Page contents Page contents Mill-bidu nett tan-negozjati tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, kemm ir-Renju Unit kif ukoll l-UE rrikonoxxew iċ-ċirkostanzi uniċi tal-gżira tal-Irlanda. Huma rrikonoxxew il-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira (Belfast) tal-1998, li tiġi evitata fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda u li tkun protetta l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar. Din is-soluzzjoni nstabet fil-forma tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, li: jevita fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, u b'hekk jippermetti l-funzjonament bla xkiel tal-ekonomija tal-gżira kollha u jissalvagwardja l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira (Belfast) fid-dimensjonijiet kollha tiegħu; jiżgura l-integrità tas-Suq Uniku tal-UE għall-oġġetti, flimkien mal-garanziji kollha li joffri f’termini ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali, u l-ġlieda kontra l-frodi u t-traffikar. Il-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq ġie kkonċeput bħala soluzzjoni stabbli u fit-tul, u se japplika flimkien ma’ kwalunkwe ftehim dwar is-sħubija futura. Id-dispożizzjonijiet sostantivi tiegħu jibdew japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2021. 31 JANNAR 2020Protokoll rivedut dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ FuqLingwi oħrajn (23)български(2.31 MB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(1.94 MB - HTML)Iddawnlowdjačeština(1.86 MB - HTML)Iddawnlowdjadansk(1.85 MB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(1.9 MB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(1.82 MB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(2.42 MB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(1.85 MB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(1.93 MB - HTML)IddawnlowdjaGaeilge(1.92 MB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(1.81 MB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(1.87 MB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(1.86 MB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(1.85 MB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(1.94 MB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(1.9 MB - HTML)Iddawnlowdjapolski(1.89 MB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(1.96 MB - HTML)Iddawnlowdjaromână(1.92 MB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(1.86 MB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(1.8 MB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(1.9 MB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(1.85 MB - HTML)Iddawnlowdja Elementi ewlenin tal-Protokoll Allinjament mar-regoli tal-UE: mit-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Irlanda ta' Fuq hi soġġetta għal sett limitat ta’ regoli tal-UE relatati mas-Suq Uniku għall-oġġetti u l-Unjoni Doganali. Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, pereżempju, japplika għall-oġġetti kollha li jidħlu jew joħorġu mill-Irlanda ta’ Fuq. Iridu jsiru verifiki u kontrolli neċessarij fil-Punti ta’ Dħul fuq l-oġġetti li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mill-bqija tar-Renju Unit jew kwalunkwe pajjiż terz ieħor. Dan ifisser ukoll li r-Renju Unit, li jaġixxi fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, irid jiżgura li, fost affarijiet oħra, jitwettqu l-kontrolli sanitarji u fitosanitarji (“SPS”) rilevanti. Id-dazji doganali tal-UE japplikaw għall-oġġetti li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn kwalunkwe parti oħra tar-Renju Unit jew xi pajjiż terz ieħor ħlief għal dawk l-oġġetti ma jkunux f’riskju li jibqgħu deħlin fl-UE. Il-Protokoll fih preżunzjoni li l-oġġetti kollha li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn pajjiż terz (jiġifieri minn kwalunkwe parti oħra tar-Renju Unit jew minn pajjiżi terzi oħrajn) huma f’riskju li jidħlu fl-Unjoni. Oġġetti bħal dawn jistgħu b’mod eċċezzjonali jitqiesu bħala “mhux f’riskju” li jidħlu fl-Unjoni, jekk l-oġġetti kkonċernati (i) mhumiex soġġetti għall-ipproċessar kummerċjali fl-Irlanda ta’ fuq u (ii) jissodisfaw kondizzjonijiet addizzjonali biex jitqiesu “mhux f’riskju” kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bħala “oġġetti mhux f’riskju”. Fejn, abbażi ta’ dawn il-kondizzjonijiet, hu stabbilit li oġġetti minn kwalunkwe parti oħra tar-Renju Unit li mhijiex l-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jitqiesu bħala “mhux f’riskju”, mhu applikabbli ebda dazju doganali; u fejn, abbażi ta’ dawn il-kondizzjonijiet, hu stabbilit li oġġetti minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor jistgħu jitqiesu bħala “mhux f’riskju”, huma applikabbli d-dazji doganali tar-Renju Unit. L-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Protokoll hi r-responsabbiltà unika tal-awtoritajiet tar-Renju Unit li jaġixxu fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (Artikolu 12 (1)). Sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jridu jkunu jistgħu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Protokoll mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. Għalhekk l-Artikolu 12 (2) jipprovdi għal “preżenza tal-Unjoni” matul kwalunkwe attività ta’ implimentazzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt 6/2020 tistipula l-arranġamenti prattiċi ta’ ħidma li għandhom l-għan li jiżguraw eżerċizzju effettiv tal-“preżenza tal-Unjoni” stabbilita mill-Artikolu 12 tal-Protokoll. X’inhu l-mekkaniżmu ta’ kunsens? Il-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq jipprovdi għal mekkaniżmu ġdid dwar il-“kunsens”, li jagħti vuċi deċiżiva lill-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq dwar l-applikazzjoni fit-tul tal-liġi tal-UE rilevanti li hi applikabbli skont il-Protokoll fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan il-mekkaniżmu ta’ kunsens jikkonċerna l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE fuq l-oġġetti u d-dwana, is-Suq Uniku tal-Elettriku, il-VAT u l-għajnuna mill-Istat, kif attwalment previst mill-Protokoll. Fil-prattika, dan ifisser li erba’ snin wara l-bidu tal-applikazzjoni tal-Protokoll fl-1 ta’ Jannar 2021, l-Assemblea tista’, b’maġġoranza sempliċi, tagħti l-kunsens tagħha għall-applikazzjoni kontinwa tal-liġi tal-Unjoni rilevanti, jew tivvota biex twaqqaf l-applikazzjoni tagħha. Jekk jiġri dan, il-Protokoll jieqaf japplika sentejn wara. Kull erba’ snin wara dan, l-Assemblea tista’ tivvota dwar it-tkomplija tal-applikazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Unjoni. F’każ li votazzjoni tal-Assemblea tiġbor appoġġ transkomunitarju għall-applikazzjoni kontinwa tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-votazzjoni li jmiss tista’ ssir biss tmien snin wara dan. Aktar informazzjoni M&T tal-Kummissjoni Ewropea: Il-Brexit: Xi qbiltu dwaru mar-Renju Unit illum? [17 ta’ Ottubru 2019] Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fl-Irlanda: Il-Brexit u l-Irlanda Documents 15 Ġunju 2022Protocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - CustomsProtocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - Customs 15 Ġunju 2022Protocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - Sanitary and PhytosanitaryProtocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - Sanitary and Phytosanitary Factsheet12 April 2022Protocol on Ireland/Northern Ireland: supply of medicinesFactsheet Factsheet21 Frar 2022Protocol on Ireland/Northern Ireland: movement of animals and animal products into Northern IrelandProtocol on Ireland/Northern Ireland: movement of animals and animal products into Northern Ireland Factsheet21 Frar 2022Protocol on Ireland/Northern Ireland: customsFactsheet Factsheet21 Frar 2022Protocol on Ireland/Northern Ireland: sanitary and phytosanitary goods (sps)Factsheet Factsheet21 Frar 2022Protocol on Ireland/Northern Ireland: stakeholder engagementFactsheet 22 Diċembru 2021Application of the Union’s pharmaceutical acquis in markets historically dependent on medicines supply from or through parts of the United Kingdom other than Northern IreCommission Notice 17 Diċembru 2021Approval of the content of a draft Commission Notice on the application of the Union’s pharmaceutical acquis in markets historically dependent on medicines supply from orCommunication to the Commission and Annex 17 Diċembru 2021Commission Delegated Regulation (EU) of 17.12.2021 amending Delegated Regulation (EU) 2016/161Commission Delegated Regulation (EU) 17 Diċembru 2021Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directives 2001/20/EC and 2001/83/ECProposal for a Directive of the European Parliament and of the Council 17 Diċembru 2021Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 536/2014Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council Links relatati Laqgħat tal-Kumitati Konġunti u Speċjalizzati bejn l-UE u r-Renju Unit taħt il-Ftehim dwar il-Ħruġ
15 Ġunju 2022Protocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - CustomsProtocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - Customs
15 Ġunju 2022Protocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - Sanitary and PhytosanitaryProtocol on Ireland / Northern Ireland - Position paper on possible solutions - Sanitary and Phytosanitary
Factsheet21 Frar 2022Protocol on Ireland/Northern Ireland: movement of animals and animal products into Northern IrelandProtocol on Ireland/Northern Ireland: movement of animals and animal products into Northern Ireland
Factsheet21 Frar 2022Protocol on Ireland/Northern Ireland: sanitary and phytosanitary goods (sps)Factsheet
22 Diċembru 2021Application of the Union’s pharmaceutical acquis in markets historically dependent on medicines supply from or through parts of the United Kingdom other than Northern IreCommission Notice
17 Diċembru 2021Approval of the content of a draft Commission Notice on the application of the Union’s pharmaceutical acquis in markets historically dependent on medicines supply from orCommunication to the Commission and Annex
17 Diċembru 2021Commission Delegated Regulation (EU) of 17.12.2021 amending Delegated Regulation (EU) 2016/161Commission Delegated Regulation (EU)
17 Diċembru 2021Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directives 2001/20/EC and 2001/83/ECProposal for a Directive of the European Parliament and of the Council
17 Diċembru 2021Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 536/2014Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council