Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-korpi pubbliċi

Opportunitajiet ewlenin ta’ finanzjament

Appoġġ ekonomiku, soċjali u territorjali

Il-Politika ta’ koeżjoni (jew il-politika reġjonali) tappoġġa l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f’reġjuni li jikkwalifikaw għall-finanzjament.

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jirreferu għall-ħames fondi ewlenin li flimkien jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE:

Ir-reġjuni kollha tal-UE jistgħu jibbenefikaw mill-FEŻR u l-FSE. Il-FK qiegħed għar-reġjuni inqas żviluppati.

Proġetti infrastrutturali ewlenin

JASPERS huwa strument ta’ assistenza teknika speċjali li ġie żviluppat b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, il-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.

Jassisti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi fit-tħejjija ta’ proġetti kbar li jistgħu jiġu kofinanzjati mill-fondi tal-UE u jgħin lill-ibliet u r-reġjuni jassorbu l-fondi Ewropej permezz ta’ proġetti tal-ogħla kwalità.

Servizzi ta’ konsulenza dwar strumenti finanzjarji

fi-compass huwa strument ta’ assistenza teknika speċjali li ġie żviluppat b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, il-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn. Huwa pjattaforma għas-servizzi ta’ konsulenza dwar l-istrumenti finanzjarji fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-mikrofinanzjament fil-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI).

Opportunitajiet oħrajn ta’ finanzjament