He tells Mrs. A that he has a new biography of a famous athlete and asks whether Mrs. A’s clients would be interested in receiving advertising about the book. The terms of Mrs. A’s privacy notice informed her clients that she could share the data with partners offering products in the health and fitness area. As far as specific consent was given for the purpose of transmitting the data to other recipients for their own direct marketing, Mrs. A can send the client list to Mr. B. No data can be sent about an individual who objected to the processing of their personal data. References Article 4(10) and Articles 5, 6, 14 and 21 of the GDPR EDPB guidelines on Transparency under Regulation 2016/679 ePrivacy Directive 2002/58/EC rules on direct marketing, in particular Article 13 1 Directive 2002/58/EC of the European Parliament and of the Council of 12 July 2002 concerning the processing of personal data and the protection of privacy in the electronic communications sector (Directive on privacy and electronic communications) (OJ L 201, 31.07.2002 p.37).