Ħarsa ġenerali
Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-UE jinvolvi kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet minn pajjiżi differenti. Hemm diversi servizzi ta’ tfittxija għas-sħab li jistgħu jgħinuk issib organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw fi proposti, jew li jippubblikaw l-offerti għall-kollaborazzjoni tiegħek stess.
Fejn tista’ ssib sħab fl-edukazzjoni
L-aġenziji nazzjonali tal-Erasmus+
L-aġenziji nazzjonali tal-Erasmus+ huma bbażati f’pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm, u jistgħu jgħinuk issib sħab għal proġetti.
Tgħallem aktar dwar kif l-aġenziji nazzjonali jistgħu jgħinuk issib sieħeb
Il-bażi tad-data tar-riżultati tal-proġetti Erasmus+
Erasmus+ joffri bażi tad-data tar-riżultati tal-proġetti b’dettalji ta’ proġetti Erasmus tal-passat, u dettalji ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet parteċipanti.
Sħab għal proġetti taż-żgħażagħ
Otlas hi pjattaforma għal sħubijiet internazzjonali fejn tista’ ssib organizzazzjonijiet u gruppi informali li jaħdmu fuq proġetti taż-żgħażagħ.
Sħab għal proġetti fl-iskejjel Ewropej
L-eTwinning hi komunità online għal għalliema u persunal tal-iskola fejn tista’ ssib sħab potenzjali għal proġetti online u offline.
School Education Gateway hi pjattaforma kollaborattiva online għall-persunal edukattiv fl-iskejjel fejn tista’ ssib pjattaformi tat-tfittxija għas-sħab għal
- opportunitajiet ta’ skambju għal persunal edukattiv fl-iskejjel
- sħubijiet strateġiċi bejn l-iskejjel biex jippromwovu prattiki edukattivi innovattivi
Sħab għal proġetti ta’ tagħlim lill-adulti
Tista’ wkoll tiskambja ideat u ssib opportunitajiet ta’ netwerking ma’ persuni jew organizzazzjonijiet involuti fit-tagħlim lill-adulti permezz tat-tfittxija għas-sħab ta’ EPALE.
Sħab fit-taħriġ vokazzjonali
L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati hi network li jaħdem biex itejjeb l-apprendistati fl-Ewropa, u fejn tista’ ssib sħab għal proġetti fit-taħriġ vokazzjonali.
Il-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali tappoġġja n-networking u l-kooperazzjoni bejn l-istudenti, il-ġenituri, il-kumpaniji, il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-organizzazzjonijiet tat-tagħlim lill-adulti, il-kmamar u organizzazzjonijiet professjonali oħra, ir-riċerkaturi, il-konsulenti tal-karrieri u l-awtoritajiet pubbliċi.