EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12020W/TXT

Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

OJ L 29, 31.1.2020, p. 7–187 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/09/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign

Related Council decision

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/7


FTEHIM

dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

U

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”), wara l-eżitu ta' referendum li sar fir-Renju Unit u d-deċiżjoni sovrana tiegħu li jitlaq mill-Unjoni Ewropea, innotifika l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”) skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), li japplika għall-Euratom bis-saħħa tal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“it-Trattat Euratom”),

FILWAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu l-arranġamenti għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom, filwaqt li jittieħed kont tal-qafas tar-relazzjonijiet futuri tagħhom,

FILWAQT LI JINNOTAW il-linji gwida tad-29 ta’ April u l-15 ta’ Diċembru tal-2017 u tat-23 ta’ Marzu 2018 ipprovduti mill-Kunsill Ewropew, li fid-dawl tagħhom l-Unjoni għandha tikkonkludi l-Ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom,

FILWAQT LI JFAKKRU li, skont l-Artikolu 50 TUE flimkien mal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, u soġġett għall-arranġamenti stabbiliti f’dan il-Ftehim, id-dritt tal-Unjoni u tal-Euratom jieqaf japplika fl-intier tiegħu għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li l-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jiżgura l-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li jeħtieġ li tiġi pprovduta protezzjoni reċiproka għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għal dawk tar-Renju Unit, kif ukoll għall-membri tal-familji rispettivi tagħhom, fejn huma eżerċitaw drittijiet ta’ moviment liberu qabel id-data stabbilita f’dan il-Ftehim, u li jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom taħt dan il-Ftehim ikunu infurzabbli u bbażati fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni; filwaqt li jirrikonoxxu wkoll li d-drittijiet li joriġinaw minn perjodi ta’ assigurazzjoni ta’ sigurtà soċjali jenħtieġ li jiġu protetti,

B’DETERMINAZZJONI li jiżguraw ħruġ ordnat permezz ta’ diversi dispożizzjonijiet ta’ separazzjoni bil-għan li jiġi evitat it-tfixkil u li tiġi pprovduta ċertezza legali għaċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi fl-Unjoni u fir-Renju Unit, filwaqt li ma tiġix eskluża l-possibbiltà li d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-separazzjoni jiġu sostitwiti mill-ftehim(iet) dwar ir-relazzjonijiet futuri,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li huwa fl-interess kemm tal-Unjoni kif ukoll tar-Renju Unit li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni jew ta’ implimentazzjoni li matulu – minkejja l-konsegwenzi kollha tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari, it-tmiem, fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, tal-mandati kollha tal-membri tal-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni nominati, maħtura jew eletti fir-rigward tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni – id-dritt tal-Unjoni, inklużi l-ftehimiet internazzjonali, jenħtieġ li jkunu applikabbli għar-Renju Unit u fih, u, bħala regola ġenerali, bl-istess effett fir-rigward tal-Istati Membri, sabiex jiġi evitat tħarbit fil-perjodu li matulu se jiġu nnegozjati l-ftehim(iet) dwar ir-relazzjonijiet futuri,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, anki jekk id-dritt tal-Unjoni se jkun applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-ispeċifiċitajiet tar-Renju Unit bħala Stat li jkun ħareġ mill-Unjoni jfissru li se jkun importanti għar-Renju Unit li jieħu passi biex iħejji u jistabbilixxi arranġamenti internazzjonali ġodda tiegħu stess, inkluż f’oqsma ta’ kompetenza esklussiva tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li tali arranġamenti ma jidħlux fis-seħħ jew japplikaw matul dak il-perjodu, sakemm ma jkunx awtorizzat hekk mill-Unjoni,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-Unjoni u r-Renju Unit qablu li jonoraw l-impenji reċiproki li ħadu waqt li r-Renju Unit kien membru tal-Unjoni permezz ta’ saldu finanzjarju wieħed,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li biex jiggarantixxu l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretti ta' dan il-Ftehim u l-konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jiżguraw governanza kumplessiva, b'mod partikolari regoli vinkolanti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u għall-infurzar li jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tal-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tal-Unjoni u tar-Renju Unit kif ukoll l-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, għal ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni, jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti, fi protokolli separati għal dan il-Ftehim, arranġamenti durabbli li jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq u l-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU ulterjorment li, għal ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni, hemm bżonn ukoll li jiġu stabbiliti, fi protokoll separat għal dan il-Ftehim, l-arranġamenti speċifiċi fir-rigward ta’ Ġibiltà li japplikaw b'mod partikolari matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim huwa bbażat fuq bilanċ ġenerali ta’ benefiċċji, drittijiet u obbligi għall-Unjoni u għar-Renju Unit,

FILWAQT LI JINNOTAW li b'mod parallel ma’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għamlu Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li hemm bżonn li kemm ir-Renju Unit kif ukoll l-Unjoni jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jibdew kemm jista' jkun malajr in-negozjati formali għal ftehim wieħed jew diversi ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni futura tagħhom bil-ħsieb li jiżguraw, kemm jista' jkun, li dawk il-ftehimiet ikunu japplikaw minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

ARTIKOLU 1

Għan

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”).

ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“dritt tal-Unjoni” tfisser:

(i)

it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“it-Trattat Euratom”), kif emendati jew supplimentati, kif ukoll it-Trattati tal-Adeżjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien imsejħa “t-Trattati”;

(ii)

il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

(iii)

l-atti adottati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji jew mill-aġenziji tal-Unjoni;

(iv)

il-ftehimiet internazzjonali li għalihom hi parti l-Unjoni u l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istati Membri li jaġixxu f’isem l-Unjoni;

(v)

il-ftehimiet bejn l-Istati Membri li jkunu daħlu fihom fil-kapaċità tagħhom bħala Stati Membri tal-Unjoni;

(vi)

l-atti tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (“il-Kunsill”);

(vii)

id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-konferenzi intergovernattivi li adottaw it-Trattati;

(b)

“Stati Membri” tfisser ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja;

(c)

“ċittadin tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru;

(d)

“ċittadin tar-Renju Unit” tfisser ċittadin tar-Renju Unit, kif definit fid-Dikjarazzjoni l-Ġdida mill-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq tal-31 ta’ Diċembru 1982 dwar id-definizzjoni tat-terminu “ċittadini” (1) flimkien mad-Dikjarazzjoni Nru 63 annessa mal-Att Finali tal-konferenza intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona (2);

(e)

“perjodu ta’ tranżizzjoni” tfisser il-perjodu previst fl-Artikolu 126;

(f)

"jum" tfisser jum kalendarju, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim jew f'dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jsiru applikabbli b'dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 3

Kamp ta' applikazzjoni territorjali

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim jew fid-dritt tal-Unjoni magħmul applikabbli minn dan il-Ftehim, kwalunkwe referenza f’dan il-Ftehim għar-Renju Unit jew għat-territorju tagħha għandha tinftiehem li tirreferi:

(a)

għar-Renju Unit;

(b)

għal Ġibiltà, sa fejn kien applikabbli għaliha d-dritt tal-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(c)

għaċ-Channel Islands u għall-Isle of Man, sa fejn kien applikabbli għalihom id-dritt tal-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(d)

għall-Arei ta’ Bażi Sovrana ta’ Akrotiri u ta’ Dhekelia f’Ċipru, sa fejn neċessarju biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-arranġamenti stabbiliti fil-Protokoll dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru mehmuż mal-Att li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea;

(e)

għall-pajjiżi u għat-territorji extra-Ewropej elenkati fl-Anness II għat-TFUE li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit (3), fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ikunu relatati mal-arranġamenti speċjali għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u tat-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni.

2.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim jew fid-dritt tal-Unjoni magħmul applikabbli b’dan il-Ftehim, kwalunkwe referenza f’dan il-Ftehim għall-Istati Membri, jew għat-territorju tagħhom, għandha tinftiehem li tkopri t-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati kif stabbilit fl-Artikolu 355 TFUE.

ARTIKOLU 4

Metodi u prinċipji relatati mal-effett, mal-implimentazzjoni u mal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jsiru applikabbli b'dan il-Ftehim għandhom jipproduċu, kemm fir-rigward tar-Renju Unit kif ukoll fir-Renju Unit, l-istess effetti legali li jipproduċu fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha.

Għaldaqstant, il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi għandhom b'mod partikolari jkunu jistgħu joqogħdu direttament fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu jew jissemmew f'dan il-Ftehim li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal effett dirett taħt id-dritt tal-Unjoni.

2.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura konformità mal-paragrafu 1, inkluż fir-rigward tas-setgħat meħtieġa tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi tagħha biex jiddiżapplikaw dispożizzjonijiet domestiċi inkonsistenti jew inkompatibbli, permezz ta' leġislazzjoni primarja domestika.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li jirreferu għad-dritt tal-Unjoni jew għal kunċetti jew dispożizzjonijiet tiegħu għandhom jiġu interpretati u applikati skont il-metodi u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li jirreferu għad-dritt tal-Unjoni jew għall-kunċetti jew id-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom, fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati b'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maħluqa qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni.

5.   Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi tar-Renju Unit għandhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lejn il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maħluqa wara l-perjodu ta' tranżizzjoni.

ARTIKOLU 5

Bona fide

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom, b’rispett reċiproku sħiħ u bona fide, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan il-Ftehim.

Huma għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha, kemm jekk ikunu ġenerali kif ukoll jekk ikunu partikolari, biex jiżguraw li jitwettqu l-obbligi li joriġinaw minn dan il-Ftehim u għandhom jevitaw li jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola l-ksib tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt dan il-Ftehim, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera.

ARTIKOLU 6

Referenzi għad-dritt tal-Unjoni

1.   Bl-eċċezzjoni tar-Raba’ Parti u tal-Ħames Parti, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kull referenza f’dan il-Ftehim għad-dritt tal-Unjoni għandha tinftiehem bħala referenza għad-dritt tal-Unjoni, inkluż kif emendat jew sostitwit, hekk kif ikun applikabbli fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Fejn f’dan il-Ftehim issir referenza għall-atti tal-Unjoni jew għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn, tali referenza għandha, fejn rilevanti, tinftiehem li tinkludi referenza għad-dritt tal-Unjoni jew għad-dispożizzjonijiet ta’ dan li, għad li jkunu sostitwiti jew magħmula obsoleti mill-att li għalih issir referenza, jibqgħu japplikaw f’konformità ma’ dak l-att.

3.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni magħmula applikabbli minn dan il-Ftehim għandhom jinftiehmu li jinkludu referenzi għall-atti rilevanti tal-Unjoni li jissupplimentaw jew jimplimentaw dawk id-dispożizzjonijiet.

ARTIKOLU 7

Referenzi għall-Unjoni u għall-Istati Membri

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-referenzi kollha għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni magħmula applikabbli minn dan il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala li jinkludu lir-Renju Unit u l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, ħlief rigward:

(a)

in-nomina, il-ħatra jew l-elezzjoni ta’ membri tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll il-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-attendenza fil-laqgħat tal-istituzzjonijiet;

(b)

il-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u fil-governanza tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni;

(c)

l-attendenza fil-laqgħat tal-kumitati msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni jew ta’ entitajiet simili oħra, jew fil-laqgħat ta’ gruppi ta’ esperti jew ta’ entitajiet simili ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim.

2.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kwalunkwe referenza għall-Unjoni għandha tinftiehem bħala li tinkludi lill-Euratom.

ARTIKOLU 8

Aċċess għal netwerks, għal sistemi ta’ informazzjoni u għal bażijiet ta’ data

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni r-Renju Unit ma għandux jibqa’ jkun intitolat jaċċessa kwalunkwe netwerk, kwalunkwe sistema ta’ informazzjoni u kwalunkwe bażi ta’ data stabbiliti fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni. Ir-Renju Unit għandu jieħu miżuri adatti biex jiżgura li ma jaċċessax netwerk, sistema ta’ informazzjoni jew bażi ta’ data li ma jibqax intitolat jaċċessa.

IT-TIENI PARTI

DRITTIJIET TAĊ-ĊITTADINI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 9

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, u mingħajr preġudizzju għat-Titolu III, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“membri tal-familja” tfisser il-persuni li ġejjin, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni personali previst fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim:

(i)

membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni jew membri tal-familja ta’ ċittadini tar-Renju Unit kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(ii)

persuni għajr dawk definiti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE li l-preżenza tagħhom hi meħtieġa minn ċittadini tal-Unjoni jew minn ċittadini tar-Renju Unit biex dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni jew iċ-ċittadini tar-Renju Unit ma jiċċaħħdux minn dritt ta’ residenza mogħti minn din il-Parti;

(b)

“ħaddiema transkonfinali” tfisser ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini tar-Renju Unit li jwettqu attività ekonomika f’konformità mal-Artikolu 45 jew 49 TFUE fi Stat wieħed jew aktar li fihom huma ma jirrisjedux;

(c)

“Stat ospitanti” tfisser:

(i)

fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom, ir-Renju Unit, jekk dawn eżerċitaw id-dritt ta’ residenza tagħhom hemmhekk f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jirrisjedu hemm wara dan;

(ii)

fir-rigward taċ-ċittadini tar-Renju Unit u tal-membri tal-familja tagħhom, l-Istat Membru li fih dawn eżerċitaw id-dritt ta’ residenza tagħhom f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li fih jibqgħu jirrisjedu wara dan;

(d)

“Stat tax-xogħol” tfisser:

(i)

fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni, ir-Renju Unit, jekk dawn wettqu attività ekonomika bħala ħaddiema transkonfinali hemmhekk qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jwettquha wara dan;

(ii)

fir-rigward taċ-ċittadini tal-Renju Unit, Stat Membru li fih dawn wettqu attività ekonomika bħala ħaddiema transkonfinali qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li fih dawn jibqgħu jwettquha wara dan;

(e)

“drittijiet ta’ kustodja” tfisser id-drittijiet ta’ kustodja fis-sens tal-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (6), inklużi d-drittijiet ta’ kustodja miksuba b’sentenza, bl-operat tal-liġi jew bi ftehim b’effett legali.

ARTIKOLU 10

Kamp ta’ applikazzjoni personali

1.   Mingħajr preġudizzju għat-Titolu III, din il-Parti għandha tapplika għall-persuni li ġejjin:

(a)

ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrisjedu fir-Renju Unit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jirrisjedu hemmhekk wara dan;

(b)

ċittadini tar-Renju Unit li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrisjedu fi Stat Membru f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jirrisjedu hemmhekk wara dan;

(c)

ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt tagħhom bħala ħaddiema transkonfinali fir-Renju Unit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jwettqu tali attività wara dan;

(d)

ċittadini tar-Renju Unit li eżerċitaw id-dritt tagħhom bħala ħaddiema transkonfinali fi Stat Membru wieħed jew aktar f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jwettqu tali attività wara dan;

(e)

membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-punti minn (a) sa (d), dment li dawn jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

dawn irresjedew fl-Istat ospitanti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jirrisjedu hemmhekk wara dan;

(ii)

dawn kienu jiġu b’mod dirett minn persuna msemmija fil-punti minn (a) sa (d) u rresjedew barra mill-Istat ospitanti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, dment li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE fil-mument li jitolbu r-residenza taħt din il-Parti biex jingħaqdu mal-persuna msemmija fil-punti minn (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu;

(iii)

dawn twieldu jew ġew legalment adottati minn persuni msemmija fil-punti minn (a) sa (d) wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kemm jekk ġewwa kif ukoll jekk barra l-Istat ospitanti, u jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2)(c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE fil-mument li jitolbu r-residenza taħt din il-Parti biex jingħaqdu mal-persuna msemmija fil-punti minn (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu u jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

iż-żewġ ġenituri jkunu persuni msemmija fil-punti minn (a) sa (d);

ġenitur minnhom ikun persuna msemmija fil-punti minn (a) sa (d) u l-ġenitur l-ieħor ikun ċittadin tal-Istat ospitanti; jew

ġenitur minnhom ikun persuna msemmija fil-punti minn (a) sa (d) u jkollu drittijiet uniċi jew konġunti ta’ kustodja tal-minuri, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-liġi tal-familja ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, inklużi regoli applikabbli tad-dritt internazzjonali privat li taħthom id-drittijiet ta’ kustodja stabbiliti taħt id-dritt ta’ Stat terz ikunu rikonoxxuti fl-Istat Membru jew fir-Renju Unit, b’mod partikolari fir-rigward tal-aħjar interessi tal-minuri, u mingħajr preġudizzju għall-operat normali ta' tali regoli applikabbli tad-dritt internazzjonali privat (7);

(f)

membri tal-familja li rresjedew fl-Istat ospitanti f’konformità mal-Artikoli 12 u 13, mal-Artikolu 16(2) u mal-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 2004/38/KE qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jibqgħu jirrisjedu hemmhekk wara dan.

2.   Persuni li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE li r-residenza tagħhom ġiet iffaċilitata mill-Istat ospitanti f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dik id-Direttiva għandhom iżommu d-dritt ta’ residenza tagħhom fl-Istat ospitanti f’konformità ma’ din il-Parti, dment li dawn jibqgħu jirrisjedu fl-Istat ospitanti wara dan il-perjodu.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għal persuni li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE li applikaw għall-faċilitazzjoni tad-dħul u r-residenza qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u li r-residenza tagħhom tkun qed tiġi ffaċilitata mill-Istat ospitanti f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu wara dan il-perjodu.

4.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ residenza li l-persuni kkonċernati jista’ jkollhom b'mod inerenti, l-Istat ospitanti għandu, f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu u f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE, jiffaċilita d-dħul u r-residenza għas-sieħeb li miegħu l-persuna msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkollha relazzjoni dejjiema, ikkonfermata kif xieraq, fejn dak is-sieħeb ikun irresjeda barra mill-Istat ospitanti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, dment li r-relazzjoni kienet dejjiema qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u tkompli fil-mument li fih is-sieħeb ifittex residenza taħt din il-Parti.

5.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istat ospitanti għandu jwettaq eżami estensiv taċ-ċirkostanzi personali tal-persuni kkonċernati u għandu jiġġustifika kwalunkwe ċaħda tad-dħul jew tar-residenza lil tali persuni.

ARTIKOLU 11

Kontinwità ta’ residenza

Il-kontinwità ta’ residenza għall-finijiet tal-Artikoli 9 u 10 ma għandhiex tkun affettwata minn assenzi kif imsemmija fl-Artikolu 15(2).

Id-dritt ta’ residenza permanenti miksub taħt id-Direttiva 2004/38/KE qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni ma għandux jiġi ttrattat bħala mitluf għar-raġuni ta' assenza mill-Istat ospitanti għal perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3).

ARTIKOLU 12

Nondiskriminazzjoni

Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Parti, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali li tinsab fiha, kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18 TFUE għandha tkun projbita fl-Istat ospitanti u fl-Istat tax-xogħol fir-rigward tal-persuni msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim.

TITOLU II

DRITTIJIET U OBBLIGI

KAPITOLU 1

DRITTIJIET RELATATI MAR-RESIDENZA, DOKUMENTI TA’ RESIDENZA

ARTIKOLU 13

Drittijiet ta’ residenza

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini tar-Renju Unit għandu jkollhom id-dritt li jirrisjedu fl-Istat ospitanti bil-limitazzjonijiet u bil-kundizzjonijiet kif stipulati fl-Artikoli 21, 45 jew 49 TFUE u fl-Artikolu 6(1), fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 16(1) jew fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2004/38/KE.

2.   Il-membri tal-familja li huma ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini tar-Renju Unit għandu jkollhom id-dritt li jirrisjedu fl-Istat ospitanti kif stipulat fl-Artikolu 21 TFUE u fl-Artikolu 6(1), fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 12(1) jew (3), fl-Artikolu 13(1), fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 16(1) jew fl-Artikolu 17(3) u (4) tad-Direttiva 2004/38/KE, soġġett għal-limitazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati f’dawk id-dispożizzjonijiet.

3.   Il-membri tal-familja li la huma ċittadini tal-Unjoni u lanqas ċittadini tar-Renju Unit għandu jkollhom id-dritt li jirrisjedu fl-Istat ospitanti taħt l-Artikolu 21 TFUE u kif stipulat fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 12(2) jew (3), fl-Artikolu 13(2), fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 17(3) jew (4) jew fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/38/KE, soġġett għal-limitazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati f’dawk id-dispożizzjonijiet.

4.   L-Istat ospitanti ma jistax jimponi xi limitazzjoni jew kundizzjoni għall-kisba, għaż-żamma jew għat-telf tad-drittijiet ta’ residenza fuq il-persuni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, għajr dawk stipulati f’dan it-Titolu. Ma għandu jkun hemm ebda diskrezzjoni fl-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu, għajr favur il-persuna kkonċernata.

ARTIKOLU 14

Dritt ta’ ħruġ u ta’ dħul

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini tar-Renju Unit, il-membri tal-familji rispettivi tagħhom, u persuni oħra, li jirrisjedu fit-territorju tal-Istat ospitanti f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu għandu jkollhom id-dritt li jitilqu mill-Istat ospitanti u d-dritt li jidħlu fih, kif stipulat fl-Artikolu 4(1) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/38/KE, b’passaport validu jew b’karta tal-identità nazzjonali valida fil-każ ta’ ċittadini tal-Unjoni jew ta’ ċittadini tar-Renju Unit, u b’passaport validu fil-każ tal-membri tal-familji rispettivi tagħhom u ta’ persuni oħra li mhumiex ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini tar-Renju Unit.

Ħames snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istat ospitanti jista’ jiddeċiedi li ma jibqax jaċċetta karti tal-identità nazzjonali għall-finijiet ta’ dħul jew ta’ ħruġ mit-territorju tiegħu jekk tali karti ma jkunux jinkludu ċippa li tikkonforma mal-istandards applikabbli tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali relatati mal-identifikazzjoni bijometrika.

2.   Ebda viża tal-ħruġ, viża tad-dħul jew formalità ekwivalenti ma għandha tkun meħtieġa mid-detenturi ta’ dokument validu maħruġ f’konformità mal-Artikolu 18 jew 26.

3.   Fejn l-Istat ospitanti jesiġi li l-membri tal-familja li jingħaqdu maċ-ċittadin tal-Unjoni jew maċ-ċittadin tar-Renju Unit wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jkollhom viża tad-dħul, l-Istat ospitanti għandu jagħti lil tali persuni kull faċilità biex jiksbu l-viżi neċessarji. Dawn il-viżi għandhom jinħarġu mingħajr ħlas kemm jista’ jkun malajr, u fuq il-bażi ta’ proċedura aċċellerata.

ARTIKOLU 15

Id-dritt ta’ residenza permanenti

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini tar-Renju Unit, u l-membri tal-familji rispettivi tagħhom, li jkunu rresjedew legalment fl-Istat ospitanti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni għal perjodu kontinwu ta’ ħames (5) snin jew għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/38/KE, għandu jkollhom id-dritt li jirrisjedu b’mod permanenti fl-Istat ospitanti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 16, 17 u 18 tad-Direttiva 2004/38/KE. Il-perjodi ta’ residenza legali jew tax-xogħol f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel u wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-perjodu ta’ kwalifika neċessarju għall-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti.

2.   Il-kontinwità ta’ residenza għall-finijiet tal-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 16(3) u mal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/38/KE.

3.   Ladarba jinkiseb, id-dritt ta’ residenza permanenti għandu jintilef biss għar-raġuni ta’ assenza mill-Istat ospitanti għal perjodu li jeċċedi 5 snin konsekuttivi.

ARTIKOLU 16

Akkumulazzjoni ta' perjodi

Iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini tar-Renju Unit, u l-membri tal-familji rispettivi tagħhom, li qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni kienu jirrisjedu legalment fl-Istat ospitanti f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE għal perjodu ta’ anqas minn 5 snin, għandu jkollhom id-dritt li jiksbu d-dritt li jirrisjedu b’mod permanenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim ladarba jiskorru l-perjodi neċessarji ta’ residenza. Il-perjodi ta’ residenza legali jew tax-xogħol f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel u wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-perjodu ta’ kwalifika neċessarju għall-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti.

ARTIKOLU 17

Status u tibdiliet

1.   Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u taċ-ċittadini tar-Renju Unit, u tal-membri tal-familji rispettivi tagħhom, li jistrieħu b’mod dirett fuq din il-Parti ma għandux ikun affettwat meta dawn ibiddlu l-istatus, pereżempju bejn student, ħaddiem, persuna li taħdem għal rasha u persuna ekonomikament inattiva. Persuni li, fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, igawdu dritt ta’ residenza fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni jew ta’ ċittadini tar-Renju Unit, ma jistgħux isiru persuni msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 10(1).

2.   Id-drittijiet previsti f'dan it-Titolu għall-membri tal-familja li huma dipendenti ta’ ċittadini tal-Unjoni jew ta’ ċittadini tar-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom jinżammu anki wara li dawn ma jibqgħux dipendenti.

ARTIKOLU 18

Il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ residenza

1.   L-Istat ospitanti jista’ jesiġi li ċ-ċittadini tal-Unjoni jew iċ-ċittadini tar-Renju Unit, il-membri tal-familji rispettivi tagħhom u persuni oħra, li jirrisjedu fit-territorju tiegħu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu, japplikaw għal status ta’ residenza ġdid li jagħti d-drittijiet taħt dan it-Titolu u dokument li jattesta tali status li jista’ jkun f'forma diġitali.

L-applikazzjoni għal tali status ta’ residenza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskop tal-proċedura ta’ applikazzjoni għandu jkun li tivverifika jekk l-applikant huwiex intitolat għad-drittijiet ta’ residenza stabbiliti f’dan it-Titolu. Fejn dan ikun il-każ, l-applikant għandu jkollu dritt li jingħata l-istatus ta’ residenza u d-dokument li jattesta dak l-istatus;

(b)

l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni ma għandhiex tkun anqas minn sitt (6) xhur minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għal persuni li jkunu jirrisjedu fl-Istat ospitanti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Għal persuni li jkollhom id-dritt li jibdew jirrisjedu wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fl-Istat ospitanti f’konformità ma’ dan it-Titolu, l-iskadenza biex jissottomettu l-applikazzjoni għandha tkun ta’ tliet (3) xhur wara l-wasla tagħhom jew wara l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont liema minn dawn tiġi l-aħħar.

Għandu jinħareġ immedjatament ċertifikat ta’ applikazzjoni għall-istatus ta’ residenza;

(c)

l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tiġi estiża b’mod awtomatiku b'sena fejn l-Unjoni tkun innotifikat lir-Renju Unit, jew ir-Renju Unit ikun innotifika lill-Unjoni, li jeżistu problemi tekniċi li jimpedixxu lill-Istat ospitanti milli jirreġistra l-applikazzjoni jew milli joħroġ iċ-ċertifikat ta’ applikazzjoni msemmi fil-punt (b). L-Istat ospitanti għandu jippubblika dik in-notifika u għandu jipprovdi informazzjoni pubblika adegwata f'waqtha għall-persuni kkonċernati;

(d)

fejn l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-punt (b) ma tiġix rispettata mill-persuni kkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet kollha tan-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenza u għandhom jippermettu lil dawk il-persuni jippreżentaw applikazzjoni f'perjodu raġonevoli ulterjuri ta’ żmien jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli li wasslu għan-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenza;

(e)

l-Istat ospitanti għandu jiżgura li kwalunkwe proċedura amministrattiva għall-applikazzjonijiet tkun mingħajr intoppi, trasparenti u sempliċi, u li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv żejjed;

(f)

il-formoli ta’ applikazzjoni għandhom ikunu qosra, faċli għall-utent u adattati għall-kuntest ta’ dan il-Ftehim; l-applikazzjonijiet magħmula minn familji fl-istess ħin għandhom jiġu kkunsidrati flimkien;

(g)

id-dokument li jattesta l-istatus għandu jkun mingħajr ħlas jew jinvolvi miżata li ma taqbiżx dik imposta fuq iċ-ċittadini tal-Istat ospitanti għall-ħruġ ta’ dokumenti simili;

(h)

persuni li, qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ikollhom dokument ta’ residenza permanenti validu maħruġ taħt l-Artikolu 19 jew 20 tad-Direttiva 2004/38/KE jew ikollhom dokument tal-immigrazzjoni domestiku validu li jagħti dritt permanenti ta’ residenza fl-Istat ospitanti, għandu jkollhom id-dritt li jiskambjaw dak id-dokument fil-perjodu msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu ma’ dokument ta’ residenza ġdid fuq applikazzjoni wara verifika tal-identità tagħhom, kontroll tal-fedina penali u tas-sigurtà f’konformità mal-punt (p) ta’ dan il-paragrafu u konferma tar-residenza kurrenti tagħhom; tali dokumenti ta’ residenza ġodda għandhom jinħarġu mingħajr ħlas;

(i)

l-identità tal-applikanti għandha tiġi verifikata permezz tal-preżentazzjoni ta’ passaport validu jew ta’ karta tal-identità nazzjonali valida għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, u permezz tal-preżentazzjoni ta’ passaport validu għall-membri tal-familji rispettivi tagħhom u għal persuni oħra li ma jkunux ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini tar-Renju Unit; l-aċċettazzjoni ta' tali dokumenti tal-identità ma għandhiex tkun kondizzjonata minn xi kriterju għajr dak tal-validità tad-dokument. Fejn id-dokument tal-identità jinżamm mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti waqt li tkun għadha pendenti l-applikazzjoni, l-Istat ospitanti għandu jrodd lura dak id-dokument mal-applikazzjoni mingħajr dewmien, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni;

(j)

id-dokumenti ta’ sostenn għajr dokumenti tal-identità, bħal dokumenti tal-istat ċivili, jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta' kopji. L-oriġinali tad-dokumenti ta’ sostenn jistgħu jkunu meħtieġa biss f’każijiet speċifiċi li fihom ikun hemm dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati;

(k)

l-Istat ospitanti jista’ jesiġi li ċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini tar-Renju Unit jippreżentaw biss, minbarra d-dokumenti tal-identità msemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu, id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin kif imsemmija fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/38/KE:

(i)

meta dawn ikunu jirrisjedu fl-Istat ospitanti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38/KE bħala ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom, konferma tal-impjieg minn min jimpjegahom jew ċertifikat tal-impjieg, jew prova li dawn huma ħaddiema għal rashom;

(ii)

meta dawn ikunu jirrisjedu fl-Istat ospitanti f’konformità mal-punt (b) Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38/KE bħala persuni ekonomikament inattivi, evidenza li dawn għandhom biżżejjed riżorsi għalihom infushom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jsirux piż fuq is-sistema tal-assistenza soċjali tal-Istat ospitanti matul il-perjodu ta’ residenza tagħhom u li dawn għandhom kopertura komprensiva tal-assigurazzjoni tal-mard fl-Istat ospitanti; jew

(iii)

meta dawn ikunu jirrisjedu fl-Istat ospitanti f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38/KE bħala studenti, prova tar-reġistrazzjoni fi stabbiliment akkreditat jew iffinanzjat mill-Istat ospitanti fuq il-bażi tal-leġislazzjoni jew tal-prattika amministrattiva tiegħu, prova ta’ kopertura komprensiva tal-assigurazzjoni tal-mard, u dikjarazzjoni jew mezz ekwivalenti ta’ prova, li dawn għandhom biżżejjed riżorsi għalihom infushom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jsirux piż fuq is-sistema tal-assistenza soċjali tal-Istat ospitanti matul il-perjodu ta’ residenza tagħhom. L-Istat ospitanti ma jistax jesiġi li tali dikjarazzjonijiet jirreferu għal xi ammont speċifiku ta’ riżorsi.

Fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ biżżejjed riżorsi, għandu jkun japplika l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2004/38/KE;

(l)

l-Istat ospitanti jista’ jesiġi biss li l-membri tal-familja li jaqgħu taħt il-punt (e)(i) tal-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 10(2) jew (3) ta’ dan il-Ftehim u li jirrisjedu fl-Istat ospitanti f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2004/38/KE jippreżentaw, minbarra d-dokumenti tal-identità msemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu, id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin kif imsemmija fl-Artikolu 8(5) jew 10(2) tad-Direttiva 2004/38/KE:

(i)

dokument li jattesta l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ familja jew ta’ sħubija rreġistrata;

(ii)

iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni, kwalunkwe prova oħra li ċ-ċittadin tal-Unjoni jew iċ-ċittadin tar-Renju Unit li jirrisjedu miegħu fil-fatt jirresjedi fl-Istat ospitanti;

(iii)

għal dixxendenti diretti li jkollhom anqas minn 21 sena jew li jkunu dipendenti u qraba diretti dipendenti fil-linja axxendenti, u għal dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb irreġistrat, evidenza dokumentarja li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38/KE huma sodisfatti;

(iv)

għall-persuni msemmija fl-Artikolu 10(2) jew (3) ta’ dan il-Ftehim, dokument maħruġ mill-awtorità rilevanti fl-Istat ospitanti f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE.

Fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ biżżejjed riżorsi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ membri tal-familja li huma stess ikunu ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini tar-Renju Unit, għandu jkun japplika l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2004/38/KE;

(m)

l-Istat ospitanti jista’ jesiġi biss li l-membri tal-familja li jaqgħu taħt il-punt (e)(ii) tal-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 10(4) ta’ dan il-Ftehim jippreżentaw, minbarra d-dokumenti tal-identità msemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu, id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin kif imsemmija fl-Artikoli 8(5) u 10(2) tad-Direttiva 2004/38/KE:

(i)

dokument li jattesta l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ familja jew ta’ sħubija rreġistrata;

(ii)

iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni, kwalunkwe prova oħra ta’ residenza fl-Istat ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni jew taċ-ċittadini tar-Renju Unit li magħhom se jingħaqdu fl-Istat ospitanti;

(iii)

għal konjuġi jew għal sħab irreġistrati, dokument li jattesta l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ familja jew sħubija rreġistrata qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(iv)

għal dixxendenti diretti li jkollhom anqas minn 21 sena jew li jkunu dipendenti u qraba diretti dipendenti fil-linja axxendenti u dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb irreġistrat, evidenza dokumentarja li dawn kienu relatati maċ-ċittadini tal-Unjoni jew maċ-ċittadini tar-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38/KE relatati mal-età jew mad-dipendenza;

(v)

għall-persuni msemmija fl-Artikolu 10(4) ta’ dan il-Ftehim, prova li kienet teżisti relazzjoni dejjiema maċ-ċittadini tal-Unjoni jew maċ-ċittadini tar-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li din tibqa’ teżisti wara dan;

(n)

għal każijiet għajr dawk stabbiliti fil-punti (k), (l) u (m), l-Istat ospitanti ma għandux jesiġi li l-applikanti jippreżentaw dokumenti ta’ sostenn li jmorru lil hinn minn dak li hu strettament neċessarju u proporzjonat biex jipprovdu evidenza li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet relatati mad-dritt ta’ residenza taħt dan it-Titolu;

(o)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jgħinu lill-applikanti jagħtu prova tal-eliġibbiltà tagħhom u jevitaw kwalunkwe żball jew omissjoni fl-applikazzjonijiet tagħhom; dawn għandhom jagħtu lill-applikanti l-opportunità li jfornu evidenza supplimentari u jikkoreġu kwalunkwe nuqqas, żball jew omissjoni;

(p)

il-kontrolli tal-fedina penali u tas-sigurtà jistgħu jitwettqu b’mod sistematiku fuq l-applikanti, bl-għan esklużiv li jiġi verifikat jekk jistgħux ikunu applikabbli r-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 ta’ dan il-Ftehim. Għal dak l-għan, l-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jiddikjaraw il-kundanni kriminali li kellhom fl-imgħoddi u li jidhru fil-fedina penali tagħhom f’konformità mad-dritt tal-Istat tal-kundanna fi żmien l-applikazzjoni. L-Istat ospitanti jista’, jekk iqis li din tkun essenzjali, japplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2004/38/KE fir-rigward ta’ domandi lil Stati oħra rigward fedini penali preċedenti;

(q)

id-dokument ta’ residenza l-ġdid għandu jinkludi dikjarazzjoni li dan inħareġ f’konformità ma’ dan il-Ftehim;

(r)

l-applikant għandu jkollu aċċess għal proċeduri ta’ rimedju ġudizzjarju u, fejn xieraq, amministrattiv fl-Istat ospitanti kontra kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti tal-istatus ta’ residenza. Il-proċeduri ta’ rimedju għandhom jippermettu eżami tal-legalità tad-deċiżjoni, kif ukoll tal-fatti u taċ-ċirkostanzi li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni proposta. Tali proċeduri ta' rimedju għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni ma tkunx sproporzjonata.

2.   Matul il-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-estensjoni possibbli tiegħu ta’ sena skont il-punt (c) ta’ dak il-paragrafu, id-drittijiet kollha stabbiliti f’din il-Parti għandhom jitqiesu li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni jew għaċ-ċittadini tar-Renju Unit, għall-membri tal-familji rispettivi tagħhom, u għal persuni oħra li jirrisjedu fl-Istat ospitanti, f’konformità mal-kundizzjonijiet u soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20.

3.   Sa meta tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u sa meta tinqata’ sentenza finali fil-każ ta’ talba għal rimedju ġudizzjarju kontra kwalunkwe rifjut ta’ tali applikazzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti, id-drittijiet kollha stipulati f’din il-Parti għandhom jitqiesu li japplikaw għall-applikant, inkluż l-Artikolu 21 dwar is-salvagwardji u d-dritt ta’ appell, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(4).

4.   Fejn Stat ospitanti jkun għażel li ma jesiġix li ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini tar-Renju Unit, membri tal-familja tagħhom, u persuni oħra, residenti fit-territorju tiegħu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu, japplikaw għall-istatus ta’ residenza l-ġdid imsemmi fil-paragrafu 1 bħala kundizzjoni għar-residenza legali, dawk eliġibbli għad-drittijiet ta’ residenza taħt dan it-Titolu għandu jkollhom id-dritt li jirċievu, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE, dokument ta’ residenza, li jista’ jkun f’forma diġitali, li jinkludi dikjarazzjoni li dan inħareġ f’konformità ma’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 19

Il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ residenza matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni

1.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, Stat ospitanti jista’ jippermetti li jsiru applikazzjonijiet b’mod volontarju għal status ta’ residenza jew għal dokument ta’ residenza kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) u (4) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

2.   Id-deċiżjonijiet ta’ aċċettazzjoni jew ta’ rifjut ta' tali applikazzjonijiet għandhom jittieħdu f’konformità mal-Artikolu 18(1) u (4). Id-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 18(1) ma għandux ikollhom effett sa wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   Jekk applikazzjoni taħt l-Artikolu 18(1) tiġi aċċettata qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istat ospitanti ma jistax jirtira d-deċiżjoni li tagħti l-istatus ta’ residenza qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għal kwalunkwe raġuni għajr dawk stabbiliti fil-Kapitolu VI u fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/38/KE.

4.   Jekk applikazzjoni tiġi rifjutata qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-applikant jista’ jerġa’ japplika fi kwalunkwe waqt qabel ma jiskadi l-perjodu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1).

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-proċeduri ta' rimedju skont il-punt (r) tal-Artikolu 18(1) għandhom ikunu disponibbli mid-data ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 20

Restrizzjonijiet tad-drittijiet ta’ residenza u tad-dħul

1.   L-imġiba taċ-ċittadini tal-Unjoni jew taċ-ċittadini tar-Renju Unit, tal-membri tal-familja tagħhom, u ta’ persuni oħra, li jeżerċitaw drittijiet taħt dan it-Titolu, fejn tali mġiba tkun seħħet qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għandha tiġi kkunsidrata f’konformità mal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38/KE.

2.   L-imġiba taċ-ċittadini tal-Unjoni jew taċ-ċittadini tar-Renju Unit, tal-membri tal-familja tagħhom, u ta’ persuni oħra, li jeżerċitaw drittijiet taħt dan it-Titolu, fejn tali mġiba tkun seħħet wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, tista’ tikkostitwixxi motivazzjonijiet għar-restrizzjoni tad-dritt ta’ residenza mill-Istat ospitanti jew tad-dritt ta’ dħul fl-Istat tax-xogħol f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali.

3.   L-Istat ospitanti jew l-Istat tax-xogħol jista’ jadotta l-miżuri neċessarji biex jirrifjuta, jittermina jew jirtira kwalunkwe dritt mogħti minn dan it-Titolu fil-każ tal-abbuż ta’ dawk id-drittijiet jew ta’ frodi, kif stipulat fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/38/KE. Tali miżuri għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji proċedurali previsti fl-Artikolu 21 ta’ dan il-Ftehim.

4.   L-Istat ospitanti jew l-Istat tax-xogħol jista’ jneħħi applikanti li ssottomettew applikazzjonijiet frawdolenti jew abbużivi mit-territorju tiegħu taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 31 u 35 ta’ dan, anki qabel ma tinqata’ sentenza finali fil-każ ta’ talba għal rimedju ġudizzjarju kontra kwalunkwe rifjut ta’ tali applikazzjoni.

ARTIKOLU 21

Salvagwardji u d-dritt ta’ appell

Is-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 15 u fil-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38/KE għandhom japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe deċiżjoni mill-Istat ospitanti li tirrestrinġi d-drittijiet ta’ residenza tal-persuni msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 22

Drittijiet relatati

F’konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE, irrispettivament min-nazzjonalità, il-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni jew ta’ ċittadin tar-Renju Unit li jkollhom id-dritt ta’ residenza jew id-dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat ospitanti jew fl-Istat tax-xogħol għandhom ikunu intitolati li jsibu impjieg jew li jaħdmu għal rashom hemmhekk.

ARTIKOLU 23

Trattament indaqs

1.   F’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE, soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi previsti f’dan it-Titolu u fit-Titoli I u IV ta’ din il-Parti, iċ-ċittadini tal-Unjoni kollha jew iċ-ċittadini tar-Renju Unit kollha li jirrisjedu fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim fit-territorju tal-Istat ospitanti għandhom igawdu minn trattament indaqs bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Parti. Il-benefiċċju ta’ dan id-dritt għandu jiġi estiż għal dawk il-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Unjoni jew taċ-ċittadini tar-Renju Unit li għandhom id-dritt ta’ residenza jew residenza permanenti.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istat ospitanti ma għandux ikun obbligat li jikkonferixxi xi intitolament għal assistenza soċjali matul il-perjodi ta’ residenza fuq il-bażi tal-Artikolu 6 jew tal-punt (b) tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2004/38/KE, u lanqas ma għandu jkun obbligat, qabel li persuna tikseb id-dritt ta’ residenza permanenti f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, li jagħti għajnuna ta' manteniment għall-istudji, inkluż taħriġ vokazzjonali, li tikkonsisti f’għotjiet għall-istudenti jew f’self għal studenti lil persuni li ma jkunux ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li jżommu tali stat jew lill-membri tal-familji tagħhom.

KAPITOLU 2

DRITTIJIET TAL-ĦADDIEMA U TAL-PERSUNI LI JAĦDMU GĦAL RASHOM

ARTIKOLU 24

Drittijiet tal-ħaddiema

1.   Soġġett għal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45(3) u (4) TFUE, il-ħaddiema fl-Istat ospitanti u l-ħaddiema transkonfinali fl-Istat jew Stati tax-xogħol għandhom igawdu d-drittijiet garantiti mill-Artikolu 45 TFUE u d-drittijiet mogħtija mir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dawn id-drittijiet jinkludu:

(a)

id-dritt li ma jiġux diskriminati minħabba ċittadinanza fir-rigward ta’ impjieg, ta’ remunerazzjoni u ta’ kundizzjonijiet oħra tax-xogħol u tal-impjieg;

(b)

id-dritt li jibdew u jwettqu attività f’konformità mar-regoli applikabbli għaċ-ċittadini tal-Istat ospitanti jew tal-Istat tax-xogħol;

(c)

id-dritt għall-assistenza mogħtija mill-uffiċċji tal-impjiegi tal-Istat ospitanti jew tal-Istat tax-xogħol kif offruta liċ-ċittadini proprji;

(d)

id-dritt għal trattament indaqs fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, b’mod partikolari rigward ir-remunerazzjoni, is-sensja u fil-każ ta’ qgħad, ta’ reintegrazzjoni jew ta’ impjieg mill-ġdid;

(e)

id-dritt għal benefiċċji soċjali u fuq it-taxxa;

(f)

drittijiet kollettivi;

(g)

id-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija lill-ħaddiema nazzjonali fi kwistjonijiet ta’ abitazzjoni;

(h)

id-dritt għat-tfal tagħhom li jiġu ammessi għall-edukazzjoni ġenerali, għal apprendistati u għal korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat ospitanti jew tal-Istat tax-xogħol, jekk tali tfal ikunu qed jirrisjedu fit-territorju fejn jaħdem il-ħaddiem.

2.   Fejn dixxendent dirett ta’ ħaddiem li ma jkunx baqa’ jirresjedi fl-Istat ospitanti jkun qed jirċievi edukazzjoni f'dak l-Istat, il-persuna primarja li tieħu ħsieb dak id-dixxendent għandu jkollha d-dritt li tirresjedi f’dak l-Istat sa meta dak id-dixxendent isir maġġorenni, u wara li jsir maġġorenni jekk dak id-dixxendent jibqa’ jkollu bżonn il-preżenza u l-kustodja tal-persuna primarja li tieħu ħsiebu biex ikompli u jlesti l-edukazzjoni tiegħu.

3.   Il-ħaddiema transkonfinali impjegati għandhom igawdu d-dritt li jidħlu u joħorġu mill-Istat tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim u għandhom iżommu d-drittijiet li gawdew bħala ħaddiema hemmhekk, bil-kundizzjoni li jkunu f'waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/38/KE, anke meta ma jċaqalqux ir-residenza tagħhom għall-Istat tax-xogħol.

ARTIKOLU 25

Drittijiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom

1.   Soġġett għal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 51 u 52 TFUE, il-persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat ospitanti u l-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom fl-Istat jew Stati tax-xogħol għandhom igawdu d-drittijiet garantiti mill-Artikoli 49 u 55 TFUE. Dawn id-drittijiet jinkludu:

(a)

id-dritt li jibdew u jwettqu attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom u li jistabbilixxu u jmexxu impriżi bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat ospitanti għaċ-ċittadini tiegħu stess, kif stipulat fl-Artikolu 49 TFUE;

(b)

id-drittijiet kif stipulati fil-punti minn (c) sa (h) tal-Artikolu 24(1) ta’ dan il-Ftehim.

2.   L-Artikolu 24(2) għandu japplika għal dixxendenti diretti ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom.

3.   L-Artikolu 24(3) għandu japplika għal ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom.

ARTIKOLU 26

Il-ħruġ ta’ dokument li jidentifika d-drittijiet tal-ħaddiema transkonfinali

L-Istat tax-xogħol jista’ jesiġi li ċittadini tal-Unjoni u ċittadini tar-Renju Unit li jkollhom drittijiet bħala ħaddiema transkonfinali taħt dan it-Titolu japplikaw għal dokument li jiċċertifika li għandhom tali drittijiet taħt dan it-Titolu. Tali ċittadini tal-Unjoni u ċittadini tar-Renju Unit għandu jkollhom id-dritt li jinħarġilhom tali dokument.

KAPITOLU 3

KWALIFIKI PROFESSJONALI

ARTIKOLU 27

Kwalifiki professjonali rikonoxxuti

1.   Ir-rikonoxximent, qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ta’ kwalifiki professjonali, kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), ta' ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini tar-Renju Unit, u tal-membri tal-familja tagħhom, mill-Istat ospitanti tagħhom jew mill-Istat tax-xogħol tagħhom għandu jżomm l-effetti tiegħu fl-Istat rispettiv, inkluż id-dritt tal-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tiegħu, fejn tali rikonoxximent ikun ingħata f’konformità ma’ kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-Titolu III tad-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment, kemm jekk tali rikonoxximent ikun jaqa’ taħt is-sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' evidenza ta' taħriġ, taħt is-sistema għar-rikonoxximent tal-esperjenza professjonali jew taħt is-sistema għar-rikonoxximent fuq il-bażi tal-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet minimi ta’ taħriġ;

(b)

l-Artikolu 10(1) u (3) tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) fir-rigward tal-kisba ta’ ammissjoni għall-professjoni ta’ avukat fl-Istat ospitanti jew fl-Istat tax-xogħol;

(c)

l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) fir-rigward tal-approvazzjoni ta' awdituri statutorji minn Stat Membru ieħor;

(d)

id-Direttiva tal-Kunsill 74/556/KEE (12) fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' evidenza ta' għarfien u ħila neċessarji biex jinbdew jew jitwettqu l-attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ intermedjarji attivi fil-kummerċ u fid-distribuzzjoni ta’ prodotti tossiċi jew f’attivitajiet li jinvolvu l-użu professjonali ta’ prodotti tossiċi.

2.   Ir-rikonoxximenti ta’ kwalifiki professjonali għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu:

(a)

rikonoxximenti ta’ kwalifiki professjonali li bbenefikaw mill-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2005/36/KE;

(b)

deċiżjonijiet li jagħtu aċċess parzjali għal attività professjonali f’konformità mal-Artikolu 4f tad-Direttiva 2005/36/KE;

(c)

rikonoxximenti ta’ kwalifiki professjonali għall-finijiet ta’ stabbiliment magħmula taħt l-Artikolu 4d tad-Direttiva 2005/36/KE.

ARTIKOLU 28

Proċeduri kurrenti dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali

L-Artikolu 4, l-Artikolu 4d fir-rigward ta’ rikonoxximenti ta’ kwalifiki professjonali għall-finijiet ta’ stabbiliment, l-Artikolu 4f u t-Titolu III tad-Direttiva 2005/36/KE, l-Artikolu 10(1), (3) u (4) tad-Direttiva 98/5/KE, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 74/556/KEE għandhom japplikaw fir-rigward tal-eżami minn awtorità kompetenti tal-Istat ospitanti jew tal-Istat tax-xogħol ta’ kwalunkwe applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali introdotti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni minn ċittadini tal-Unjoni jew minn ċittadini tar-Renju Unit u fir-rigward tad-deċiżjoni dwar kwalunkwe tali applikazzjoni.

L-Artikoli 4a, 4b u 4e tad-Direttiva 2005/36/KE għandhom japplikaw ukoll sa fejn rilevanti għat-tlestija tal-proċeduri għar-rikonoxximenti ta’ kwalifiki professjonali għall-finijiet ta’ stabbiliment taħt l-Artikolu 4d ta’ dik id-Direttiva.

ARTIKOLU 29

Kooperazzjoni amministrattiva dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali

1.   Fir-rigward tal-applikazzjonijiet pendenti msemmija fl-Artikolu 28, ir-Renju Unit u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 28. Il-kooperazzjoni tista’ tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar azzjoni dixxiplinari meħuda jew sanzjonijiet kriminali imposti jew kwalunkwe ċirkostanza serja u speċifika oħra li aktarx li jkollha konsegwenzi għat-twettiq tal-attivitajiet li jaqgħu taħt id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 28.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, għal perjodu li ma jaqbiżx id-9 xhur minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit għandu jkun intitolat li juża s-sistema ta’ informazzjoni tas-suq intern fir-rigward tal-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28 sa fejn dawn ikunu jikkonċernaw proċeduri għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali għall-finijiet ta’ stabbiliment taħt l-Artikolu 4d tad-Direttiva 2005/36/KE.

TITOLU III

KOORDINAZZJONI TA' SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

ARTIKOLU 30

Persuni koperti

1.   Dan it-Titolu għandu japplika għall-persuni li ġejjin:

(a)

ċittadini tal-Unjoni li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(b)

ċittadini tar-Renju Unit li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(c)

ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fir-Renju Unit u li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(d)

ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru, u li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(e)

persuni li ma jaqgħux taħt il-punti minn (a) sa (d) iżda huma:

(i)

ċittadini tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u li, fuq il-bażi tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), ikunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom; jew

(ii)

ċittadini tar-Renju Unit li jkunu qed iwettqu attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat Membru wieħed jew aktar fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u li, fuq il-bażi tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, ikunu soġġetti għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(f)

persuni mingħajr Stat u refuġjati, li jirrisjedu fi Stat Membru jew fir-Renju Unit, li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti minn (a) sa (e), kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(g)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll il-membri tal-familji u s-superstiti tagħhom, li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti minn (a) sa (e), dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 (14).

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu koperti sakemm jibqgħu, mingħajr interruzzjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu li jinvolvu kemm lil Stat Membru kif ukoll lir-Renju Unit simultanjament.

3.   Dan it-Titolu għandu japplika wkoll għall-persuni li ma jkunux koperti, jew li ma għadhomx, koperti mill-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu iżda huma koperti mill-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, kif ukoll il-membri tal-familji u s-superstiti tagħhom.

4.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu koperti sakemm ikun għad għandhom id-dritt ta' residenza fl-Istat ospitanti skont l-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, jew id-dritt li jaħdmu fl-Istat tax-xogħol tagħhom taħt l-Artikolu 24 jew 25 ta' dan il-Ftehim.

5.   Fejn dan l-Artikolu jirreferi għal membri tal-familja u superstiti, dawk il-persuni għandhom ikunu koperti minn dan it-Titolu biss sa fejn jingħataw drittijiet u obbligi f'dik il-kapaċità taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

ARTIKOLU 31

Regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

1.   Ir-regoli u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 48 TFUE, fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandhom japplikaw għall-persuni koperti minn dan it-Titolu.

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom iqisu kif xieraq id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali mehmuża mal-Kummissjoni Ewropea, imwaqqfa taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (“Kummissjoni Amministrattiva”) elenkati fil-Parti I tal-Anness I ta' dan il-Ftehim.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom japplikaw.

3.   Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 859/2003, kif ukoll il-membri tal-familja jew is-superstiti tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Titolu, ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u għar-Regolament (KE) Nru 987/2009 f’dan it-Titolu għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (16) u għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (17) rispettivament. Ir-referenzi għal dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

ARTIKOLU 32

Sitwazzjonijiet speċjali koperti

1.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet li ġejjin sa fejn stabbilit f'dan l-Artikolu, sakemm ikunu relatati ma’ persuni li mhumiex jew li ma għadhomx koperti mill-Artikolu 30:

(a)

il-persuni li ġejjin għandhom ikunu koperti minn dan it-Titolu għall-finijiet tal-użu u l-aggregazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg, ta’ impjieg għal rashom jew ta’ residenza, inklużi drittijiet u obbligi li jirriżultaw minn tali perjodi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 883/2004:

(i)

ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll persuni mingħajr Stat u refuġjati li jirrisjedu fi Stat Membru u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 859/2003, li kienu soġġetti għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(ii)

ċittadini tar-Renju Unit, kif ukoll persuni mingħajr Stat u refuġjati li jirrisjedu fir-Renju Unit u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 859/2003, li kienu soġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

għall-finijiet tal-aggregazzjoni tal-perjodi, il-perjodi skorruti kemm qabel kif ukoll wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

(b)

ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 20 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jibqgħu japplikaw għal persuni li, qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kienu talbu l-awtorizzazzjoni biex jirċievu kors ta’ trattament ta' kura tas-saħħa ppjanata taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, sa tmiem it-trattament. Il-proċeduri ta’ rimborż korrispondenti għandhom japplikaw ukoll anki wara li jintemm it-trattament. Tali persuni u l-persuni li jikkurawhom għandhom igawdu d-dritt li jidħlu u joħorġu mill-Istat tat-trattament f’konformità mal-Artikolu 14 mutatis mutandis;

(c)

ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 19 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom ikomplu japplikaw għal persuni li huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u li jkunu fuq soġġorn fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fi Stat Membru jew fir-Renju Unit, sa tmiem is-soġġorn tagħhom. Il-proċeduri ta’ rimborż korrispondenti għandhom japplikaw ukoll anki wara li jintemm is-soġġorn jew it-trattament;

(d)

ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 67, 68 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom ikomplu japplikaw, dment li jibqgħu sodisfatti l-kundizzjonijiet, għal għotjiet ta’ benefiċċji tal-familja li għalihom ikun hemm intitolament fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-persuni li ġejjin:

(i)

ċittadini tal-Unjoni, persuni mingħajr Stat u refuġjati li jirrisjedu fi Stat Membru kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 u jirrisjedu fi Stat Membru, li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru u jkollhom membri tal-familja fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(ii)

ċittadini tar-Renju Unit, kif ukoll persuni mingħajr Stat u refuġjati li jirrisjedu fir-Renju Unit u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 u jirrisjedu fir-Renju Unit, li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit u jkollhom membri tal-familja li jirrisjedu fi Stat Membru fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(e)

fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (d)(i) u (ii) ta' dan il-paragrafu, għal kwalunkwe persuna li jkollha drittijiet bħala membru tal-familja fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, bħal drittijiet derivati għall-benefiċċji tal-mard in natura, dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom jibqgħu sodisfati.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 fir-rigward ta' benefiċċji tal-mard għandhom japplikaw għal persuni li jirċievu benefiċċji taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tal-benefiċċji tal-familja bbażati fuq l-Artikoli 67, 68 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

ARTIKOLU 33

Ċittadini tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, u l-Konfederazzjoni Żvizzera sakemm:

(a)

l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, kif ikun applikabbli, ikunu kkonkludew u japplikaw ftehimiet korrispondenti mar-Renju Unit li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni; u

(b)

l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, kif ikun applikabbli, ikunu kkonkludew u japplikaw ftehimiet korrispondenti mal-Unjoni li japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit.

2.   Malli ssir in-notifika, mir-Renju Unit u mill-Unjoni, tad-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 164 ("Kumitat Konġunt") għandu jiffissa d-data minn meta għandhom jibdew japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għaċ-ċittadini tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja, u tal-Konfederazzjoni Żvizzera, kif applikabbli.

ARTIKOLU 34

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 7 u 128(1), mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jkollu l-istatus ta’ osservatur fil-Kummissjoni Amministrattiva. Fejn il-punti fuq l-aġenda relatati ma' dan it-Titolu jkunu jikkonċernaw lir-Renju Unit, dan jista’ jibgħat rappreżentant, biex ikun preżenti f’kapaċità konsultattiva, għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva u għal-laqgħat tal-korpi msemmija fl-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 fejn jiġu diskussi tali punti.

2.   B’deroga mill-Artikolu 8, ir-Renju Unit għandu jieħu sehem fl-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI) u jġarrab l-ispejjeż relatati.

ARTIKOLU 35

Rimborż, irkupru u tpaċija

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 dwar ir-rimborż, l-irkupru u t-tpaċija għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta' avvenimenti, sa fejn ikunu relatati ma' persuni mhux koperti mill-Artikolu 30, li:

(a)

ġraw qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; jew

(b)

jiġru wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni u huma relatati ma' persuni li kienu koperti mill-Artikoli 30 jew 32 meta ġara l-avveniment.

ARTIKOLU 36

L-iżvilupp tal-liġi u adattamenti tal-atti tal-Unjoni

1.   Meta r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jiġu emendati jew sostitwiti wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-referenzi għal dawk ir-Regolamenti f'dan il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal dawk ir-Regolamenti kif emendati jew sostitwiti, f’konformità mal-atti elenkati fil-Parti II tal-Anness I ta' dan il-Ftehim.

Il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-Parti II tal-Anness I ta' dan il-Ftehim u jallinjaha ma’ kwalunkwe att li jemenda jew jissostitwixxi r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 malli tali att jiġi adottat mill-Unjoni. Għal dak l-għan, l-Unjoni għandha, mill-aktar fis wara l-adozzjoni, tinforma lir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt dwar kwalunkwe att li jemenda jew jissostitwixxi dawk ir-Regolamenti.

2.   Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta l-effetti ta’ att li jemenda jew jissostitwixxi r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 fejn dak l-att:

(a)

jemenda jew jissostitwixxi l-materji koperti mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004; jew

(b)

jagħmel benefiċċju fi flus esportabbli fejn dak il-benefiċċju fi flus kien mhux esportabbli taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew jagħmel benefiċċju fi flus mhux esportabbli, fejn dak il-benefiċċju fi flus kien esportabbli fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; jew

(c)

jagħmel benefiċċju fi flus esportabbli għal perjodu mhux limitat ta’ żmien, fejn dak il-benefiċċju fi flus kien esportabbli biss għal perjodu limitat ta’ żmien taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew jagħmel benefiċċju fi flus esportabbli biss għal perjodu limitat ta’ żmien, fejn dak il-benefiċċju fi flus kien esportabbli għal perjodu mhux limitat ta’ żmien taħt dak ir-Regolament fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Meta jagħmel il-valutazzjoni tiegħu, il-Kumitat Konġunt għandu jikkunsidra, bona fide, l-iskala tat-tibdiliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kif ukoll l-importanza tal-funzjonament tajjeb kontinwat tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 bejn l-Unjoni u r-Renju Unit u l-importanza li jkun hemm Stat kompetenti relattivament għall-individwi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004.

Jekk il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi hekk fi żmien sitt (6) xhur minn meta jirċievi l-informazzjoni mogħtija mill-Unjoni taħt il-paragrafu 1, il-Parti II tal-Anness I ta' dan il-Ftehim ma għandhiex tiġi allinjata mal-att imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu:

(a)

“esportabbli” tfisser pagabbli taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 lil jew relattivament għal persuna li tirresjedi fi Stat Membru jew fir-Renju Unit jekk l-istituzzjoni responsabbli biex tipprovdi l-benefiċċju ma tkunx tinsab hemmhekk; “mhux esportabbli” għandha tiġi interpretata f'dan id-dawl; u

(b)

“esportabbli għal perjodu mhux limitat ta’ żmien” tfisser esportabbli dment li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-intitolamenti.

3.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinftiehmu li jinkludu l-adattamenti elenkati fil-Parti III tal-Anness I ta' dan il-Ftehim. Mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni ta' kwalunkwe tibdil fid-dispożizzjonijiet domestiċi b’rilevanza għall-Parti III tal-Anness I ta' dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jinforma lill-Unjoni bihom, fil-Kumitat Konġunt.

4.   Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinftiehmu li jinkludu d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet elenkati fil-Parti I tal-Anness I. Il-Kumitat Konġunt għandu jemenda l-Parti I tal-Anness I biex tirrifletti kwalunkwe Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni ġdida adottata mill-Kummissjoni Amministrattiva. Għal dan il-għan, mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, l-Unjoni għandha tinforma lir-Renju Unit bihom, fil-Kumitat Konġunt. Tali emendi għandhom isiru mill-Kumitat Konġunt fuq proposta tal-Unjoni jew tar-Renju Unit.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

ARTIKOLU 37

Pubbliċità

L-Istati Membri u r-Renju Unit għandhom jiddisseminaw informazzjoni rigward id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni koperti minn din il-Parti, b’mod partikolari permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mwettqa, kif xieraq, permezz ta’ midja nazzjonali u lokali u b’mezzi ta’ komunikazzjoni oħra.

ARTIKOLU 38

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.   Din il-Parti ma għandhiex taffettwa kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva applikabbli fi Stat ospitanti jew fi Stat tax-xogħol li jistgħu jkunu aktar favorevoli għall-persuni kkonċernati. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għat-Titolu III.

2.   L-Artikolu 12 u l-Artikolu 23(1) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti taż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda rigward trattament aktar favorevoli li jista’ jirriżulta minn dawn l-arranġamenti għall-persuni kkonċernati.

ARTIKOLU 39

Protezzjoni tul il-ħajja

Il-persuni koperti minn din il-Parti għandhom igawdu d-drittijiet previsti fit-Titoli rilevanti ta’ din il-Parti għal ħajjithom kollha, ħlief jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Titoli.

IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR SEPARAZZJONI

TITOLU I

OĠĠETTI MQIEGĦDA FIS-SUQ

ARTIKOLU 40

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“isir disponibbli fis-suq” tfisser kull provvista ta’ oġġett għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(b)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li oġġett isir disponibbli fis-suq fl-Unjoni jew fir-Renju Unit;

(c)

“provvista ta’ oġġett għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu” tfisser li oġġett eżistenti u individwalment identifikabbli, wara li jkun seħħ l-istadju tal-manifattura, ikun is-suġġett ta’ ftehim bil-miktub jew verbali bejn żewġ, jew aktar, persuni ġuridiċi jew fiżiċi għat-trasferiment ta’ sjieda, ta’ kwalunkwe dritt ieħor ta’ proprjetà, jew ta’ pussess li jikkonċernaw l-oġġett inkwistjoni, jew ikun is-suġġett ta’ offerta lil persuna jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi għall-konklużjoni ta’ tali ftehim;

(d)

“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta’ oġġett fl-Unjoni jew fir-Renju Unit mill-utent finali għall-finijiet li għalihom kien maħsub jew, fil-każ ta’ tagħmir marittimu, għat-tqegħid abbord;

(e)

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-oġġetti jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku;

(f)

“awtorità għas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit responsabbli mit-twettiq ta’ sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;

(g)

“kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti” tfisser rekwiżiti li jikkonċernaw il-karatteristiċi tal-oġġetti bħal-livelli ta’ kwalità, il-prestazzjoni, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inkluż dwar il-kompożizzjoni ta' tali oġġetti jew dwar it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ testjar, l-imballaġġ, l-immarkar, it-tikkettar u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità użati relattivament għal tali oġġetti; it-terminu jkopri wkoll rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodi u l-proċessi ta’ produzzjoni, fejn dawn ikollhom effett fuq il-karatteristiċi tal-prodotti;

(h)

“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi kalibrar, ittestjar, iċċertifikar u spezzjoni;

(i)

“korp notifikat” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità awtorizzat iwettaq kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ partijiet terzi taħt id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti;

(j)

“prodotti mill-annimali” tfisser prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, kif imsemmija fil-punti (29), (30) u (31) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), rispettivament, għalf ta’ oriġini mill-annimali, u ikel u għalf li fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

ARTIKOLU 41

Iċ-ċirkolazzjoni kontinwata ta' oġġetti mqiegħda fis-suq

1.   Kwalunkwe oġġett li tqiegħed legalment fis-suq fl-Unjoni jew fir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jista’:

(a)

isir ukoll disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew tar-Renju Unit u jiċċirkola bejn dawn iż-żewġ swieq sa meta jasal għand l-utent finali tiegħu;

(b)

fejn ipprovdut fid-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, jitqiegħed fis-servizz fl-Unjoni jew fir-Renju Unit.

2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 TFUE u fid-dritt rilevanti tal-Unjoni li jirregola l-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti, inklużi l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti, applikabbli għall-oġġetti kkonċernati għandhom japplikaw fir-rigward tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-oġġetti eżistenti u identifikabbli individwalment kollha fis-sens tat-Titolu II tat-Tielet Parti tat-TFUE, bl-eċċezzjoni taċ-ċirkolazzjoni bejn is-suq tal-Unjoni u s-suq tar-Renju Unit jew viċi versa ta’:

(a)

annimali ħajjin u prodotti ġerminali;

(b)

prodotti mill-annimali.

4.   Fir-rigward ta’ moviment ta’ annimali ħajjin jew ta’ prodotti ġerminali bejn Stat Membru u r-Renju Unit, jew viċi versa, għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness II, dment li d-data tat-tluq tkun ġiet qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

5.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li r-Renju Unit, Stat Membru jew l-Unjoni jieħdu miżuri biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu milli jsir disponibbli fis-suq tagħhom oġġett imsemmi fil-paragrafu 1, jew ta’ kategorija ta’ tali oġġetti, meta u sa fejn permess mid-dritt tal-Unjoni.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola applikabbli dwar modalitajiet ta' bejgħ, proprjetà intellettwali, proċeduri doganali, tariffi u taxxi.

ARTIKOLU 42

Prova ta’ tqegħid fis-suq

Fejn operatur ekonomiku jibbaża fuq l-Artikolu 41(1) fir-rigward ta’ oġġett speċifiku, dak l-operatur għandu jkollu l-oneru tal-provi biex juri, fuq il-bażi ta’ kwalunkwe dokument rilevanti, li l-oġġett tqiegħed fis-suq fl-Unjoni jew fir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

ARTIKOLU 43

Sorveljanza tas-suq

1.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tar-Renju Unit għandhom jiskambjaw mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni rilevanti miġbura fir-rigward tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 41(1) fil-kuntest tal-attivitajiet rispettivi tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq. Dawn għandhom, b’mod partikolari, jikkomunikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni Ewropea kwalunwke informazzjoni relatata ma’ dawk l-oġġetti li jippreżentaw riskju serju, kif ukoll kwalunkwe miżura meħuda relattivament għal oġġetti mhux konformi, inkluża informazzjoni rilevanti meħuda minn netwerks, minn sistemi ta’ informazzjoni u minn bażijiet ta’ data stabbiliti taħt id-dritt tal-Unjoni jew tar-Renju Unit relattivament għal dawk l-oġġetti.

2.   L-Istati Membri u r-Renju Unit għandhom jibagħtu mingħajr dewmien kwalunkwe talba mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tar-Renju Unit jew ta’ Stat Membru, rispettivament, lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilit fit-territorju tagħhom, fejn dik it-talba tkun tikkonċerna valutazzjoni tal-konformità mwettqa minn dak il-korp fil-kapaċità tiegħu bħala korp notifikat qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. L-Istati Membri u r-Renju Unit għandhom jiżguraw li kwalunkwe tali talba tiġi indirizzata minnufih mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.

ARTIKOLU 44

Trasferiment ta’ fajls u ta’ dokumenti relatati ma’ proċeduri kurrenti

Ir-Renju Unit għandu jittrasferixxi mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru nominata f’konformità mal-proċeduri previsti fid-dritt applikabbli tal-Unjoni l-fajls u d-dokumenti rilevanti kollha relattivament għal valutazzjonijiet, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet kurrenti fil-jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u mmexxija minn awtorità kompetenti tar-Renju Unit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (19), mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (20), mad-Direttiva 2001/83/KE (21) u mad-Direttiva 2001/82/KE (22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 45

It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni relattivament għal proċeduri ta’ awtorizzazzjoni tal-passat għal prodotti mediċinali

1.   Ir-Renju Unit għandu, fuq talba motivata minn Stat Membru jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, jagħmel disponibbli mingħajr dewmien id-dossier ta’ awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali minn awtorità kompetenti tar-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fejn dak id-dossier ikun neċessarju għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 u 10a tad-Direttiva 2001/83/KE jew mal-Artikoli 13 u 13a tad-Direttiva 2001/82/KE.

2.   Stat Membru għandu, fuq talba motivata mir-Renju Unit, jagħmel disponibbli mingħajr dewmien id-dossier ta’ awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali minn awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fejn dak id-dossier ikun neċessarju għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fir-Renju Unit f’konformità mar-rekwiżiti leġislattivi tar-Renju Unit, sa fejn dawk ir-rekwiżiti leġislattivi jirreplikaw iċ-ċirkostanzi tal-Artikoli 10 u 10a tad-Direttiva 2001/83/KE jew tal-Artikoli 13 u 13a tad-Direttiva 2001/82/KE.

Artikolu 46

It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni miżmuma minn korpi notifikati stabbiliti fir-Renju Unit jew fi Stat Membru

1.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li informazzjoni miżmuma minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilit fir-Renju Unit relattivament għall-attivitajiet tiegħu bħala korp notifikat taħt id-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni ssir disponibbli fuq it-talba tad-detentur taċ-ċertifikat, mingħajr dewmien, lil korp notifikat stabbilit fi Stat Membru kif indikat mid-detentur taċ-ċertifikat.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn korp notifikat stabbilit fl-Istat Membru kkonċernat relattivament għall-attivitajiet tiegħu qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni ssir disponibbli fuq it-talba tad-detentur taċ-ċertifikat, mingħajr dewmien, lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilit fir-Renju Unit kif indikat mid-detentur taċ-ċertifikat.

TITOLU II

PROĊEDURI DOGANALI KURRENTI

Artikolu 47

Status fl-Unjoni ta' oġġetti

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) għandu japplika fir-rigward ta' merkanzija tal-Unjoni msemmija fil-punt (23) tal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, fejn tali oġġetti jittieħdu mit-territorju doganali tar-Renju Unit lejn it-territorju doganali tal-Unjoni, jew viċi versa, dment li l-moviment ikun beda qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u ntemm wara dan. Moviment ta’ oġġetti li jkun beda qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jintemm wara dan għandu jiġi ttrattat bħala moviment fl-Unjoni rigward ir-rekwiżiti ta’ liċenzjar ta’ importazzjonijiet u ta’ esportazzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-preżunzjoni tal-istatus doganali ta' merkanzija tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 ma għandhiex tapplika. L-istatus doganali ta’ dawk l-oġġetti bħala merkanzija tal-Unjoni, kif ukoll il-fatt li l-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 beda qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għandu jkun jeħtieġ li jiġi attestat bil-provi għal kull moviment mill-persuna konċernata minn kwalunkwe wieħed mill-mezzi msemmija fl-Artikolu 199 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (24). Il-prova tal-bidu tal-moviment għandha tiġi pprovduta permezz ta’ dokument tat-trasport relatat mal-oġġetti.

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika fir-rigward ta’ merkanzija tal-Unjoni li tinġarr bl-ajru u li tgħabbiet jew ġiet trasbordata f’ajruport fit-territorju doganali tar-Renju Unit għall-konsenja fit-territorju doganali tal-Unjoni jew tgħabbiet jew ġiet trasbordata f’ajruport fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-konsenja fit-territorju doganali tar-Renju Unit, fejn tali oġġetti jinġarru taħt il-kopertura ta’ dokument uniku tat-trasport maħruġ f’wieħed mit-territorji doganali kkonċernati, dment li l-moviment bl-ajru jkun beda qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u l-moviment jintemm wara dan.

4.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika fir-rigward ta’ oġġetti tal-Unjoni li jinġarru bil-baħar u li jiġu trasportati bejn portijiet fit-territorju doganali tar-Renju Unit u portijiet fit-territorju doganali tal-Unjoni minn servizz regolari ta' trasport marittimu, kif imsemmi fl-Artikolu 120 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (25), dment li:

(a)

il-vjaġġ li jikkomprendi l-portijiet fit-territorju doganali tar-Renju Unit u l-portijiet fit-territorju doganali tal-Unjoni nbeda qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u ntemm wara dan; u

(b)

il-bastiment tas-servizz regolari ta' trasport marittimu waqaf f’port wieħed jew f’diversi portijiet fit-territorju doganali tar-Renju Unit jew fit-territorju doganali tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

5.   Meta matul il-vjaġġ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4, il-bastiment tas-servizz regolari ta' trasport marittimu jieqaf f’port wieħed jew f’diversi portijiet fit-territorju doganali tar-Renju Unit wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(a)

għal oġġetti mgħobbija qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u mħatta f’dawk il-portijiet, l-istatus doganali ta' merkanzija tal-Unjoni ma għandux jinbidel;

(b)

għal oġġetti mgħobbija f'portijiet ta' waqfien wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-istatus doganali ta' merkanzija tal-Unjoni ma għandux jinbidel dment li jiġi attestat bil-provi f’konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 48

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu japplika fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul li ġew ppreżentati f’uffiċċju doganali tal-ewwel dħul f’konformità mal-Kapitolu I tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jipproduċu l-istess effetti legali fit-territorju doganali tal-Unjoni u fit-territorju doganali tar-Renju Unit wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu japplika fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq li ġew ppreżentati f’konformità mal-Kapitolu I tat-Titolu VIII ta’ dak ir-Regolament qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni u, fejn applikabbli, fejn l-oġġetti ġew rilaxxati f’konformità mal-Artikolu 194 ta’ dak ir-Regolament qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jipproduċu l-istess effetti legali fit-territorju doganali tal-Unjoni u fit-territorju doganali tar-Renju Unit wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 49

Tmiem tal-ħażna temporanja jew tal-proċeduri doganali

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu japplika fir-rigward ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni li kienet f’ħażna temporanja msemmija fil-punt (17) tal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u fir-rigward ta’ merkanzija li kienet taħt xi waħda mill-proċeduri doganali msemmija fil-punt (16) tal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament fit-territorju doganali tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sa meta tintemm tali ħażna temporanja, sal-kwittanza ta' xi waħda mill-proċeduri doganali speċjali, sa meta l-oġġetti jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, jew sa meta l-oġġetti jittieħdu 'l barra mit-territorju, dment li tali avveniment iseħħ wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni iżda mhux aktar tard minn fl-iskadenza korrispondenti msemmija fl-Anness III.

Madankollu, il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 148(5) u l-Artikolu 219 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-movimenti ta’ oġġetti bejn it-territorju doganali tar-Renju Unit u t-territorju doganali tal-Unjoni li jintemmu wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom (26), ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 (27) u r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (28) għandhom japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe dejn doganali li jirriżulta wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni mit-tmiem tal-ħażna temporanja jew mill-kwittanza msemmija fil-paragrafu 1.

3.   It-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għandha tapplika fir-rigward ta’ talbiet għall-benefiċċju minn kwoti tariffarji li ġew aċċettati mill-awtoritajiet doganali fit-territorju doganali tar-Renju Unit u fejn id-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa jkunu ġew ipprovduti f’konformità mal-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament mill-awtoritajiet doganali fit-territorju doganali tar-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u għandha tapplika fir-rigward tal-kanċellazzjoni ta’ talbiet u ta’ ritorni ta’ kwantitajiet allokati mhux użati ta' tali talbiet.

Artikolu 50

Aċċess għal netwerks, sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data rilevanti

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess, sa fejn ikun strettament meħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan it-Titolu, għan-netwerks, għas-sistemi ta’ informazzjoni u għall-bażijiet ta’ data elenkati fl-Anness IV. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-Unjoni bħala konsegwenza tal-iffaċilitar ta’ dak l-aċċess. L-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-ammont ta’ dawk l-ispejjeż sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Anness IV. F’każ li l-ammont ikkomunikat tal-ispejjeż reali jkun sostanzjalment differenti mill-ammont tal-aħjar stima li ġiet ikkomunikata mill-Unjoni lir-Renju Unit qabel l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas mingħajr dewmien lill-Unjoni l-ammont tal-aħjar stima u l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod li bih id-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba u l-aħjar ammont stmat għandha tiġi indirizzata.

TITOLU III

MATERJI KURRENTI RELATATI MAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD U MAD-DAZJU TAS-SISA

Artikolu 51

Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (29) għandha tapplika fir-rigward ta’ oġġetti mibgħuta jew trasportati mit-territorju tar-Renju Unit lejn it-territorju ta’ Stat Membru, u viċi versa, dment li d-dispaċċ jew it-trasport ikunu nbdew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u ntemmu wara dan.

2.   Id-Direttiva 2006/112/KE għandha tibqa’ tapplika sa ħames (5) snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi tal-persuna taxxabbli relattivament għal tranżazzjonijiet b’element transfruntier bejn ir-Renju Unit u Stat Membru li seħħew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet koperti mill-paragrafu 1.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 u mill-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE (30), l-applikazzjonijiet għal rifużjoni li jkunu relatati mal-VAT li tħallset fi Stat Membru minn persuna taxxabbli stabbilita fir-Renju Unit, jew li tħallset fir-Renju Unit minn persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru, għandhom jiġu sottomessi taħt il-kundizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2021.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 u mill-Artikolu 61(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (31), l-emendi għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT li ġew sottomessi f’konformità mal-Artikolu 364 jew l-Artikolu 369f tad-Direttiva 2006/112/KE fir-Renju Unit fir-rigward ta’ servizzi fornuti fi Stati Membri tal-konsum qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew fi Stat Membru fir-rigward ta' servizzi fornuti fir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021.

Artikolu 52

Oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (32) għandha tapplika fir-rigward tal-movimenti ta’ oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju u fir-rigward ta’ movimenti ta’ oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum mit-territorju tar-Renju Unit għat-territorju ta’ Stat Membru, jew viċi versa, dment li l-moviment ikun inbeda qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u ntemm wara dan.

Artikolu 53

Aċċess għal netwerks, sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data rilevanti

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess, sa fejn ikun strettament meħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan it-Titolu, għan-netwerks, għas-sistemi ta’ informazzjoni u għall-bażijiet ta’ data elenkati fl-Anness IV. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-Unjoni bħala konsegwenza tal-iffaċilitar ta’ dak l-aċċess. L-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-ammont ta’ dawk l-ispejjeż sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Anness IV. F’każ li l-ammont ikkomunikat tal-ispejjeż reali jkun sostanzjalment differenti mill-ammont tal-aħjar stima li ġiet ikkomunikata mill-Unjoni lir-Renju Unit qabel l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas mingħajr dewmien lill-Unjoni l-ammont tal-aħjar stima u l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod li bih id-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba u l-aħjar ammont stmat għandha tiġi indirizzata.

TITOLU IV

PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Artikolu 54

Protezzjoni kontinwata fir-Renju Unit ta’ drittijiet reġistrati jew mogħtija

1.   Id-detentur ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li ġejjin li ġew reġistrati jew li ngħataw qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu, mingħajr ebda rieżami, isir id-detentur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali reġistrat u infurzabbli komparabbli fir-Renju Unit skont id-dritt tar-Renju Unit:

(a)

id-detentur ta’ trademark tal-Unjoni Ewropea reġistrata f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) għandu jsir id-detentur ta’ trademark fir-Renju Unit, li tikkonsisti fl-istess sinjal, għall-istess oġġetti jew servizzi;

(b)

id-detentur ta’ disinn Komunitarju reġistrat u, fejn applikabbli, ippubblikat wara differiment tal-pubblikazzjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (34) għandu jsir id-detentur ta’ dritt ta’ disinn reġistrat fir-Renju Unit għall-istess disinn;

(c)

id-detentur ta’ dritt Komunitarju ta' varjetà ta’ pjanta mogħti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (35) għandu jsir id-detentur ta’ dritt fuq varjetà ta’ pjanta fir-Renju Unit għall-istess varjetà ta’ pjanta.

2.   Fejn indikazzjoni ġeografika, denominazzjoni tal-oriġini jew speċjalità tradizzjonali garantita fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), indikazzjoni ġeografika, denominazzjoni tal-oriġini jew terminu tradizzjonali għall-inbid fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37), indikazzjoni ġeografika fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) jew indikazzjoni ġeografika fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), ikunu protetti fl-Unjoni fl-aħħar jum tal-perjodu ta' tranżizzjoni bis-saħħa ta' dawk ir-Regolamenti, dawk il-persuni li jkunu intitolati jużaw l-indikazzjoni ġeografika, id-denominazzjoni tal-oriġini, l-ispeċjalità tradizzjonali garantita jew it-terminu tradizzjonali għall-inbid ikkonċernati għandhom ikunu intitolati, minn tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, mingħajr ebda rieżami, li jużaw l-indikazzjoni ġeografika, id-denominazzjoni tal-oriġini, l-ispeċjalità tradizzjonali garantita jew it-terminu tradizzjonali għall-inbid ikkonċernati fir-Renju Unit, li għandhom jingħataw tal-inqas l-istess livell ta' protezzjoni taħt il-liġi tar-Renju Unit bħal taħt id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-dritt tal-Unjoni:

(a)

il-punti (i), (j) u (k) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40); u

(b)

fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika, id-denominazzjoni ta' oriġini, l-ispeċjalita tradizzjonali garantita jew it-terminu tradizzjonali għall-inbid ikkonċernati, l-Artikolu 13, l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 24, l-Artikolu 36(3), l-Artikoli 38 u 44 u l-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41); l-Artikolu 100(3), l-Artikolu 102(1), l-Artikoli 103 u 113, u l-punt (c)(x) tal-Artikolu 157(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; l-Artikolu 62(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (42); l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(3), l-Artikolu 16 u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u, sa fejn relatat mal-konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament, l-Artikolu 24(1) ta' dak ir-Regolament; jew l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 251/2014.

Fejn indikazzjoni ġeografika, denominazzjoni tal-oriġini, speċjalità tradizzjonali garantita jew terminu tradizzjonali għall-inbid imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jibqgħux protetti fl-Unjoni wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-ewwel subparagrafu għandu jieqaf japplika fir-rigward ta' dik l-indikazzjoni ġeografika, denominazzjoni tal-oriġini, speċjalità tradizzjonali garantita jew dak it-terminu tradizzjonali għall-inbid.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn il-protezzjoni fl-Unjoni tkun derivata minn ftehimiet internazzjonali li għalihom tkun Parti l-Unjoni.

Dan il-paragrafu għandu japplika sakemm ma jidħolx fis-seħħ jew ma jibdiex japplika ftehim imsemmi fl-Artikolu 184 li jieħu post dan il-paragrafu u sa meta jidħol fis-seħħ jew jibda japplika dak il-ftehim.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, jekk dritt ta' proprjetà intellettwali msemmi f'dak il-paragrafu jiġi ddikjarat invalidu jew revokat, jew, fil-każ ta' dritt Komunitarju fuq varjetà ta' pjanta, ikun iddikjarat null u bla effett jew ikun ikkanċellat, fl-Unjoni b'riżultat ta' proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja li kienet għadha għaddejja fl-aħħar jum tal-perjodu ta' tranżizzjoni, id-dritt korrispondenti fir-Renju Unit għandu jkun iddikjarat invalidu jew irrevokat, jew iddikjarat null u bla effett, jew ikun ikkanċellat. Id-data tal-effett tad-dikjarazzjoni jew revoka jew kanċellazzjoni fir-Renju Unit għandha tkun l-istess bħal fl-Unjoni.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-Renju Unit ma għandux ikun obbligat jiddikjara invalidu jew jirrevoka d-dritt korrispondenti fir-Renju Unit fejn ir-raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tat-trademark tal-Unjoni Ewropea jew tad-disinn Komunitarju reġistrat ma jkunux japplikaw fir-Renju Unit.

4.   Trademark jew dritt ta’ disinn reġistrat li jirriżultaw fir-Renju Unit f’konformità mal-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għandu jkollhom bħala l-ewwel data tat-tiġdid tagħhom id-data tat-tiġdid tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali korrispondenti reġistrat f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

5.   Fir-rigward ta' trademarks fir-Renju Unit imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-trademark għandha tgawdi d-data tal-preżentazzjoni jew id-data tal-prijorità tat-trademark tal-Unjoni u, fejn xieraq, l-anzjanità ta’ trademark tar-Renju Unit pretiża taħt l-Artikolu 39 jew 40 tar-Regolament (UE) 2017/1001;

(b)

it-trademark ma għandhiex tkun tista’ tiġi revokata minħabba li t-trademark korrispondenti tal-Unjoni Ewropea ma ntużatx b’mod ġenwin fit-territorju tar-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(c)

is-sid ta’ trademark tal-Unjoni Ewropea li jkun kiseb reputazzjoni fl-Unjoni għandu jkun intitolat li jeżerċita fir-Renju Unit drittijiet ekwivalenti għal dawk ipprovduti fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 u fil-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 fir-rigward tat-trademark korrispondenti fuq il-bażi tar-reputazzjoni miksuba fl-Unjoni sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u, wara dan, ir-reputazzjoni kontinwata ta’ dik it-trademark għandha tkun ibbażata fuq l-użu tal-marka fir-Renju Unit.

6.   Fir-rigward ta' drittijiet ta’ disinji reġistrati u tad-drittijiet ta' varjetajiet ta’ pjanti fir-Renju Unit imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, għandhom ikunu japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-terminu tal-protezzjoni taħt id-dritt tar-Renju Unit għandu jkun tal-anqas daqs il-perjodu li jifdal ta’ protezzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni tad-disinn Komunitarju reġistrat korrispondenti jew tad-dritt Komunitarju korrispondenti ta' varjetà ta’ pjanta;

(b)

id-data tal-preżentazzjoni jew id-data tal-prijorità għandha tkun dik tad-disinn Komunitarju reġistrat korrispondenti jew tad-dritt Komunitarju korrispondenti ta' varjetà ta’ pjanta.

Artikolu 55

Il-proċedura tar-reġistrazzjoni

1.   Ir-reġistrazzjoni, l-għoti jew il-protezzjoni skont l-Artikolu 54(1) u (2) ta' dan il-Ftehim għandhom jitwettqu bla ma jinżamm ħlas mill-entitajiet rilevanti fir-Renju Unit, bl-użu tad-data disponibbli fir-reġistri tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u l-Kummissjoni Ewropea. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jkun ikkunsidrat bħala reġistru għall-fini ta' dan l-Artikolu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 54(1) u ta' dawk il-persuni li huma intitolati jużaw indikazzjoni ġeografika, denominazzjoni ta' oriġini, speċjalità tradizzjonali garantita jew terminu tradizzjonali għall-inbid imsemmija fl-Artikolu 54(2) ma għandhomx jintalbu jintroduċu applikazzjoni jew jgħaddu minn xi proċedura amministrattiva partikolari. Id-detenturi ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 54(1) ma għandhomx jintalbu jkollhom indirizz għall-korrispondenza fir-Renju Unit fit-3 snin ta' wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jipprovdu, lill-entitajiet rilevanti fir-Renju Unit, l-informazzjoni neċessarja għar-reġistrazzjoni, l-għoti jew il-protezzjoni fir-Renju Unit skont l-Artikolu 54(1) jew (2).

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għat-tariffi ta' tiġdid li jistgħu japplikaw fil-mument tat-tiġdid tad-drittijiet, jew il-possibilità li d-detenturi kkonċernati jċedu d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tagħhom fir-Renju Unit b'konformità mal-proċedura rilevanti skont il-liġi tar-Renju Unit.

Artikolu 56

Protezzjoni kontinwata fir-Renju Unit ta’ reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw l-Unjoni

Ir-Renju Unit għandu jieħu miżuri biex jiżgura li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jiksbu protezzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għal trademarks jew għal disinji reġistrati internazzjonalment li jiddenominaw l-Unjoni skont is-sistema ta’ Madrid għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki, jew skont is-sistema tal-Aja għad-depożitu internazzjonali ta’ disinji industrijali, igawdu minn protezzjoni fir-Renju Unit għat-trademarks jew disinji industrijali tagħhom fir-rigward ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 57

Protezzjoni kontinwata fir-Renju Unit ta’ disinji Komunitarji mhux reġistrati

Id-detentur ta’ dritt relattiv għal disinn Komunitarju mhux reġistrat li rriżulta qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 6/2002 għandu, relattivament għal dak id-disinn Komunitarju mhux reġistrat, isir ipso iure detentur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali infurzabbli fir-Renju Unit, taħt id-dritt tar-Renju Unit, li jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dak ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 6/2002. It-terminu ta’ protezzjoni ta’ dak id-dritt taħt id-dritt tar-Renju Unit għandu jkun tal-anqas daqs il-perjodu li jifdal ta’ protezzjoni tad-disinn Komunitarju korrispondenti mhux reġistrat taħt l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament

Artikolu 58

Protezzjoni kontinwata ta’ bażijiet ta’ data

1.   Id-detentur ta’ dritt relattiv għal bażi ta’ data fir-rigward tar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43) li rriżulta qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu, relattivament għal dik il-bażi ta’ data, iżomm dritt ta’ proprjetà intellettwali infurzabbli fir-Renju Unit, taħt id-dritt tar-Renju Unit, li jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dak ipprovdut fid-Direttiva 96/9/KE, dment li d-detentur ta’ dak id-dritt jibqa’ jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva. It-terminu tal-protezzjoni ta’ dak id-dritt taħt id-dritt tar-Renju Unit għandu jkun tal-anqas daqs il-perjodu li jifdal ta’ protezzjoni taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 96/9/KE.

2.   Il-persuni u l-impriżi li ġejjin għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/9/KE:

(a)

ċittadini tar-Renju Unit;

(b)

persuni fiżiċi b’residenza abitwali fir-Renju Unit;

(c)

impriżi stabbiliti fir-Renju Unit, dment li fejn tali impriża jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha biss fir-Renju Unit, l-operazzjonijiet tagħha jkunu ġenwinament marbuta fuq bażi kurrenti mal-ekonomija tar-Renju Unit jew ta’ Stat Membru.

Artikolu 59

Id-dritt ta’ prijorità fir-rigward ta’ applikazzjonijiet pendenti għal trademarks tal-Unjoni Ewropea, għal disinji Komunitarji u għal drittijiet Komunitarji ta' varjetajiet ta’ pjanti

1.   Fejn persuna tkun ippreżentat applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea jew għal disinn Komunitarju f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u fejn dik l-applikazzjoni tkun ingħatat data tal-preżentazzjoni, dik il-persuna għandu jkollha, għall-istess trademark fir-rigward ta’ oġġetti jew ta’ servizzi li jkunu identiċi għal dawk jew jinsabu f'dawk li għalihom l-applikazzjoni ġiet ippreżentata fl-Unjoni jew għall-istess disinn, id-dritt li tippreżenta applikazzjoni fir-Renju Unit fi żmien 9 xhur minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Applikazzjoni li ssir taħt dan l-Artikolu għandha titqies li jkollha l-istess data tal-preżentazzjoni u data tal-prijorità bħall-applikazzjoni korrispondenti ppreżentata fl-Unjoni u, fejn xieraq, l-anzjanità ta’ trademark tar-Renju Unit pretiża taħt l-Artikolu 39 jew 40 tar-Regolament (UE) 2017/1001.

2.   Fejn persuna tkun ippreżentat applikazzjoni għal dritt Komunitarju ta' varjetà ta’ pjanta f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, dik il-persuna għandu jkollha, għall-fini ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-istess dritt ta' varjetà ta’ pjanta fir-Renju Unit, dritt ad hoc ta’ prijorità fir-Renju Unit matul perjodu ta’ 6 xhur minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Id-dritt ta’ prijorità għandu jwassal biex id-data ta’ prijorità tal-applikazzjoni għad-dritt Komunitarju ta' varjetà ta’ pjanta titqies bħala d-data tal-applikazzjoni għal dritt ta' varjetà ta’ pjanta fir-Renju Unit għall-fini tad-determinazzjoni tan-natura distinta, tan-novità u tal-intitolament għad-dritt.

Artikolu 60

Applikazzjonijiet pendenti għal ċertifikati supplimentari ta’ protezzjoni fir-Renju Unit

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 1610/96 (44) u Nru 469/2009 (45) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rispettivament, għandhom japplikaw fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għal prodotti mediċinali, kif ukoll għal applikazzjonijiet għall-estensjoni tad-durata ta' tali ċertifikati, fejn tali applikazzjonijiet ikunu ġew sottomessi lil awtorità fir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’każijiet li fihom il-proċedura amministrattiva għall-għoti taċ-ċertifikat ikkonċernat jew tal-estensjoni tad-durata tiegħu kienet kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Kwalunkwe ċertifikat mogħti taħt il-paragrafu 1 għandu jipprovdi għall-istess livell ta’ protezzjoni bħal dak previst fir-Regolament (KE) Nru 1610/96 jew fir-Regolament (KE) Nru 469/2009.

Artikolu 61

Eżawriment tad-drittijiet

Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li ġew eżawriti kemm fl-Unjoni kif ukoll fir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni taħt il-kundizzjonijiet previsti mid-dritt tal-Unjoni għandhom jibqgħu eżawriti kemm fl-Unjoni kif ukoll fir-Renju Unit.

TITOLU V

KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA U ĠUDIZZJARJA KURRENTI F’MATERJI KRIMINALI

Artikolu 62

Proċedimenti kurrenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali

1.   Fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Istati Membri f'sitwazzjonijiet li jinvolvu lir-Renju Unit, għandhom japplikaw l-atti li ġejjin kif ġej:

(a)

il-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill skont Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (46), u l-Protokoll stabbilit mill-Kunsill skont Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (47), għandhom japplikaw fir-rigward tat-talbiet għal assistenza legali reċiproka rċevuta skont l-istrument rispettiv qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni mill-awtorità ċentrali jew awtorità ġudizzjarja;

(b)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (48) għandha tapplika fir-rigward tal-mandati ta' arrest Ewropej meta l-persuna rikjesta tkun ġiet arrestata qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew, irrispettivament mid-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni dwar jekk il-persuna rikjesta għandhiex tibqa' detenuta jew għandhiex tingħata l-libertà provviżorja;

(c)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA (49) għandha tapplika fir-rigward tal-mandati ta' ffriżar li, qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, jaslu għand l-awtorità ċentrali jew l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għall-eżekuzzjoni, jew għand awtorità ġudizzjarja fl-Istat tal-eżekuzzjoni bl-ebda ġuriżdizzjoni biex tagħraf jew teżegwixxi l-mandat ta' ffriżar, iżda li tittrażmetti l-mandat ta' ffriżar ex officio lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti għall-eżekuzzjoni;

(d)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/JHA (50) għandha tapplika fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità ċentrali jew għand l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni, jew għand awtorità tal-Istat tal-eżekuzzjoni bl-ebda ġuriżdizzjoni biex tagħraf jew teżegwixxi deċiżjoni, iżda li tittrażmetti d-deċiżjoni ex officio lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni;

(e)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI (51) għandha tapplika fir-rigward tal-ordnijiet ta' konfiska li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità ċentrali jew għand l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni, jew għand awtorità tal-Istat tal-eżekuzzjoni bl-ebda ġuriżdizzjoni biex tagħraf jew teżegwixxi ordni ta' konfiska, iżda li tittrażmetti l-ordni ta' konfiska ex officio lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni;

(f)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI (52) għandu japplika:

(i)

fir-rigward ta' sentenzi li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni, jew għand awtorità tal-Istat tal-eżekuzzjoni bl-ebda kompetenza biex tagħraf jew teżegwixxi sentenza, iżda li tittrażmetti s-sentenza ex officio lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni;

(ii)

għall-finijiet tal-Artikolu 4(6) jew l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, fejn dik id-Deċiżjoni Kwadru tkun applikabbli bis-saħħa tal-punt (b) ta' dan il-paragrafu.

(g)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI (53) għanda tapplika fir-rigward ta' proċedimenti kriminali ġodda fis-sens tal-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni Kwadru li jkunu nbdew qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

(h)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (54) għandha tapplika fir-rigward tat-talbiet għal informazzjoni dwar kundanni li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni mill-awtorità ċentrali; madankollu, wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, it-tweġibiet għal dawn it-talbiet ma għandhomx jiġu trażmessi permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (55);

(i)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI (56) għandha tapplika fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità ċentrali jew għand l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni, jew għand awtorità tal-Istat tal-eżekuzzjoni bl-ebda kompetenza biex tagħraf deċiżjoni, iżda li tgħaddiha ex officio lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni;

(j)

L-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57) għandu japplika fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni li jaslu għand l-awtorità ċentrali qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; madankollu, wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, it-tweġibiet għal tali talbiet ma għandhomx jiġu trażmessi permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali stabbilita skont id-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI;

(k)

Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58) għandha tapplika fir-rigward ta' ordnijiet Ewropej ta' protezzjoni li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità ċentrali jew għand l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni, jew għand awtorità tal-Istat tal-eżekuzzjoni bl-ebda kompetenza biex tagħraf ordni Ewropea ta' protezzjoni, iżda li tgħaddiha ex officio lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni;

(l)

Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59) għandha tapplika fir-rigward ta' Ordnijiet ta' Investigazzjoni Ewropej li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità ċentrali jew għand l-awtorità ta' eżekuzzjoni, jew għand awtorità tal-Istat tal-eżekuzzjoni bl-ebda kompetenza biex tagħraf Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea, iżda li tgħaddiha ex officio lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jkomplu jipparteċipaw fl-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti li fihom kienu qed jipparteċipaw qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, fejn dawk l-iskwadri ta' investigazzjoni jkunu stabbiliti jew f'konformità mal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill skont Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/465/ĠAI (60).

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jkun intitolat juża, għal mhux aktar minn sena wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Applikazzjoni ta' Netwerk għall-Iskambju Sikur ta' Informazzjoni (SIENA) sa fejn ikun strettament meħtieġ għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni fl-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni għall-ispejjeż effettivi mġarrba mill-Unjoni b'konsegwenza tal-faċilitazzjoni tal-użu tas-SIENA mir-Renju Unit. L-Unjoni għandha tikkomunika l-ammont ta' dawk l-ispejjeż lir-Renju Unit sal-31 ta' Marzu 2021. F'każ li l-ammont ikkomunikat tal-ispejjeż effettivi mġarrba jvarja b’mod konsiderevoli mill-ammont tal-aqwa stimi li kien ġie kkomunikat mill-Unjoni lir-Renju Unit qabel l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas mingħajr dewmien lill-Unjoni l-ammont tal-aqwa stimi u l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod kif trid tiġi indirizzata d-differenza bejn l-ispejjeż effettivi mġarrba u l-ammont tal-aqwa stimi.

3.   Il-Eurojust jista', fuq talba mingħand ir-Renju Unit, bil-kundizzjoni ta' konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 26a(7) u mal-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (61), jipprovdi informazzjoni, inkluża data personali, mis-sistema ta' Ġestjoni ta' Każijiet tiegħu, jekk tkun meħtieġa għall-kompletezza tal-proċeduri li jkunu kurrenti msemmija fil-punti (a), (b) (c), (e) u (l) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew l-attivitajiet tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu, meta jintalbu, jipprovdu lill-Eurojust informazzjoni fil-pussess tagħhom jekk tkun meħtieġa għall-kompletezza tal-proċeduri li jkunu kurrenti msemmija fil-punti (a), (b) (c), (e) u (l) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew l-attivitajiet tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fejn mill-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu jinqalgħu spejjeż ta' natura straordinarja, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod kif iridu jiġu indirizzati dawn l-ispejjeż.

Artikolu 63

Proċedimenti kurrenti ta’ kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, kooperazzjoni tal-pulizija u skambju tal-informazzjoni

1.   Fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Istati Membri f'sitwazzjonijiet li jinvolvu lir-Renju Unit, għandhom japplikaw l-atti li ġejjin kif ġej:

(a)

l-Artikoli 39 u 40 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 ("il-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen") (62), flimkien mal-Artikoli 42 u 43 tagħha, għandhom japplikaw fir-rigward ta':

(i)

talbiet skont l-Artikolu 39 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand il-korp ċentrali responsabbli fil-Parti Kontraenti għall-kooperazzjoni tal-pulizija internazzjonali jew għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti rikjesta, jew għand l-awtoritajiet tal-pulizija rikjesti li ma jkollhomx is-setgħa biex jittrattaw it-talba, iżda li jgħaddu t-talba lill-awtoritajiet kompetent;

(ii)

talbiet għal assistenza skont l-Artikolu 40(1) tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand awtorità nnominata minn Parti Kontraenti;

(iii)

sorveljanza transfruntiera li ssir mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 40(2) tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fejn dik is-sorveljanza tkun bdiet qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

(b)

il-Konvenzjoni magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (63) għandha tapplika fir-rigward ta':

(i)

talbiet għal informazzjoni li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità rikjesta;

(ii)

talbiet għal sorveljanza li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità rikjesta;

(iii)

talbiet għal inkjesti li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità rikjesta;

(iv)

talbiet għal notifika li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità rikjesta;

(v)

talbiet għal awtorizzazzjoni ta' sorveljanza transfruntiera jew biex l-osservazzjoni tiġi fdata f'idejn l-uffiċjali tal-Istat Membru li l-osservazzjoni trid issir fit-territorju tiegħu li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand awtorità nnominata mill-Istat Membru rikjest li jkollha s-setgħa li tilqa' l-awtorizzazzjoni rikjesta jew li ma tilqagħhiex;

(vi)

sorveljanza transfruntiera li ssir mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 40(2) tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fejn dik is-sorveljanza tkun bdiet qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

(vii)

talbiet biex issir kunsinna kkontrollata li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità rikjesta;

(viii)

talbiet għal investigazzjonijiet diskreti li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità rikjesta;

(ix)

skwadri ta' investigazzjoni speċjali konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 24 ta' dik il-Konvenzjoni qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

(c)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (64) għandha tapplika fir-rigward tat-talbiet li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-Unità tal-Intelligence Finanzjarja;

(d)

id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (65) għandha tapplika fir-rigward ta' talbiet li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand l-awtorità tal-infurzar tal-liġi kompetenti rikjesta;

(e)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (66) għandha tapplika fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari fejn kien hemm riżultat pożittiv qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni derivat minn allert maħruġ fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu japplikaw għar-Renju Unit fl-aħħar jum tal-perjodu ta' tranżizzjoni. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jkun intitolat juża għal mhux iktar minn tliet (3) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI sa fejn ikun strettament meħtieġ għall-fini tal-iskambju ta' tali informazzjoni supplimentari. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni għall-ispejjeż effettivi mġarrba mill-Unjoni b'konsegwenza tal-faċilitazzjoni tal-użu tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni mir-Renju Unit. L-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-ammont ta' dawk l-ispejjeż sal-31 ta’ Marzu 2021. F'każ li l-ammont ikkomunikat tal-ispejjeż effettivi mġarrba jvarja b’mod konsiderevoli mill-ammont tal-aqwa stimi li kien ġie kkomunikat mill-Unjoni lir-Renju Unit qabel l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas mingħajr dewmien lill-Unjoni l-ammont tal-aqwa stimi u l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod kif trid tiġi indirizzata d-differenza bejn l-ispejjeż effettivi mġarrba u l-ammont tal-aqwa stimi.

(f)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI (67) għandha tapplika fir-rigward tat-talbiet li jaslu qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni għand Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi;

(g)

id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68), għandha tapplika fir-rigward tat-talbiet li jaslu għand l-unità tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri skont l-Artikoli 9 u 10 ta' dik id-Direttiva qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, ir-Renju Unit għandu jkun intitolat juża, għal mhux aktar minn sena wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Applikazzjoni ta' Netwerk għall-Iskambju Sikur ta' Informazzjoni (SIENA) sa kemm ikun strettament meħtieġa għall-kompletezza tal-proċeduri li jkunu kurrenti msemmija fil-punti (c), (d), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni għall-ispejjeż effettivi mġarrba mill-Unjoni b'konsegwenza tal-faċilitazzjoni tal-użu tas-SIENA mir-Renju Unit. L-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-ammont ta' dawk l-ispejjeż sal-31 ta’ Marzu 2021. F'każ li l-ammont ikkomunikat tal-ispejjeż effettivi mġarrba jvarja b’mod konsiderevoli mill-ammont tal-aqwa stimi li kien ġie kkomunikat mill-Unjoni lir-Renju Unit qabel l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas mingħajr dewmien lill-Unjoni l-ammont tal-aqwa stimi u l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod kif trid tiġi indirizzata d-differenza bejn l-ispejjeż effettivi mġarrba u l-ammont tal-aqwa stimi.

Artikolu 64

Konferma tar-riċevuta jew tal-arrest

1.   L-awtorità kompetenti mittenti jew rikjedenti tista’ titlob konferma tar-riċevuta ta’ deċiżjoni jew talba ġudizzjarja msemmija fil-punti (a), minn (c) sa (e), (f)(i) u minn (h) sa (l) tal-Artikolu 62(1) u fil-punti (a)(i) u (ii), fil-punti (b) minn (i) sa (v) u (vii), (viii) u (ix), u fil-punti (c), (d), (f) u (g) tal-Artikolu 63(1) fi żmien għaxart (10) ijiem wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fejn hi jkollha dubji dwar jekk tali deċiżjoni jew talba ġudizzjarja waslitx għand l-awtorità eżekutriċi jew rikjesta qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 62(1), fejn l-awtorità ġudizzjarja mittenti kompetenti jkollha dubji dwar jekk il-persuna rikjesta ġietx arrestata skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, hija tista’ titlob mingħand l-awtorità ġudizzjarja eżekutriċi kompetenti konferma tal-arrest fi żmien 10 ijiem wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   Sakemm ma tkunx diġà ġiet ipprovduta konferma skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, l-awtorità eżekutriċi jew rikjesta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha twieġeb għal talba għall-konferma tar-riċevuta jew tal-arrest fi żmien 10 ijiem wara li tirċievi t-talba.

Artikolu 65

Atti applikabbli oħra tal-Unjoni

Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (69) u d-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70) għandhom japplikaw fir-rigward tal-proċedimenti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 62(1) ta’ dan il-Ftehim.

TITOLU VI

KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA KURRENTI F’MATERJI ĊIVILI U KUMMERĊJALI

Artikolu 66

Id-dritt applikabbli f’materji kuntrattwali u mhux kuntrattwali

Fir-Renju Unit, l-atti li ġejjin għandhom ikunu japplikaw kif ġej:

(a)

ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (71) għandu japplika fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(b)

ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (72) għandu japplika fir-rigward ta’ avvenimenti li jwasslu għal danni, fejn tali avvenimenti jkunu seħħew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 67

Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, u kooperazzjoni relatata bejn l-awtoritajiet ċentrali

1.   Fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Istati Membri f’sitwazzjonijiet li jinvolvu r-Renju Unit, fir-rigward ta’ proċedimenti legali istitwiti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u fir-rigward ta’ proċedimenti jew ta’ azzjonijiet li jkunu relatati ma' tali proċedimenti legali taħt l-Artikoli 29, 30 u 31 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (73), l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 jew l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (74), għandhom japplikaw l-atti li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet rigward il-ġurisdizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012;

(b)

id-dispożizzjonijiet rigward il-ġuriżdizzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1001, tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (75) u tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (76);

(c)

id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 rigward il-ġurisdizzjoni;

(d)

id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 rigward il-ġurisdizzjoni.

2.   Fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Istati Membri f’sitwazzjonijiet li jinvolvu r-Renju Unit, l-atti jew id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw kif ġej fir-rigward tar-rikonoxximent u tal-infurzar ta’ sentenzi, ta’ deċiżjonijiet, ta’ strumenti awtentiċi, ta’ soluzzjonijiet fil-qorti u ta’ ftehimiet:

(a)

ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu japplika għar-rikonoxximent u għall-infurzar ta’ sentenzi mogħtija fi proċedimenti legali istitwiti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u għal strumenti awtentiċi formalment imfassla jew reġistrati u għal soluzzjonijiet fil-qorti approvati jew konklużi qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(b)

id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 rigward ir-rikonoxximent u l-infurzar għandhom japplikaw għal sentenzi mogħtija fi proċedimenti legali istitwiti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u għal dokumenti formalment imfassla jew reġistrati bħala strumenti awtentiċi, u għal ftehimiet konklużi qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(c)

id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 rigward ir-rikonoxximent u l-infurzar għandhom japplikaw għal deċiżjonijiet mogħtija fi proċedimenti legali istitwiti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u għal soluzzjonijiet fil-qorti approvati jew konklużi, u għal strumenti awtentiċi stabbiliti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(d)

ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (77) għandu japplika għal sentenzi mogħtija fi proċedimenti legali istitwiti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u għal soluzzjonijiet fil-qorti approvati jew konklużi u strumenti awtentiċi mfassla qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, dment li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar tkun saret qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   Fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Istati Membri f'sitwazzjonijiet li jinvolvu r-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw kif ġej:

(a)

il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 għandu japplika għal talbiet u għal applikazzjonijiet riċevuti mill-awtorità ċentrali jew minn awtorità kompetenti oħra tal-Istat rikjest qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(b)

il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu japplika għal applikazzjonijiet għal rikonoxximent jew infurzar kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għal talbiet riċevuti mill-awtorità ċentrali tal-Istat rikjest qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(c)

ir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (78) għandu japplika għal proċedimenti ta’ insolvenza, u għal azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, dment li l-proċedimenti ewlenin inbdew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(d)

ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (79) għandu japplika għal ordnijiet ta’ ħlas Ewropej li għalihom tkun saret applikazzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; fejn, wara tali applikazzjoni, il-proċedimenti jiġu ttrasferiti taħt l-Artikolu 17(1) ta’ dak ir-Regolament, il-proċedimenti għandhom jitqiesu li ġew istitwiti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(e)

ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (80) għandu japplika għal proċeduri ta’ talbiet żgħar li għalihom l-applikazzjoni tkun ġiet preżentata qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(f)

ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (81) għandu japplika għal ċertifikati maħruġa qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 68

Proċeduri kurrenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja

Fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Istati Membri f'sitwazzjonijiet li jinvolvu lir-Renju Unit, għandhom japplikaw l-atti li ġejjin kif ġej:

(a)

ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (82) għandu japplika għal dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji li ġew riċevuti għall-finijiet ta’ notifika qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni minn wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

aġenzija riċevitriċi;

(ii)

korp ċentrali tal-Istat fejn trid issir in-notifika; jew

(iii)

aġenti diplomatiċi jew konsulari, servizzi postali jew uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat indirizzat, kif imsemmija fl-Artikoli 13, 14 u 15 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (83) għandu japplika għal talbiet riċevuti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni minn wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

qorti rikjesta;

(ii)

korp ċentrali tal-Istat fejn tintalab il-kumpilazzjoni ta' xhieda; jew

(iii)

korp ċentrali jew awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (84) għandha tapplika għal talbiet li ġew riċevuti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; il-punt ta’ kuntatt rikjedenti jista’ jitlob konferma tar-riċevuta fi żmien sebat (7) ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fejn ikollu dubji dwar jekk it-talba ġietx riċevuta qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 69

Dispożizzjonijiet applikabbli oħra

1.   Fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Istati Membri f'sitwazzjonijiet li jinvolvu lir-Renju Unit, għandhom japplikaw l-atti li ġejjin kif ġej:

(a)

id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE (85) għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal għajnuna legali li ġew riċevuti mill-awtorità riċevitriċi qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. L-awtorità rikjedenti tista’ titlob konferma tar-riċevuta fi żmien 7 ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fejn ikollha dubji dwar jekk it-talba ġietx riċevuta qabel dik id-data;

(b)

id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (86) għandha tapplika fejn, qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni:

(i)

il-partijiet ikunu qablu li jużaw il-medjazzjoni wara li rriżultat it-tilwima;

(ii)

il-medjazzjoni ġiet ordnata mill-qorti; jew

(iii)

qorti stiednet lill-partijiet jużaw il-medjazzjoni;

(c)

id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE (87) għandha tapplika għal applikazzjonijiet riċevuti mill-awtorità li tiddeċiedi qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 67 ta’ dan il-Ftehim ukoll għandhom ikunu japplikaw fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 bħala applikabbli permezz tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (88).

3.   Il-punt (a) tal-Artikolu 68 ta’ dan il-Ftehim ukoll għandu jkun japplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 bħala applikabbli permezz tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (89).

TITOLU VII

DATA U INFORMAZZJONI PROĊESSATI JEW MIKSUBA QABEL TMIEM IL-PERJODU TA’ TRANŻIZZJONI, JEW FUQ IL-BAŻI TA’ DAN IL-FTEHIM

Artikolu 70

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, “id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali” tfisser:

(a)

ir-Regolament (UE) 2016/679, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VII tiegħu;

(b)

id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (90);

(c)

id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (91);

(d)

kwalunkwe dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni li tirregola l-protezzjoni ta' data personali.

Artikolu 71

Protezzjoni ta' data personali

1.   Id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali ta’ suġġetti ta' data barra mir-Renju Unit, sakemm id-data personali:

(a)

tkun ġiet ipproċessata skont id-dritt tal-Unjoni fir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; jew

(b)

tkun ipproċessata fir-Renju Unit wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika sa fejn l-ipproċessar ta' data personali msemmi fih ikun soġġett għal livell adegwat ta’ protezzjoni kif stabbilit f’deċiżjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680.

3.   Sa fejn id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tibqax applikabbli, ir-Renju Unit għandu jiżgura livell ta’ protezzjoni ta' data personali essenzjalment ekwivalenti għal dak taħt id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tas-suġġetti ta' data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 72

Trattament kunfidenzjali u użu ristrett ta' data u informazzjoni fir-Renju Unit

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, minbarra d-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar it-trattament kunfidenzjali, ir-restrizzjoni tal-użu, il-limitazzjoni tal-ħżin u r-rekwiżit li d-data u l-informazzjoni jitħassru għandhom japplikaw fir-rigward ta’ data u informazzjoni miksuba minn awtoritajiet jew korpi uffiċjali tar-Renju Unit jew fir-Renju Unit jew minn entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (92), li jkunu tar-Renju Unit jew fir-Renju Unit:

(a)

qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; jew

(b)

fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim

Artikolu 73

Trattament ta’ data u informazzjoni miksuba mir-Renju Unit

L-Unjoni ma għandhiex tittratta data u informazzjoni miksuba mir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew miksuba wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim, b’mod differenti minn data u informazzjoni miksuba minn Stat Membru, għar-raġuni biss li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni.

Artikolu 74

Sigurtà tal-informazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE u informazzjoni klassifikata tal-Euratom għandhom japplikaw fir-rigward ta’ informazzjoni klassifikata miksuba mir-Renju Unit jew qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni jew fuq il-bażi ta' dan il-Ftehim jew li kienet inkisbet mingħand ir-Renju Unit mill-Unjoni jew minn Stat Membru qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim.

2.   L-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni rigward is-sigurtà industrijali għandhom japplikaw għar-Renju Unit f’każijiet fejn il-proċedura ta' sejħa għall-offerti, tal-għoti ta’ kuntratt jew tal-għoti ta' għotja għall-kuntratt klassifikat, subkuntratt klassifikat jew ftehim klassifikat ta' għotja nbdiet qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li prodotti kriptografiċi li jużaw algoritmi kriptografiċi klassifikati li jkunu ġew żviluppati taħt il-kontroll ta', u evalwati u approvati minn, l-Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, li ġew approvati mill-Unjoni sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li jkunu preżenti fir-Renju Unit, ma jiġux trasferiti lejn pajjiż terz.

4.   Kwalunkwe rekwiżit, limitazzjoni u kundizzjoni stipulati fl-approvazzjoni tal-Unjoni ta’ prodotti kriptografiċi għandhom japplikaw għal dawk il-prodotti.

TITOLU VIII

PROĊEDURI TA' AKKWIST PUBBLIKU U PROĊEDURI SIMILI KURRENTI

Artikolu 75

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, “regoli rilevanti” tfisser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, id-Direttivi 2009/81/KE (93), 2014/23/UE (94), 2014/24/UE (95) u 2014/25/UE (96) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti (KE) Nru 2195/2002 (97) u (KE) Nru 1370/2007 (98) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 (99), l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE (100), l-Artikoli 16, 17 u 18 tar-Regolamenti (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (101), l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (102), u kwalunkwe dispożizzjoni speċifika oħra tad-dritt tal-Unjoni li tirregola l-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Artikolu 76

Regoli applikabbli għal proċeduri kurrenti

1.   Għandhom ikunu japplikaw ir-regoli rilevanti:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-punt (b), fir-rigward tal-proċeduri mibdija mill-awtoritajiet kontraenti jew mill-entitajiet kontraenti mill-Istati Membri jew mir-Renju Unit taħt dawk ir-regoli qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li jkunu għadhom mhumiex finalizzati fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, inklużi proċeduri li jużaw sistemi dinamiċi ta’ xiri kif ukoll proċeduri li għalihom is-sejħa għall-kompetizzjoni tieħu l-forma ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel jew avviż indikattiv perjodiku jew avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika; u

(b)

fir-rigward tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 29(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2009/81/KE, fl-Artikolu 33 minn (2) sa (5) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 51(2) tad-Direttiva 2014/25/UE li huma relatati mal-prestazzjoni taħt il-ftehimiet qafas li ġejjin, konklużi minn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti mill-Istati Membri jew mir-Renju Unit, inkluż l-għoti ta’ kuntratti fuq il-bażi ta' tali ftehimiet qafas:

(i)

ftehimiet qafas konklużi qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni li la skadew u lanqas ma ġew terminati fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni; jew

(ii)

ftehimiet qafas konklużi wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità ma’ proċedura li taqa’ taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għandu jiġi rispettat minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti fir-rigward tal-offerenti jew, kif ikun applikabbli, minn persuni li jkunu intitolati b’xi mod ieħor biex jippreżentaw applikazzjonijiet, mill-Istati Membri u mir-Renju Unit relattivament għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li nbdiet meta sejħa għall-kompetizzjoni jew kwalunkwe stedina oħra għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet tkun saret f’konformità mar-regoli rilevanti. Fejn ir-regoli rilevanti jippermetti għall-użu ta’ proċeduri li ma jeħtiġux l-użu ta’ sejħa għall-kompetizzjoni jew ta’ stediniet oħra għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet, il-proċedura għandha titqies li nbdiet meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kkuntattjat operaturi ekonomiċi relattivament għall-proċedura speċifika.

4.   Proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies finalizzata:

(a)

mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt f’konformità mar-regoli rilevanti jew, fejn dawk ir-regoli ma jkunux jeħtieġu l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt, mal-konklużjoni tal-kuntratt rilevanti; jew

(b)

malli jiġu informati l-offerenti jew persuni intitolati b’xi mod ieħor biex jissottomettu applikazzjonijiet, skont kif ikun il-każ, bir-raġunijiet dwar għaliex il-kuntratt ma ngħatax, jekk l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix kuntratt.

5.   Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa r-regoli tal-Unjoni jew tar-Renju Unit dwar id-dwana, il-moviment ta’ oġġetti, il-provvista ta’ servizzi, ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali jew il-proprjetà intellettwali.

Artikolu 77

Proċeduri ta’ rieżami

Id-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE (103) u 92/13/KEE (104) għandhom japplikaw fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku msemmija fl-Artikolu 76 ta’ dan il-Ftehim li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi.

Artikolu 78

Kooperazzjoni

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim, l-Artikolu 61(2) tad-Direttiva 2014/24/UE għandu japplika għal perjodu li ma jaqbiżx id-9 xhur minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-proċeduri taħt dik id-Direttiva li nbdew minn awtoritajiet kontraenti mir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li ma jkunux għadhom ġew finalizzati fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

TITOLU IX

KWISTJONIJIET RELATATI MAL-EURATOM

Artikolu 79

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Komunità” tfisser il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

(b)

“kontroll tas-sigurtà” tfisser l-attivitajiet biex jiġi verifikat li materjal u tagħmir nukleari ma jintużawx għal skop ieħor għajr għall-użu maħsub tagħhom kif iddikjarat mill-utenti u attivitajiet biex jiġi verifikat li l-obbligi legali internazzjonali għall-użu ta’ materjal u tagħmir nukleari għal finijiet paċifiċi jiġu onorati;

(c)

“materjali fissili speċjali” tfisser materjali speċjali fissili kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 197 tat-Trattat Euratom;

(d)

“minerali” tfisser minerali kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 197 tat-Trattat Euratom;

(e)

“materja prima” tfisser materja prima kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 197 tat-Trattat Euratom;

(f)

“materjal nukleari” tfisser minerali, materja prima u materjali fissili speċjali;

(g)

“fjuwil użat” u “skart radjuattiv” ifissru fjuwil użat u skart radjuattiv kif definiti fil-punti (7) u (11) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (105).

Artikolu 80

Tmiem tar-responsabbiltà Komunitarja għal materji relatati mar-Renju Unit

1.   Ir-Renju Unit għandu jkollu r-responsabbiltà unika biex jiżgura li l-minerali, il-materja prima u l-materjali fissili speċjali kollha koperti mit-Trattat Euratom u preżenti fit-territorju tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġu trattati f’konformità ma' trattati u konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u applikabbli, inklużi, iżda mhux limitati għal, trattati u konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza nukleari, il-kontroll tas-sigurtà, in-nonproliferazzjoni u l-protezzjoni fiżika ta’ materjali nukleari, u trattati u konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u s-sikurezza tal-ġestjoni ta’ skart radjuattiv.

2.   Ir-Renju Unit għandu jkollu r-responsabbiltà unika biex jiżgura l-konformità tiegħu ma' obbligi internazzjonali li jirriżultaw bħala konsegwenza tas-sħubija tiegħu fl-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika jew bħala konsegwenza tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari jew kwalunkwe trattat jew konvenzjoni internazzjonali rilevanti oħrajn li għalihom ikun Parti r-Renju Unit.

Artikolu 81

Kontroll tas-sigurtà

Ir-Renju Unit għandu jimplimenta reġim ta’ kontroll tas-sigurtà. Dan ir-reġim ta’ kontroll tas-sigurtà għandu japplika sistema li toffri effikaċja u kopertura ekwivalenti bħal dawk ipprovduti mill-Komunità fit-territorju tar-Renju Unit f’konformità mal-Ftehim bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tal-Kontroll tas-Sigurtàfir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq b’Konnessjoni mat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari [INFCIRC/263], kif emendat.

Artikolu 82

Obbligi speċifiċi taħt ftehimiet internazzjonali

Ir-Renju Unit għandu jiżgura li kwalunkwe obbligu speċifiku taħt ftehimiet konklużi mill-Komunità ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali relattivament għal kwalunkwe tagħmir nukleari, materjal nukleari jew oġġetti nukleari oħra preżenti fit-territorju tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi sodisfatt, jew b'xi mod ieħor jidentifika arranġamenti adatti bi qbil mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati.

Artikolu 83

Sjieda u drittijiet tal-użu u konsum ta' materjali fissili speċjali fir-Renju Unit

1.   Il-materjali fissili speċjali preżenti fit-territorju tar-Renju Unit li fir-rigward tagħhom kien japplika l-Artikolu 86 tat-Trattat Euratom sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni ma għandhomx jibqgħu proprjetà tal-Komunità fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Il-materjali fissili speċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru l-proprjetà tal-persuni jew impriżi li kellhom dritt l-aktar wiesgħa għall-użu u għall-konsum ta’ dawk il-materjali fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 87 tat-Trattat Euratom.

3.   Fejn id-dritt għall-użu u għall-konsum ta’ materjali fissili speċjali msemmija fil-paragrafu 2 (“materjali kkonċernati”) ikun ta’ Stat Membru, jew ta’ persuni jew impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru, biex tiġi protetta l-integrità tal-istrateġija ta' fornimenti komuni stabbilita taħt il-Kapitolu 6 tat-Titolu II tat-Trattat Euratom u tas-suq komuni nukleari stabbilit taħt il-Kapitolu 9 ta’ dak it-Titolu, inkluż fir-rigward tal-livell ta’ kontroll tas-sigurtà applikabbli għall-materjali kkonċernati, għandhom ikunu japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità għandu jkollha d-dritt li titlob li l-materjali kkonċernati jiġu depożitati mal-Aġenzija stabbilita taħt il-punt (b) tal-Artikolu 52(2) tat-Trattat Euratom jew fi mħażen oħra li jkunu jew jistgħu jiġu ssorveljati mill-Kummissjoni Ewropea;

(b)

il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tikkonkludi kuntratti relatati mal-forniment tal-materjali kkonċernati lil kwalunkwe persuna jew impriża stabbilita fit-territorju tar-Renju Unit jew f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 52(2) tat-Trattat Euratom;

(c)

l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 (106), bl-eċċezzjoni tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, għandu japplika fir-rigward tal-materjali kkonċernati;

(d)

l-esportazzjoni tal-materjali kkonċernati lejn pajjiż terz għandha tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-persuna jew impriża bid-dritt li tuża u tikkonsma l-materjali kkonċernati f’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (107);

(e)

fir-rigward tal-materjali kkonċernati, il-Komunità għandu jkollha d-dritt li teżerċita kwalunkwe dritt ieħor li jirriżulta taħt it-Trattat Euratom mis-sjieda taħt l-Artikolu 86 ta’ dak it-Trattat.

4.   L-Istati Membri, il-persuni jew l-impriżi li jkollhom id-dritt l-aktar wiesgħa għall-użu u għall-konsum ta’ materjali fissili speċjali preżenti fit-territorju tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom iżommu dak id-dritt.

Artikolu 84

Tagħmir u proprjetà oħra relatata mal-eżekuzzjoni tal-kontroll tas-sigurtà

1.   It-tagħmir tal-Komunità u proprjetà oħra relatati mal-eżekuzzjoni tal-kontroll tas-sigurtà taħt it-Trattat Euratom li jkunu jinsabu fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif stipulat fl-Anness V, għandhom isiru l-proprjetà tar-Renju Unit. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni l-valur ta’ dak it-tagħmir u tal-proprjetà l-oħra, li l-kalkolu tiegħu għandu jkun ibbażat fuq il-valur assenjat lil dak it-tagħmir u dik il-proprjetà l-oħra fil-kontijiet konsolidati għas-sena 2020.

2.   Ir-Renju Unit għandu jassumi d-drittijiet, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi kollha tal-Komunità assoċjati mat-tagħmir u mal-proprjetà l-oħra msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 85

Fjuwil użat u skart radjuattiv

L-Artikolu 4(1) u (2) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2011/70/Euratom għandu japplika fir-rigward tar-responsabbiltà finali tar-Renju Unit għall-fjuwil użat u għall-iskart radjuattiv li ġie ġġenerat fir-Renju Unit u li jkun preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

TITOLU X

PROĊEDURI ĠUDIZZJARJI U AMMINISTRATTIVI TAL-UNJONI

Kapitolu 1

PROĊEDURI ĠUDIZZJARJI

Artikolu 86

Kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkompli jkollha ġuriżdizzjoni f'kull proċediment istitwit mir-Renju Unit jew kontrih qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni. Tali ġuriżdizzjoni għandha tapplika għall-istadji kollha tal-proċedimenti, inklużi proċedimenti ta' appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali f'każ ta' rinviju lill-Qorti Ġenerali.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkompli jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tieħu deċiżjonijiet preliminari dwar talbiet mill-qrati u t-tribunali tar-Renju Unit li jsiru qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni.

3.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-proċedimenti għandhom jitqiesu li ġew istitwiti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u t-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari għandhom jitqiesu li jkunu saru, fil-mument li d-dokument li jiftaħ il-proċedimenti jkun ġie rreġistrat mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali, skont il-każ.

Artikolu 87

Każijiet ġodda quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Jekk il-Kummissjoni Ewropea tqis li r-Renju Unit ikun naqas li jwettaq obbligu taħt it-Trattati jew taħt ir-Raba' Parti ta' dan il-Ftehim qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tista', fi żmien 4 snin minn tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 258 TFUE jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, skont il-każ. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni f'tali każijiet.

2.   Jekk ir-Renju Unit ma jikkonformax ma' deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 95(1) ta' dan il-Ftehim, jew jonqos milli jagħti effett legali fl-ordinament ġuridiku tar-Renju Unit lil deċiżjoni, kif imsemmi f'dik id-dispożizzjoni, li kienet indirizzata lil persuna fiżika jew ġuridika residenti jew stabbilita fir-Renju Unit, il-Kummissjoni Ewropea tista', fi żmien 4 snin mid-data tad-deċiżjoni kkonċernata, tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 258 TFUE jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, skont il-każ. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni f'tali każijiet.

3.   Meta tiddeċiedi li tressaq kwistjonijiet taħt dan l-Artikolu, il-Kummissjoni Ewropea għandha tapplika l-istess prinċipji fir-rigward tar-Renju Unit bħal fir-rigward ta' kull Stat Membru.

Artikolu 88

Regoli proċedurali

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw fir-rigward tal-proċedimenti u t-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari msemmija f'dan it-Titolu.

Artikolu 89

Saħħa vinkolanti u eżegwibilità ta' sentenzi u digrieti

1.   Sentenzi u digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, kif ukoll sentenzi u digrieti tali mogħtija wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fil-proċedimenti msemmija fl-Artikoli 86 u 87, għandhom ikunu legalment vinkolani fl-intier tagħhom fil-konfront tar-Renju Unit u fir-Renju Unit.

2.   Jekk, f'sentenza msemmija fil-paragrafu 1, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib li r-Renju Unit naqas milli jwettaq obbligu taħt it-Trattati jew taħt dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma ma' dik is-sentenza.

3.   L-Artikoli 280 u 299 TFUE għandhom japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 90

Dritt ta' intervent u parteċipazzjoni fil-proċedura

Sa meta s-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-proċedimenti kollha u t-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari kollha msemmija fl-Artikolu 86 isiru definittivi, ir-Renju Unit jista' jintervjeni bl-istess mod li jista' Stat Membru jew, fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 267 TFUE, jista' jipparteċipa fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bl-istess mod li jista' Stat Membru. Tul dak il-perjodu, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jinnotifika lir-Renju Unit, fl-istess ħin u bl-istess mod li jinnotifika lill-Istati Membri, b'kull kawża rinvijata lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni preliminari minn qorti jew tribunal ta' Stat Membru.

Ir-Renju Unit jista' jintervjeni jew jipparteċipa wkoll fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bl-istess mod li jista' Stat Membru:

(a)

fir-rigward ta' kawżi li jikkonċernaw nuqqas ta' twettiq ta' obbligi taħt it-Trattati, fejn ir-Renju Unit kien suġġett għall-istess obbligi qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u fejn tali kawżi jkunu tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 258 TFUE qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 87(1) jew, skont il-każ, sal-waqt, wara tmiem dak il-perjodu, li fih l-aħħar sentenza jew digriet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 87(1) isiru definittivi;

(b)

fir-rigward ta' kawżi li jikkonċernaw atti jew dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li kienu applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u li tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 267 TFUE qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 87(1) jew, skont il-każ, sal-waqt, wara tmiem dak il-perjodu, li fih l-aħħar sentenza jew digriet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi tal-Artikolu 87(1) isiru definittivu; u

(c)

fir-rigward tal-kawżi msemmija fl-Artikolu 95(3).

Artikolu 91

Rappreżentanza legali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88, fejn, qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qrati jew it-tribunali tar-Renju Unit ikun irrappreżenta jew assista parti fi proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew fir-rigward ta' talbiet għal deċiżjonijiet preliminari magħmula qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, dak l-avukat ikun jista' jkompli jirrappreżenta jew jassisti lil dik il-parti f'dawk il-proċedimenti jew fir-rigward ta' dawk it-talbiet. Dan id-dritt għandu japplika għall-istadji kollha tal-proċedimenti, inklużi proċedimenti ta' appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali f'każ ta' rinviju lil dik il-qorti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88, avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew it-tribunali tar-Renju Unit jistgħu jirrappreżentaw jew jassistu parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi msemmija fl-Artikolu 87 u fl-Artikolu 95(3). Avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew it-tribunali tar-Renju Unit jistgħu jirrappreżentaw jew jassistu wkoll lir-Renju Unit fil-proċedimenti koperti mill-Artikolu 90 li fihom ir-Renju Unit ikun iddeċieda li jintervjeni jew jipparteċipa.

3.   Meta jirrappreżentaw jew jassistu parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-avukati awtorizzati jipprattikaw quddiem il-qrati jew it-tribunali tar-Renju Unit għandhom, f'kull rigward, ikunu ttrattati bħala avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Istati Membri li jirrappreżentaw jew jassistu parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu 2

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Artikolu 92

Proċeduri amministrattivi li jkunu kurrenti

1.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċji u organi tal-Unjoni għandhom ikomplu jkunu kompetenti għall-proċeduri amministrattivi li jkunu nbdew qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni li jikkonċernaw:

(a)

il-konformità mad-dritt tal-Unjoni mir-Renju Unit, jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu fir-Renju Unit; jew

(b)

il-konformità mad-dritt tal-Unjoni relattivament għall-kompetizzjoni fir-Renju Unit.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, proċedura amministrattiva għandha titqies li tkun infetħet fil-mument li tkun ġiet irreġistrata formalment mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew organu tal-Unjoni.

3.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

proċedura amministrattiva dwar l-għajnuna mill-Istat regolata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (108) għandha titqies li tkun infetħet fil-mument li l-proċedura tingħata numru tal-każ;

(b)

proċedimenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (109) għandhom jitqiesu li jkunu nfetħu fil-mument li l-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedimenti b'konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (110);

(c)

proċedimenti marbutin mal-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi regolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (111) għandhom jitqiesu li jkunu nfetħu fil-mument li:

(i)

tkun ġiet innotifikata konċentrazzjoni ta' dimensjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni Ewropea b'konformità mal-Artikoli 1, 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004;

(ii)

jiskadi t-terminu ta' 15-il jum tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 mingħajr ma ebda Stat Membru kompetenti li jeżamina l-konċentrazzjoni taħt id-dritt tal-kompetizzjoni nazzjonali tiegħu jkun esprima n-nuqqas ta’ qbil tiegħu fir-rigward tat-talba biex il-każ jiġi rinvijat lill-Kummissjoni Ewropea; jew

(iii)

il-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi, jew titqies li tkun iddeċidiet, li teżamina l-konċentrazzjoni b'konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004;

(d)

investigazzjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta' ksur allegat elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (112) jew fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (113) għandha titqies li nfetħet fil-mument li dik l-Awtorità tkun ħatret uffiċjal investigattiv indipendenti b'konformità mal-Artikolu 23e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jew mal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

4.   L-Unjoni għandha tipprovdi lista tal-proċeduri amministrattivi individwali kollha koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1 li jkunu kurrenti lir-Renju Unit fi żmien tliet (3) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza, f'każ ta' proċeduri amministrattivi individwali, li jkunu kurrenti, tal-Awtorità Bankarja Ewropea, tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, l-Unjoni għandha tipprovdi lista ta' tali proċeduri amministrattivi kurrenti lir-Renju Unit fi żmien xahar minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

5.   Fi proċedura amministrattiva dwar l-għajnuna mill-Istat regolata mir-Regolament (UE) 2015/1589, il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun marbuta fir-rigward tar-Renju Unit mill-ġurisprudenza applikabbli u l-aħjar prattiki, daqslikieku r-Renju Unit kien għadu Stat Membru. B'mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea għandha, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, tadotta waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin:

(a)

deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589;

(b)

deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2015/1589;

(c)

deċiżjoni li tiftaħ proċedimenti ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

Artikolu 93

Proċeduri ġodda tal-għajnuna mill-Istat u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi

1.   Fir-rigward tal-għajnuna li ngħatat qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għal perjodu ta’ 4 snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun kompetenti biex tibda proċeduri amministrattivi ġodda dwar l-għajnuna mill-Istati regolati mir-Regolament (UE) 2015/1589 li jikkonċernaw ir-Renju Unit.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkompli tkun kompetenti wara tmiem il-perjodu ta’ 4 snin għal proċeduri mibdija qabel tmiem dak il-perjodu.

L-Artikolu 92(5) ta’ dan il-Ftehim għandu japplika mutatis mutandis.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lir-Renju Unit dwar kwalunkwe proċediment amministrattiv ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat mibdi taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fi żmien 3 xhur minn meta tibdih.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 136 u 138 ta’ dan il-Ftehim, għal perjodu ta’ erba' (4) snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkun kompetenti biex jibda investigazzjonijiet ġodda regolati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (114) fir-rigward ta’:

(a)

fatti li jkunu okkorrew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; jew

(b)

kwalunkwe dejn doganali li joriġina wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-proċeduri ta' kwittanza msemmija fl-Artikolu 49(1) ta’ dan il-Ftehim.

L-OLAF għandu jkompli jkun kompetenti wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 4 snin għal proċeduri mibdija qabel tmiem dak il-perjodu.

L-OLAF għandu jinforma lir-Renju Unit dwar kwalunkwe investigazzjoni ġdida mibdija taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fi żmien 3 xhur mill-bidu ta’ dik l-investigazzjoni.

Artikolu 94

Regoli proċedurali

1.   Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw it-tipi differenti ta’ proċeduri amministrattivi koperti b’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 92, 93 u 96.

2.   Meta jirrappreżentaw jew jassistu parti relattivament għall-proċeduri amministrattivi msemmija fl-Artikoli 92 u 93, l-avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew tribunali tar-Renju Unit għandhom, f’kull rigward, jiġu trattati bħala avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem qrati jew tribunali ta’ Stati Membri li jirrappreżentaw jew jassistu parti relattivament għal tali proċeduri amministrattivi.

3.   L-Artikolu 128(5) għandu japplika sa fejn ikun neċessarju għal kwalunkwe proċedura msemmija fl-Artikoli 92 u 93 wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 95

Forza vinkolanti u infurzabbiltà ta’ deċiżjonijiet

1.   Id-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew adottati fil-proċeduri msemmija fl-Artikoli 92 u 93 wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u indirizzati lir-Renju Unit jew lil persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fir-Renju Unit, għandhom ikunu vinkolanti kemm fuq ir-Renju Unit kif ukoll fir-Renju Unit.

2.   Sakemm ma ġiex miftiehem mod ieħor bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità ta’ kompetizzjoni nazzjonali nominata tar-Renju Unit, il-Kummissjoni Ewropea għandha tibqa’ kompetenti biex timmonitorja u tinforza l-impenji mogħtija jew ir-rimedji imposti fir-Renju Unit jew fir-rigward tar-Renju Unit b’rabta ma’ kwalunkwe proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea taħt ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 jew ma' proċedimenti mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 b’rabta mal-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi. Jekk ikun miftiehem hekk bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità ta’ kompetizzjoni nazzjonali nominata tar-Renju Unit, il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrasferixxi l-monitoraġġ u l-infurzar ta’ tali impenji jew rimedji fir-Renju Unit lill-awtorità ta’ kompetizzjoni nazzjonali nominata tar-Renju Unit.

3.   Il-legalità ta' deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi rieżaminata b’mod esklussiv mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

4.   L-Artikolu 299 TFUE għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward tal-infurzar ta' deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jimponu obbligi pekunarji fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirrisjedu jew li jkunu stabbiliti fir-Renju Unit.

Artikolu 96

Proċeduri kurrenti oħra u obbligi ta’ rapportar

1.   L-eżamijiet tekniċi mwettqa mill-Uffiċċju tal-Eżami tar-Renju Unit f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta’ Pjanti skont ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 li kienu kurrenti fil-jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom ikomplu u għandhom jiġu konklużi f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

2.   L-Artikolu 12(2a) u (3) u l-Artikoli 14, 15 u 16 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (115) għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-gassijiet serra emessi matul l-aħħar sena tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (116) u l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (117) għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tar-rapportar ta' data għall-aħħar sena tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

4.   L-Artikolu 8(1), (2), (3) u (7) tar-Regolament (KE) 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (118), u l-Anness II ta’ dak ir-Regolament, u l-Artikolu 8(1), (2), (3), (8) u (10) tar-Regolament (UE) 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (119) u l-Anness II ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll l-Artikoli minn 2 sa 5, 7 u 8(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 u l-Artikoli minn 3 sa 6 u 8 u l-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 (120) għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet rilevanti ta’ dijossidu tal-karbonju ta' vetturi matul l-aħħar sena tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

5.   L-Artikoli 5, 7, 9 u 10, l-Artikolu 11(3), il-punti (a) u (d) tal-Artikolu 17(1), u l-Artikoli 19, 22 u 23 tar-Regolament (UE) Nru 55/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (121) u l-Artikoli 3, 7 u 11 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (122) għandhom japplikaw għar-Renju Unit fir-rigward tal-gassijiet serra emessi matul l-2019 u l-2020, u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (123) għandu japplika għar-Renju Unit sal-għeluq tat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto.

6.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim:

(a)

sa fejn ikun neċessarju biex jikkonformaw mal-paragrafi 2, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, ir-Renju Unit u l-operaturi fir-Renju Unit għandu jkollhom aċċess għal:

(i)

ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru tal-Protokoll ta’ Kjoto tar-Renju Unit stabbiliti permezz tar-Regolament (UE) Nru 389/2013; u

(ii)

ir-Repożitorju tad-Data Ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent kif previst bir-Regolament (UE) Nru 1014/2010, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (124);

(b)

sa fejn ikun neċessarju biex jikkonformaw mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, impriżi fir-Renju Unit għandu jkollhom aċċess għal:

(i)

l-istrument tar-rappurtar ibbażat fuq il-format stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 (125) għall-finijiet tal-ġestjoni u r-rappurtar ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra; u

(ii)

ir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju użat għar-rappurtar mill-impriżi taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

Fuq talba mir-Renju Unit, għal perjodu li jintemm sena wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-Unjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex ir-Renju Unit:

(a)

jikkonforma mal-obbligi ta’ rappurtar taħt l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi Li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu; u

(b)

japplika penali f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

Artikolu 97

Rappreżentanza fi proċedimenti kurrenti quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Persuna li tkun awtorizzata tirrappreżenta persuna fiżika jew ġuridika quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, li qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni kienet tirrappreżenta parti fi proċedura istitwita quddiem dak l-Uffiċċju, tista’ tkompli tirrappreżenta lil dik il-parti f’dik il-proċedura. Dan id-dritt għandu japplika għall-istadji kollha tal-proċedura quddiem dak l-Uffiċċju.

Meta jkun qed jirrappreżenta parti quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea fil-proċedimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, dak ir-rappreżentant għandu f’kull aspett jiġi trattat bħala rappreżentant professjonali awtorizzat li jirrappreżenta persuna fiżika jew ġuridika quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

TITOLU XI

PROĊEDURI TA’ KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA BEJN STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Artikolu 98

Kooperazzjoni amministrattiva għad-dwana

1.   Il-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn Stat Membru u r-Renju Unit stabbiliti fl-Anness VI li nbdew f’konformità mad-dritt tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom jitwettqu minn dak l-Istat Membru u mir-Renju Unit f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.

2.   Il-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn Stat Membru u r-Renju Unit stabbiliti fl-Anness VI li nbdew f’perjodu ta’ 3 snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni iżda li jikkonċernaw fatti li okkorrew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandhom jitwettqu minn dak l-Istat Membru u mir-Renju Unit f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 99

Kooperazzjoni amministrattiva għal materji relatati mat-taxxa indiretta

1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (126) għandu japplika sa erba' (4) snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-VAT fl-Istati Membri u fir-Renju Unit relattivament għal tranżazzjonijiet li jkunu saru qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u relattivament għal tranżazzjonijiet koperti mill-Artikolu 51(1) ta’ dan il-Ftehim.

2.   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (127) għandu japplika sa erba' (4) snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar id-dazji tas-sisa fl-Istati Membri u fir-Renju Unit relattivament għal movimenti ta’ oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu seħħew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u relattivament għal movimenti ta’ oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa koperti mill-Artikolu 52 ta’ dan il-Ftehim.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess, sa fejn ikun strettament meħtieġ biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu u jikkonforma mal-obbligi taħt dan l-Artikolu, għan-netwerks, għas-sistemi ta’ informazzjoni u għall-bażijiet ta’ data elenkati fl-Anness IV. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-Unjoni bħala konsegwenza tal-iffaċilitar ta’ dak l-aċċess. L-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-ammont ta’ dawk l-ispejjeż sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Anness IV. F’każ li l-ammont ikkomunikat tal-ispejjeż reali jkun sostanzjalment differenti mill-ammont tal-aħjar stima li ġiet ikkomunikata mill-Unjoni lir-Renju Unit qabel l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas mingħajr dewmien lill-Unjoni l-ammont tal-aħjar stima u l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod li bih id-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba u l-aħjar ammont stmat għandha tiġi indirizzata.

Artikolu 100

Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (128) għandha tapplika sa ħames (5) snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit fir-rigward ta’ pretensjonijiet relatati ma' ammonti li saru dovuti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ta’ pretensjonijiet relatati ma’ tranżazzjonijiet li saru qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni iżda fejn l-ammonti saru dovuti wara dak il-perjodu, u ta’ pretensjonijiet relatati ma' tranżazzjonijiet koperti mill-Artikolu 51(1) ta’ dan il-Ftehim jew movimenti ta’ oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa koperti mill-Artikolu 52 ta’ dan il-Ftehim.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess, sa fejn ikun strettament meħtieġ biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu u jikkonforma mal-obbligi taħt dan l-Artikolu, għan-netwerks, għas-sistemi ta’ informazzjoni u għall-bażijiet ta’ data elenkati fl-Anness IV. Ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-Unjoni bħala konsegwenza tal-iffaċilitar ta’ dak l-aċċess. L-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-ammont ta’ dawk l-ispejjeż sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Anness IV. F’każ li l-ammont ikkomunikat tal-ispejjeż reali jkun sostanzjalment differenti mill-ammont tal-aħjar stima li ġiet ikkomunikata mill-Unjoni lir-Renju Unit qabel l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas mingħajr dewmien lill-Unjoni l-ammont tal-aħjar stima u l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-mod li bih id-differenza bejn l-ispejjeż effettivament imġarrba u l-aħjar ammont stmat għandha tiġi indirizzata.

TITOLU XII

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET

Artikolu 101

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, “membri tal-istituzzjonijiet” tfisser, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-membri tal-Kummissjoni Ewropea, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Qorti tal-Awdituri, il-membri tal-organi tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-membri tal-organi tal-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll il-persuni l-oħra kollha assimilati fi kwalunkwe waħda minn dawk il-kategoriji ta’ persuni taħt id-dritt tal-Unjoni għall-finijiet tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (“Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet”). It-terminu “membri tal-istituzzjonijiet” ma jinkludix membri tal-Parlament Ewropew.

2.   Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill (129) għandu japplika biex jiġu determinati l-kategoriji ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra koperti mill-Artikoli minn 110 sa 113 ta’ dan il-Ftehim.

Kapitolu 1

Proprjetà, fondi, assi u operazzjonijiet tal-Unjoni

Artikolu 102

Invjolabbiltà

L-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-rigward tal-postijiet, bini, proprjetà u assi tal-Unjoni fir-Renju Unit użati mill-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sa meta dawn ma jibqgħux f’użu uffiċjali aktar jew ikunu tneħħew mir-Renju Unit. L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit meta l-postijiet, bini, proprjetà jew assi tagħha ma jibqgħux jintużaw jew ikunu tneħħew mir-Renju Unit.

Artikolu 103

Arkivji

L-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-rigward tal-arkivji kollha tal-Unjoni li jkunu fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sa meta dawn jitneħħew mir-Renju Unit. L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit dwar it-tneħħija ta’ kwalunkwe wieħed mill-arkivji tagħha mir-Renju Unit.

Artikolu 104

Tassazzjoni

L-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-rigward ta’ assi, ta’ dħul finanzjarju u ta’ proprjetà oħra tal-Unjoni li jkunu fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sa meta dawn ma jibqgħux f’użu uffiċjali aktar jew ikunu tneħħew mir-Renju Unit.

Kapitolu 2

KOMUNIKAZZJONIJIET

Artikolu 105

Komunikazzjonijiet

L-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward tal-komunikazzjonijiet uffiċjali, tal-korrispondenza uffiċjali, u tat-trażmissjoni ta’ dokumenti relattivament għal attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Kapitolu 3

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 106

Immunità tal-membri tal-Parlament Ewropew

L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew ta’ voti mogħtija minnhom qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-membri tal-Parlament Ewropew, inklużi ex membri, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 107

Sigurtà soċjali

L-ex membri tal-Parlament Ewropew, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, li jieħdu pensjoni f’dik il-kapaċità, kif ukoll persuni intitolati għal pensjonijiet tas-superstiti bħala superstiti ta’ ex membri, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, għandhom ikunu eżentati mill-affiljazzjoni obligatorja ma', u mill-ħlas lil, sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali fir-Renju Unit, taħt l-istess kundizzjonijiet li jkunu applikabbli fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, dment li l-ex membri tal-Parlament Ewropew kienu membri tal-Parlament Ewropew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 108

Evitar ta’ taxxa doppja fuq pensjonijiet u fuq allowances tranżizzjonali

L-Artikoli 12, 13 u 14 tad-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (130) għandhom japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward ta’ pensjonijiet u ta’ allowances tranżizzjonali mħallsa lil ex membri tal-Parlament Ewropew, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, u l-Artikolu 17 ta’ dik id-Deċiżjoni għandu japplika fir-rigward ta’ persuni intitolati għal pensjonijiet tas-superstiti bħala superstiti ta’ ex membri, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, sa fejn l-intitolament għal pensjoni jew għal allowance tranżizzjonali jkun inkiseb qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Kapitolu 4

RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI U TAR-RENJU UNIT LI JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI

Artikolu 109

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet

1.   L-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tar-Renju Unit li jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, tal-konsulenti u esperti tekniċi tagħhom, u tal-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom f'tali ħidma:

(a)

li tkun seħħet qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(b)

li sseħħ wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta ma' attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

2.   L-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fl-Unjoni fir-rigward tar-rappreżentanti tar-Renju Unit li jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, u tal-konsulenti u esperti tekniċi tagħhom, fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom f'-tali ħidma:

(a)

li tkun seħħet qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(b)

li sseħħ wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta ma' attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Kapitolu 5

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONIJIET, UFFIĊJALI U AĠENTI OĦRA

Artikolu 110

Privileġġi u Immunitajiet

1.   L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward ta’ atti mwettqa, inkluż fir-rigward tal-kliem mitkellem jew miktub tagħhom, minn membri tal-istituzzjonijiet, minn uffiċjali u minn aġenti oħra tal-Unjoni, inklużi ex membri, ex uffiċjali u ex aġenti oħra, ta’ kwalunkwe nazzjonalità, fil-kapaċità uffiċjali tagħhom:

(a)

qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(b)

wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta mal-attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

2.   L-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward tal-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Avukati Ġenerali sa meta d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-proċedimenti kollha u fit-talbiet kollha għal deċiżjonijiet preliminari msemmija fl-Artikoli 86 u 87 ta’ dan il-Ftehim isiru finali, u għandhom japplikaw wara dan, inkluż relattivament għal ex Imħallfin u ex Avukati Ġenerali, fir-rigward tal-atti kollha mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi l-kliem mitkellma jew miktuba, qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew relattivament għall-proċedimenti msemmija fl-Artikoli 86 u 87.

3.   L-Artikolu 11 minn (b) sa (e) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni ta’ kwalunkwe nazzjonalità, kif ukoll fir-rigward tal-konjuġi tagħhom u ta’ membri dipendenti tal-familji tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, jekk dawk l-uffiċjali jew aġenti oħra jkunu daħlu fis-servizz tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sa meta dawk il-persuni jkunu lestew ir-rilokazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni.

Artikolu 111

Tassazzjoni

L-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-Renju Unit fir-rigward ta’ membri tal-istituzzjonijiet, ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni ta’ kwalunkwe nazzjonalità, inklużi ex membri, ex uffiċjali u ex aġenti oħra, jekk dawk il-membri, l-uffiċjali jew l-aġenti l-oħra jkunu daħlu fis-servizz tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, dment li l-persuni kkonċernati jkunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi, emolumenti u pensjonijiet imħallsa lilhom mill-Unjoni.

Artikolu 112

Domiċilju għal finijiet tat-taxxa

1.   L-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-rigward ta’ membri tal-istituzzjonijiet, ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni ta’ kwalunkwe nazzjonalità, li jkunu daħlu fis-servizz tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, fir-rigward ta’ konjuġi li ma jkollhomx separatament xi okkupazzjoni bi qligħ u ulied li jkunu dipendenti fuq, u taħt ir-responsabbiltà ta', tali membri, uffiċjali jew aġenti oħra.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss fir-rigward ta’ persuni li stabbilixxew ir-residenza tagħhom fi Stat Membru biss minħabba t-twettiq ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni u li kellhom id-domiċilju tagħhom fir-Renju Unit għall-finijiet ta’ taxxa fil-mument li daħlu fis-servizz tal-Unjoni, u fir-rigward ta’ persuni li stabbilixxew ir-residenza tagħhom fir-Renju Unit biss minħabba t-twettiq ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni u li kellhom id-domiċilju tagħhom għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru fiż-żmien li fih daħlu fis-servizz tal-Unjoni.

Artikolu 113

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

Il-membri tal-istituzzjonijiet, uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni ta’ kwalunkwe nazzjonalità, inklużi ex membri, ex uffiċjali u ex aġenti oħra, li jkunu daħlu fis-servizz tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li jirrisjedu fir-Renju Unit, kif ukoll, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, konjuġi li ma jkollhomx separatament xi okkupazzjoni bi qligħ u ulied li jkunu dipendenti fuq, u taħt ir-responsabbiltà ta', tali membri, uffiċjali jew aġenti oħra, għandhom ikunu eżentati mill-affiljazzjoni obbligatorja ma', u mill-ħlas lil, sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali fir-Renju Unit, taħt l-istess kundizzjonijiet li jkunu applikabbli fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, dment li l-persuni kkonċernati jkunu affiljati mal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Unjoni.

Artikolu 114

Trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni

Fir-rigward ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni ta’ kwalunkwe nazzjonalità, inklużi ex uffiċjali u ex aġenti oħra, li jkunu daħlu fis-servizz tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li jfittxu li jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni barra mir-Renju Unit jew lejn ir-Renju Unit skont l-Artikolu 11(1), (2) jew (3) u l-Artikolu 12 tal-Anness VIII għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (131) jew l-Artikoli 39, 109 u 135 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, l-obbligi tar-Renju Unit għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jkunu jeżistu qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 115

Assigurazzjoni kontra l-qgħad

L-Artikoli 28a, 96 u 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw fir-rigward ta’ aġenti oħra tal-Unjoni ta’ kwalunkwe nazzjonalità, inklużi ex aġenti oħra, li jkunu kkontribwixxew għall-iskema tal-qgħad tal-Unjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jekk ikunu jirrisjedu fir-Renju Unit u reġistrati mal-awtoritajiet tal-qgħad tar-Renju Unit wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Kapitolu 6

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 116

Rinunzja ta’ immunitajiet u kooperazzjoni

1.   L-Artikoli 17 u 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandhom japplikaw fir-rigward ta’ privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet mogħtija minn dan it-Titolu.

2.   Meta tieħu deċiżjoni taħt l-Artikolu 17 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet dwar jekk tirrinunzjax l-immunità fuq it-talba tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-Unjoni għandha tagħti l-istess kunsiderazzjoni li tagħti lil talbiet mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’sitwazzjonijiet komparabbli.

3.   Fuq it-talba tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-Unjoni għandha tinnotifika lil dawk l-awtoritajiet bl-istatus ta’ kwalunkwe persuna li jkun rilevanti għall-intitolament ta’ dik il-persuna għal privileġġ jew immunità taħt dan it-Titolu.

Artikolu 117

Il-Bank Ċentrali Ewropew

1.   Dan it-Titolu għandu japplika fir-rigward tal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”), tal-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu, u tar-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (“SEBĊ”) li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-BĊE.

2.   It-tieni paragrafu tal-Artikolu 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-rigward tal-BĊE, tal-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu, tar-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali fis-SEBĊ li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-BĊE, u ta’ kwalunkwe proprjetà, assi u operazzjonijiet tal-BĊE fir-Renju Unit miżmuma, ġestiti jew imwettqa skont il-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika fir-rigward ta’:

(a)

tali proprjetà u assi tal-BĊE li jkunu miżmuma fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; u

(b)

tali operazzjonijiet tal-BĊE fir-Renju Unit jew ma' kontropartijiet tar-Renju Unit, u attivitajiet anċillari relatati ma’ dawn, li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew li jinbdew wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni bħala parti mill-attivitajiet tiegħu biex isostni operazzjonijiet li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sal-maturità finali, dispożizzjoni jew tlestija tagħhom.

Artikolu 118

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

1.   Dan it-Titolu għandu japplika fir-rigward tal-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”), tal-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, kif ukoll ta' kwalunkwe sussidjarja jew kwalunkwe entità oħra stabbilita mill-BEI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, b’mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment.

2.   It-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu japplika fir-rigward tal-BEI, tal-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, kif ukoll għal kwalunkwe sussidjarja jew kwalunkwe entità oħra stabbilita mill-BEI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, b’mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika fir-rigward ta’:

(a)

tali proprjetà u assi tal-BEI jew ta’ kwalunkwe sussidjarja u entità oħra stabbilita mill-BEI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, b’mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment, li jkunu miżmuma fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; u

(b)

tali operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ta’ finanzjament, ta’ garanzija, ta’ investiment, ta’ finanzi pubbliċi u ta’ assistenza teknika tal-BEI u ta’ kwalunkwe sussidjarja u entità oħra stabbilita mill-BEI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, b’mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment, fir-Renju Unit jew ma' kontropartijiet tar-Renju Unit, u attivitajiet anċillari relatati ma’ dawn, li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew li jinbdew wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom biex isostnu operazzjonijiet li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni sal-maturità finali, dispożizzjoni jew tlestija tagħhom.

Artikolu 119

Ftehimiet mal-Istat ospitanti

Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn ir-Renju Unit u l-Awtorità Bankarja Ewropea tat-8 ta’ Mejju 2012, l-Iskambju tal-Ittri rigward l-Applikazzjoni fir-Renju Unit tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali tal-24 ta’ Ġunju 1996, u l-Ftehim dwar l-Ospitar taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo tas-17 ta’ Lulju 2013 għandhom japplikaw, rispettivament, għall-Awtorità Bankarja Ewropea, għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u għaċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo, sa meta titlesta r-rilokazzjoni tagħhom lejn Stat Membru. Id-data ta’ notifika mill-Unjoni tad-data ta’ tlestija tar-rilokazzjoni għandha tikkostitwixxi d-data ta’ terminazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet mal-Istat ospitanti.

TITOLU XIII

KWISTJONIJIET OĦRA RELATATI MAL-FUNZJONAMENT TAL-ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI

Artikolu 120

Obbligu tas-segretezza professjonali

L-Artikolu 339 TFUE u dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni li jimponu obbligu ta’ segretezza professjonali fuq ċerti individwi u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligi ta’ segretezza professjonali miksuba qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew miksuba wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta ma' attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim. Ir-Renju Unit għandu jirrispetta tali obbligi ta' individwi u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji u għandu jiżgura li dawn jiġu rispettati fit-territorju tiegħu.

Artikolu 121

Obbligu ta’ diskrezzjoni professjonali

L-Artikolu 19 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni li jimponu obbligu ta’ diskrezzjoni professjonali fuq ċerti individwi għandhom japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni miksuba qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew miksuba wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta ma' attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim. Ir-Renju Unit għandu jirrispetta tali obbligi tal-individwi u għandu jiżgura li dawn jiġu rispettati fit-territorju tiegħu.

Artikolu 122

Aċċess għad-dokumenti

1.   Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, ir-referenzi kollha għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet tagħhom għandhom jinftiehmu bħala li jinkludu lir-Renju Unit u lill-awtoritajiet ta’ dan fir-rigward ta’ dokumenti mfassla jew miksuba mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni:

(a)

qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; jew

(b)

wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta mal-attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

2.   L-Artikolu 5 u l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (132) u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew (133) għandhom japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward tad-dokumenti kollha, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, miksuba mir-Renju Unit:

(a)

qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; jew

(b)

wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni b’rabta mal-attivitajiet tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Artikolu 123

Il-Bank Ċentrali Ewropew

1.   L-Artikoli 9.1, 17, 35.1, 35.2 u 35.4 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom japplikaw fir-rigward tal-BĊE, tal-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu, tar-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali fis-SEBĊ li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-BĊE, u ta’ kwalunkwe proprjetà, assi u operazzjoni tal-BĊE fir-Renju Unit miżmuma, ġestiti jew imwettqa skont dak il-Protokoll. Il-BĊE għandu jkun eżentat minn rekwiżiti li jirreġistra fir-Renju Unit jew li jikseb xi forma ta’ liċenzja, ta’ permit jew ta’ awtorizzazzjoni jew permess oħrajn mir-Renju Unit biex iwettaq l-operazzjonijiet tiegħu.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika fir-rigward ta’:

(a)

tali proprjetà u assi tal-BĊE li jkunu miżmuma fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; u

(b)

tali operazzjonijiet tal-BĊE fir-Renju Unit jew ma' kontropartijiet tar-Renju Unit, u attivitajiet anċillari relatati ma’ dawn, li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew li jinbdew wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni bħala parti mill-attivitajiet tiegħu biex isostni operazzjonijiet li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sal-maturità finali, dispożizzjoni jew tlestija tagħhom.

Artikolu 124

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

1.   L-Artikolu 13, l-Artikoli 20(2), 23(1), 23(4) u l-Artikolu 26 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom japplikaw fir-rigward tal-BEI, tal-membri tal-organi tiegħu, tal-persunal tiegħu u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, kif ukoll ta' kwalunkwe sussidjarja jew kwalunkwe entità oħra stabbilita mill-BEI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) ta’ dak il-Protokoll, b'mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment. Il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment għandhom ikunu eżentati minn rekwiżiti li jirreġistraw fir-Renju Unit jew li jiksbu xi forma ta’ liċenzja, ta’ permit jew ta’ awtorizzazzjoni jew permess oħrajn mir-Renju Unit biex iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom. Il-munita tar-Renju Unit għandha tibqa’ liberament trasferibbli u konvertibbli, soġġett għall-Artikolu 23(2) tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward tal-konvertibbiltà tal-munita tar-Renju Unit f’munita ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru, għall-finijiet ta' tali operazzjonijiet.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika fir-rigward ta’:

(a)

tali proprjetà u assi tal-BEI jew ta’ kwalunkwe sussidjarja u entità oħra stabbilita mill-BEI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, b’mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment, li jkunu miżmuma fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni; u

(b)

tali operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ta’ finanzjament, ta’ garanzija, ta’ investiment, ta’ finanzi pubbliċi u ta’ assistenza teknika tal-BEI jew ta’ kwalunkwe sussidjarja u entità oħra stabbilita mill-BEI qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tal-Protokoll (Nru 5) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, b’mod partikolari l-Fond Ewropew tal-Investiment, fir-Renju Unit jew ma' kontropartijiet tar-Renju Unit, u attivitajiet anċillari relatati ma’ dawn, li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew li jinbdew wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom biex isostnu operazzjonijiet li kienu kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni sal-maturità finali, dispożizzjoni jew tlestija tagħhom.

Artikolu 125

L-Iskejjel Ewropej

1.   Ir-Renju Unit għandu jkun marbut mill-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej (134), kif ukoll mir-Regolamenti dwar l-Iskejjel Ewropej Akkreditati adottati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej, sa tmiem is-sena skolastika li tkun kurrenti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura, fir-rigward ta’ studenti li qabel il-31 ta’ Awwissu 2021 ikunu kisbu Bakkalawrjat Ewropew u għal studenti li jkunu reġistrati f’ċiklu ta’ studji sekondarji fi Skola Ewropea qabel il-31 ta’ Awwissu 2021 u jiksbu Bakkalawrjat Ewropew wara dik id-data, li tali studenti jgawdu d-drittijiet ipprovduti fl-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej.

IR-RABA’ PARTI

TRANŻIZZJONI

Artikolu 126

Perjodu ta’ tranżizzjoni

Għandu jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni jew ta’ implimentazzjoni, li għandu jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 127

Ambitu tat-tranżizzjoni

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, id-dritt tal-Unjoni għandu jkun applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tat-Trattati, u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, ma għandhomx ikunu applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni:

(a)

dispożizzjonijiet tat-Trattati u ta’ atti li, skont il-Protokoll (Nru 15) dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, il-Protokoll (Nru 19) dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea jew il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, jew skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar il-kooperazzjoni msaħħa, ma kinux vinkolanti fuq ir-Renju Unit u fir-Renju Unit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u lanqas l-atti li jemendaw tali atti;

(b)

l-Artikolu 11(4) TUE, il-punt (b) tal-Artikolu 20(2), l-Artikolu 22 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE, l-Artikoli 39 u 40 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-atti adottati fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

2.   F’każ li l-Unjoni u r-Renju Unit jilħqu ftehim li jirregola r-relazzjonijiet futuri tagħhom fl-oqsma tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni li jsir applikabbli matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE u l-atti adottati fuq il-bażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak il-ftehim.

3.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-dritt tal-Unjoni applikabbli taħt il-paragrafu 1 għandu jipproduċi fir-rigward tar-Renju Unit u fir-Renju Unit l-istess effetti legali bħal dawk li jipproduċi fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u għandu jiġi interpretat u applikat f’konformità mal-istess metodi u prinċipji ġenerali bħal dawk applikabbli fil-Unjoni.

4.   Ir-Renju Unit ma għandux jieħu sehem f’xi kooperazzjoni msaħħa:

(a)

li fir-rigward tagħha ngħatat awtorizzazzjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim; jew

(b)

li fil-qafas tagħha ma jkun ġie adottat ebda att qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

5.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, relattivament għall-miżuri li jemendaw, jibnu fuq jew jissostitwixxu miżura eżistenti adottata skont it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE li biha r-Renju Unit ikun marbut qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 19) dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 4a tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għandhom jibqgħu japplikaw mutatis mutandis. Ir-Renju Unit ma għandux, madankollu, ikollu d-dritt li jinnotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-applikazzjoni ta’ miżuri ġodda skont it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE għajr dawk il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4a tal-Protokoll Nru 21.

Biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni kontinwata bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-miżuri rilevanti, l-Unjoni tista’ tistieden lir-Renju Unit biex jikkoopera relattivament għal miżuri ġodda adottati taħt it-Titolu V tal-Parti III tat-TFUE.

6.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kwalunkwe referenza għall-Istati Membri fid-dritt applikabbli tal-Unjoni skont il-paragrafu 1, inkluż kif implimentat u applikat mill-Istati Membri, għandha tinftiehem li tinkludi lir-Renju Unit.

7.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 6:

(a)

għall-finijiet tal-Artikolu 42(6) u l-Artikolu 46 TUE u tal-Protokoll (Nru 10) dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 42 TUE, kwalunkwe referenza għall-Istati Membri għandha tinftiehem li ma tinkludix lir-Renju Unit. Dan ma għandux jipprekludi l-possibbiltà għar-Renju Unit li jiġi mistieden jieħu sehem bħala pajjiż terz fi proġetti individwali taħt il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 (135) fuq bażi eċċezzjonali, jew fi kwalunkwe forma oħra ta’ kooperazzjoni sa fejn ikun permess u taħt il-kundizzjonijiet stipulati minn atti futuri tal-Unjoni adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 42(6) u l-Artikolu 46 TUE;

(b)

fejn atti tal-Unjoni jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, ċittadini tal-Istati Membri jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li jkunu stabbiliti fi Stat Membru fi skambju ta’ informazzjoni, fi proċedura jew fi programm li jibqgħu jiġu implimentati jew li jibdew wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u fejn tali parteċipazzjoni tkun tagħti aċċess għal informazzjoni sensittiva relatata mas-sigurtà li biss l-Istati Membri, ċittadini tal-Istati Membri, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jistgħu jkunu jafu, f’tali ċirkostanzi eċċezzjonali r-referenzi għall-Istati Membri f’tali atti tal-Unjoni għandhom jinftiehmu li ma jinkludux lir-Renju Unit. L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit dwar l-applikazzjoni ta’ din id-deroga;

(c)

għall-finijiet tar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, kwalunkwe referenza għall-Istati Membri fl-Artikoli 27 u 28(a) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 1 tal-Anness X għal dawn u fl-Artikoli 12, 82 u 128 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, jew fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ regoli oħra tal-persunal applikabbli għal dawk l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, għandha tinftiehem li ma tinkludix lir-Renju Unit.

Artikolu 128

Arranġamenti istituzzjonali

1.   Minkejja l-Artikolu 127, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għandu jkun japplika l-Artikolu 7.

2.   Għall-finijiet tat-Trattati, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-parlament tar-Renju Unit ma għandux jitqies li hu parlament nazzjonali ta’ Stat Membru, ħlief fir-rigward tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u, fir-rigward ta’ proposti li jkunu fid-dominju pubbliku, tal-Artikolu 2 ta’ dak il-Protokoll.

3.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jagħtu drittijiet istituzzjonali lill-Istati Membri, li jippermettulhom jippreżentaw proposti, inizjattivi jew talbiet lill-istituzzjonijiet għandhom jinftiehmu li ma jinkludux lir-Renju Unit (136).

4.   Għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fl-arranġamenti istituzzjonali stabbiliti fl-Artikoli 282 u 283 TFUE u fil-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21(2) ta’ dak il-Protokoll, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Bank of England ma għandux jitqies bħala bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru.

5.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikolu 7, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-rappreżentanti jew l-esperti tar-Renju Unit, jew l-esperti nominati mir-Renju Unit jistgħu, fuq stedina, jattendu, eċċezzjonalment, għal laqgħat jew għal partijiet ta’ laqgħat tal-kumitati msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, għal laqgħat jew għal partijiet ta’ laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni, għal laqgħat jew għal partijiet ta’ laqgħat ta’ entitajiet oħra simili, u għal laqgħat jew għal partijiet ta’ laqgħat ta’ korpi, uffiċċji jew aġenziji, fejn u meta r-rappreżentanti jew l-esperti tal-Istati Membri jew l-esperti nominati mill-Istati Membri jieħdu sehem, dment li tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-diskussjoni tikkonċerna atti individwali li jkunu se jiġu indirizzati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni lir-Renju Unit jew lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li jkunu stabbiliti fir-Renju Unit;

(b)

il-preżenza tar-Renju Unit tkun neċessarja u fl-interess tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Matul tali laqgħat jew partijiet ta’ laqgħat, ir-rappreżentanti jew l-esperti tar-Renju Unit jew l-esperti nominati mir-Renju Unit ma għandu jkollhom ebda dritt tal-vot u l-preżenza tagħhom għandha tkun limitata għall-punti speċifiċi fuq l-aġenda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b).

6.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit ma għandux jaġixxi bħala awtorità prinċipali għal valutazzjonijiet tar-riskju, eżaminazzjonijiet, approvazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell tal-Istati Membri li jaġixxu flimkien kif imsemmi fl-atti u d-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness VII.

7.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fejn l-abbozzi ta' atti tal-Unjoni jidentifikaw jew jirreferu b’mod dirett għal awtoritajiet speċifiċi ta’ Stati Membri, għal proċeduri speċifiċi jew għal dokumenti speċifiċi, ir-Renju Unit għandu jiġi kkonsultat mill-Unjoni dwar tali abbozzi, bil-għan li jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti ta’ dawk l-atti mir-Renju Unit u fir-Renju Unit.

Artikolu 129

Arranġamenti speċifiċi relatati mal-azzjoni esterna tal-Unjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 127(2), matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit għandu jkun marbut mill-obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, mill-Istati Membri li jaġixxu f’isimha, jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha li jaġixxu b’mod konġunt, kif imsemmi fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 2. (137)

2.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-rappreżentanti tar-Renju Unit ma għandhomx jieħdu sehem fil-ħidma ta’ kwalunkwe korp stabbilit minn ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, jew mill-Istati Membri li jaġixxu f’isimha, jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha li jaġixxu b’mod konġunt, ħlief jekk:

(a)

ir-Renju Unit jieħu sehem għan-nom tiegħu stess; jew

(b)

l-Unjoni tistieden b’mod eċċezzjonali lir-Renju Unit biex jattendi, bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni, għal laqgħat jew għal partijiet ta’ laqgħat ta' tali korpi, fejn l-Unjoni tqis li l-preżenza tar-Renju Unit tkun neċessarja u fl-interess tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk il-ftehimiet matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni; tali preżenza għandha tiġi awtorizzata biss meta l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tkun permessa taħt il-ftehimiet applikabbli.

3.   F’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, ir-Renju Unit għandu jżomm lura, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, milli jieħu kwalunkwe azzjoni jew inizjattiva li aktarx li tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qafas ta’ kwalunkwe organizzazzjoni, aġenzija, konferenza jew forum internazzjonali li għalihom ir-Renju Unit ikun Parti għan-nom tiegħu stess.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit jista’ jinnegozja, jiffirma u jirratifika ftehimiet internazzjonali li jidħol għalihom fil-kapaċità tiegħu stess fl-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni, dment li dawk il-ftehimiet ma jidħlux fis-seħħ jew ma jkunux japplikaw matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm ma jkunux awtorizzati għal dan mill-Unjoni.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 127(2), kull meta jkun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni, ir-Renju Unit jista’ jiġi kkonsultat, fuq bażi ta’ każ b’każ.

6.   Wara deċiżjoni tal-Kunsill li taqa’ taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu V TUE, ir-Renju Unit jista’ jagħmel dikjarazzjoni formali quddiem ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li fiha jindika li, għal raġunijiet vitali u dikjarati ta’ politika nazzjonali, f’dawk il-każijiet eċċezzjonali hu ma jkunx se japplika d-deċiżjoni. Fi spirtu ta’ solidarjetà reċiproka, ir-Renju Unit għandu joqgħod lura minn xi azzjoni li aktarx tkun toħloq kunflitt ma’, jew tostakola, l-azzjoni tal-Unjoni li tkun ibbażata fuq dik id-deċiżjoni, u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-pożizzjoni tar-Renju Unit.

7.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit ma għandux jipprovdi kmandanti ta' operazzjonijiet ċivili, kapijiet ta’ missjonijiet, kmandanti ta' operazzjonijiet jew kmandanti ta' forzi għal missjonijiet jew għal operazzjonijiet imwettqa taħt l-Artikoli 42, 43 u 44 TUE, u lanqas ma għandu jipprovdi l-kwartieri ġenerali operazzjonali għal tali missjonijiet jew operazzjonijiet, jew iservi bħala nazzjon qafas għal gruppi tal-battalja tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit ma għandux jipprovdi l-kap ta’ kwalunkwe azzjoni operazzjonali taħt l-Artikolu 28 TUE.

Artikolu 130

Arranġamenti speċifiċi relatati mal-opportunitajiet tas-sajd

1.   Fir-rigward tal-iffissar ta’ opportunitajiet tas-sajd fis-sens tal-Artikolu 43(3) TFUE għal kwalunkwe perjodu li jaqa’ fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit għandu jiġi kkonsultat fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd relatati mar-Renju Unit, inkluż fil-kuntest tat-tħejjija ta' konsultazzjonijiet u negozjati internazzjonali rilevanti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Unjoni għandha toffri l-opportunità lir-Renju Unit biex jipprovdi kummenti dwar il-Komunikazzjoni Annwali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-opportunitajiet tas-sajd, il-pariri xjentifiċi mingħand il-korpi xjentifiċi rilevanti u l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea għall-opportunitajiet tas-sajd għal kwalunkwe perjodu li jaqa’ fil-perjodu ta’ tranżizzjoni.

3.   Minkejja l-punt (b) tal-Artikolu 129(2), bl-għan li r-Renju Unit jitħalla jħejji s-sħubija futura tiegħu f’fora internazzjonali rilevanti, l-Unjoni tista’, eċċezzjonalment, tistieden lir-Renju Unit biex jattendi, bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni, għal konsultazzjonijiet u negozjati internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sa fejn ikun awtorizzat għall-Istati Membri u permess mill-forum speċifiku.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 127(1), għandhom jinżammu l-kjavi ta’ stabbiltà relattivi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 131

Sorveljanza u infurzar

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom is-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt tal-Unjoni relattivament għar-Renju Unit u għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirrisjedu, jew li jkunu stabbiliti, fir-Renju Unit. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni kif previst fit-Trattati.

L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 132

Estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 126, il-Kumitat Konġunt jista', qabel l-1 ta' Lulju 2020, jadotta deċiżjoni unika li testendi l-perjodu ta' tranżizzjoni sa sena jew sentejn. (138)

2.   F'każ li l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 127(6), ir-Renju Unit għandu jiġi kkunsidrat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni impenjati taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li japplika mis-sena 2021;

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 127(1) u mingħajr preġudizzju għall-Ħames Parti ta' dan il-Ftehim, id-dritt tal-Unjoni applikabbli li jikkonċerna r-riżorsi proprji tal-Unjoni relatati mas-snin finanzjarji koperti mill-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit wara l-31 ta' Diċembru 2020;

(c)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 127(1) ta' dan il-Ftehim, l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, inkluż dwar l-iżvilupp rurali, li jappoġġaw il-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli fir-Renju Unit sa livell annwali ta' appoġġ li ma għandux ikun iktar mill-ammont totali ta' nfiq imġarrab fir-Renju Unit taħt il-Politika Agrikola Komuni fl-2019, u sakemm perċentwal minimu ta' dak l-appoġġ eżentat ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO. Dik il-perċentwali minima għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-aħħar perċentwali disponibbli li permezz tagħha l-infiq kumplessiv taħt il-Politika Agrikola Komuni fl-Unjoni kien ikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO. Fil-każ li l-perjodu li bih jiġi estiż il-perjodu ta’ tranżizzjoni ma jkunx multiplu ta’ 12-il xahar, il-livell annwali massimu ta’ appoġġ eżentat fis-sena li għaliha l-perjodu ta’ tranżizzjoni estiż ikopri inqas minn 12-il xahar għandu jitnaqqas pro rata;

(d)

għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit għandu jagħmel kontribuzzjoni lill-baġit tal-Unjoni, kif iddeterminat skont il-paragrafu 3;

(e)

soġġett għall-punt (d) tal-paragrafu 3, il-Ħames Parti ta’ dan il-Ftehim ma għandhiex tiġi affettwata.

3.   Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taħt il-paragrafu 1 għandha:

(a)

tistabbilixxi l-ammont xieraq tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, filwaqt li jitqies l-istatus tar-Renju Unit tul dak il-perjodu, kif ukoll il-modalitajiet tal-ħlas ta' dak l-ammont;

(b)

tispeċifika l-livell massimu ta' appoġġ eżentat, kif ukoll il-perċentwali minima tiegħu li għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2;

(c)

tistabbilixxi kwalunkwe miżura oħra li tkun neċessarja għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2;

(d)

tadatta d-dati jew il-perjodi msemmija fl-Artikoli 51, 62, 63, 84, 96, 125, 141, 156, 157 u fl-Annessi IV u V biex tiġi riflessa l-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

IL-ĦAMES PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Kapitolu 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 133

Il-munita li għandha tintuża bejn l-Unjoni u r-Renju Unit

Mingħajr preġudizzju għad-dritt applikabbli tal-Unjoni fir-rigward tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, l-ammonti, obbligazzjonijiet, kalkoli, kontijiet u pagamenti kollha msemmija f’din il-Parti għandhom jitfasslu u jiġu implimentati bl-euro.

Artikolu 134

Faċilità offruta lill-awdituri relattivament għad-dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-Renju Unit għandu jinforma lill-Unjoni dwar l-entitajiet li jkun inkariga biex iwettqu l-awditu tiegħu tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet finanzjarji koperti minn din il-Parti.

Bit-talba tar-Renju Unit, l-Unjoni għandha tipprovdi lil dawk l-entitajiet inkarigati bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ raġonevolment tintalab fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tar-Renju Unit taħt din il-Parti u għandha tipprovdilhom assistenza adegwata biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu tagħhom. Meta tipprovdi informazzjoni u assistenza taħt dan l-Artikolu, l-Unjoni għandha taġixxi f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

L-awtoritajiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni jistgħu jaqblu dwar arranġamenti amministrattivi adegwati biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni paragrafi.

Kapitolu 2

IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT GĦALL-BAĠIT TAL-UNJONI U L-PARTEĊIPAZZJONI TIEGĦU F’DAN

Artikolu 135

Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-Unjoni għas-snin 2019 u 2020 u l-parteċipazzjoni tiegħu f'tali implimentazzjoni

1.   Għas-snin 2019 u 2020, f’konformità mar-Raba’ Parti, ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-Unjoni u jieħu sehem f'tali implimentazzjoni.

2.   Permezz ta’ deroga mir-Raba’ Parti, l-emendi għar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (139) jew għad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom li jiġu adottati fid-data ta', jew wara, id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx ikunu japplikaw għar-Renju Unit sa fejn dawk l-emendi jkollhom impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit.

Artikolu 136

Dispożizzjonijiet applikabbli wara l-31 ta’ Diċembru 2020 relattivament għar-riżorsi proprji

1.   Id-dritt applikabbli tal-Unjoni li jikkonċerna r-riżorsi proprji tal-Unjoni relattivament għas-snin finanzjarji sal-2020 għandu jibqa’ japplika għar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020, inkluż fejn ir-riżorsi proprji kkonċernati jkunu jridu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, jiġu kkoreġuti jew jiġu soġġetti għal aġġustamenti wara dik id-data.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135(2), id-dritt tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi b’mod partikolari l-atti u d-dispożizzjonijiet li ġejjin, inkluża kwalunkwe emenda lilhom, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni, tad-dħul fis-seħħ jew tal-applikazzjoni tal-emenda:

(a)

id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom;

(b)

ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu relattivament għall-imgħax fuq l-ammonti mqiegħda għad-dispożizzjoni tard u l-Artikolu 11 tiegħu relattivament għall-ġestjoni tan-nonparteċipazzjoni;

(c)

ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu relattivament għall-kalkolu tal-bilanċ u l-Artikoli minn 2 sa 8 tiegħu relattivament għall-miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ riżorsi proprji;

(d)

ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (140);

(e)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (141);

(f)

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/195 (142);

(g)

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 (143);

(h)

ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (144) (ir-“Regolament Finanzjarju”);

(i)

l-Artikolu 287 TFUE dwar ir-rwol tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll regoli oħra li jikkonċernaw dik l-istituzzjoni;

(j)

l-Artikolu 325 TFUE dwar il-ġlieda kontra l-frodi u atti relatati, b’mod partikolari r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (145) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (146);

(k)

il-baġits annwali għas-snin finanzjarji sal-2020 jew, fil-każ li l-baġit annwali ma jiġix adottat, ir-regoli applikabbli f’konformità mal-Artikolu 315 TFUE.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli li ġejjin għar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020:

(a)

kwalunkwe ammont li jirriżulta, fir-rigward tar-Renju Unit, minn aġġustamenti għal riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit u minn aġġustamenti relatati mal-eċċess jew mad-defiċit, relattivament għall-finanzjament tal-baġits tal-Unjoni sal-2020 f’konformità mad-dritt tal-Unjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2, għandu jkun dovut mir-Renju Unit jew lir-Renju Unit;

(b)

jekk, f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni li jikkonċerna r-riżorsi proprji tal-Unjoni, id-data li fiha r-riżorsi proprji għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taħbat wara t-28 ta’ Frar 2021, il-ħlas għandu jsir fl-aktar data bikrija msemmija fl-Artikolu 148(1) wara d-data li fiha jkunu se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji;

(c)

għall-fini ta’ ħlas mir-Renju Unit ta’ riżorsi proprji tradizzjonali wara t-28 ta’ Frar 2021, l-ammont ta’ intitolamenti stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir f’konformità mal-Artikoli 2(3) u 10(3) tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom għandu jitnaqqas bis-sehem tar-Renju Unit minn dan l-ammont;

(d)

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim, ir-rappreżentanti jew l-esperti tar-Renju Unit, jew l-esperti nominati mir-Renju Unit jistgħu, fuq stedina, jattendu, eċċezzjonalment, mingħajr drittijiet tal-vot, għal-laqgħat ta’ kwalunkwe kumitat stabbilit bid-dritt applikabbli tal-Unjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, bħal-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji stabbilit mill-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 jew il-Kumitat GNI stabbilit mill-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1287/2003, sa fejn il-ħidma ta' tali kumitati tkun tikkonċerna s-snin finanzjarji sal-2020;

(e)

kwalunkwe korrezzjoni jew aġġustament fir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u l-introjtu nazzjonali gross għandhom isiru biss jekk tittieħed deċiżjoni dwar il-miżuri rilevanti skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028;

(f)

il-kont separat għar-riżorsi proprji tradizzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 għandu jiġi likwidat fis-sħuħija tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2025. Qabel l-20 ta’ Frar 2026, sehem mill-ammonti li jkunu għadhom f’dak il-kont fil-31 ta’ Diċembru 2025 u li ma jkunux ġew soġġetti għal konstatazzjonijiet tal-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea qabel dik id-data taħt il-leġislazzjoni dwar ir-riżorsi proprji għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'mod korrispondenti għas-sehem mill-ammonti mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Unjoni fuq l-ammonti rapportati mir-Renju Unit lill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 137

Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni fl-2019 u fl-2020

1.   F’konformità mar-Raba’ Parti, il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni impenjati taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (“QFP 2014-2020”) jew perspettivi finanzjarji preċedenti għandhom jiġu implimentati fl-2019 u fl-2020 fir-rigward tar-Renju Unit fuq il-bażi tad-dritt applikabbli tal-Unjoni.

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (147) kif japplika fis-sena 2020 ma għandux japplika fir-Renju Unit għas-sena tal-pretensjonijiet 2020. Madankollu, l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tal-iskema tal-pagamenti diretti tar-Renju Unit għas-sena tal-pretensjonijiet 2020, dment li tali skema tkun ekwivalenti għall-iskema tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fis-sena 2020.

2.   Permezz ta’ deroga mir-Raba’ Parti, ir-Renju Unit u proġetti li jinsabu fir-Renju Unit għandhom ikunu eliġibbli biss għal operazzjonijiet finanzjarji mwettqa fi strumenti finanzjarji ġestiti b’mod dirett jew indirett taħt it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju jew operazzjonijiet finanzjarji garantiti mill-baġit tal-Unjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) stabbilit mir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (148) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (149), dment li dawk l-operazzjonijiet finanzjarji jkunu ġew approvati mill-entitajiet u l-korpi, inklużi l-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment (“FEI”), jew minn persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ parti minn dawk l-attivitajiet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, anki jekk l-iffirmar ta’ dawk l-operazzjonijiet finanzjarji jkun sar wara dik id-data. Relattivament għal dawk l-operazzjonijiet finanzjarji approvati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit għandhom jiġu ttrattati bħala entitajiet li jinsabu barra mill-Unjoni.

Artikolu 138

Id-dritt tal-Unjoni applikabbli wara l-31 ta’ Diċembru 2020 relattivament għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni impenjati taħt il-QFP 2014-2020 jew perspettivi finanzjarji preċedenti

1.   Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni impenjati taħt il-QFP 2014-2020 jew perspettivi finanzjarji preċedenti, id-dritt applikabbli tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar korrezzjonijiet finanzjarji u dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għandu jibqa’ japplika għar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020 sa meta jagħlqu dawk il-programmi u attivitajiet tal-Unjoni.

2.   Id-dritt applikabbli tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li ġejjin, inkluża kwalunkwe emenda lil dawk id-dispożizzjonijiet, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni, tad-dħul fis-seħħ jew tal-applikazzjoni tal-emenda:

(a)

ir-Regolament Finanzjarju;

(b)

l-atti bażiċi, fis-sens tal-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li jistabbilixxu programmi jew attivitajiet tal-Unjoni msemmija fir-rimarki tal-baġit li jikkonċernaw titoli, kapitoli, artikoli jew partiti li taħthom ġew impenjati l-approprjazzjonijiet;

(c)

l-Artikolu 299 TFUE dwar l-eżegwibbiltà fir-rigward ta’ obbligi pekunarji;

(d)

l-Artikolu 287 TFUE dwar ir-rwol tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll regoli oħra li jikkonċernaw dik l-istituzzjoni;

(e)

l-Artikolu 325 TFUE dwar il-ġlieda kontra l-frodi u atti relatati, b’mod partikolari r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7, ir-rappreżentanti jew l-esperti tar-Renju Unit, jew esperti nominati mir-Renju Unit, jistgħu, fuq stedina, jattendu, eċċezzjonalment, mingħajr drittijiet tal-vot, għal laqgħat tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-programmi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dak id-dritt, sa fejn il-ħidma tagħhom tkun tikkonċerna s-snin finanzjarji sal-2020.

4.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8, ir-Renju Unit għandu jkollu aċċess, sa fejn ikun strettament neċessarju għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, għan-netwerks, għas-sistemi ta’ informazzjoni u għall-bażijiet ta’ data stabbiliti taħt l-atti bażiċi rilevanti jew mir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati derivati minn dawk l-atti bażiċi.

5.   Bi proposta mill-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 165(1), il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 166, miżuri tekniċi biex jiffaċilita l-għeluq tal-programmi u attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew biex jeżenta lir-Renju Unit mill-obbligi li jieħu azzjonijiet, matul jew wara l-għeluq ta’ dawk il-programmi u attivitajiet, li ma jkunux rilevanti għal ex Stat Membru, dment li tali miżuri tekniċi jkunu jirrispettaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u ma jirriżultawx f’vantaġġ favur ir-Renju Unit jew il-benefiċjarji tar-Renju Unit meta mqabbla mal-Istati Membri jew mal-pajjiżi terzi li jieħdu sehem fl-istess programmi u attivitajiet finanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 139

Sehem tar-Renju Unit

Is-sehem tar-Renju Unit imsemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 136(3), u fl-Artikoli minn 140 sa 147 għandu jkun perċentwal ikkalkolat bħala l-proporzjon bejn ir-riżorsi proprji mqiegħda għad-dispożizzjoni mir-Renju Unit fis-snin 2014 sal-2020 u r-riżorsi proprji mqiegħda għad-dispożizzjoni matul dak il-perjodu mill-Istati Membri kollha u mir-Renju Unit kif aġġustati bl-ammont komunikat lill-Istati Membri qabel l-1 ta’ Frar 2022 f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

Artikolu 140

Impenji pendenti

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli lejn l-Unjoni għas-sehem tar-Renju Unit mill-impenji baġitarji tal-baġit tal-Unjoni u mill-baġits tal-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni li jkunu għadhom pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2020 u għas-sehem tar-Renju Unit mill-impenji stabbiliti fl-2021 dwar ir-riport tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-baġit għall-2020.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-impenji li ġejjin li jkunu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2020:

(a)

dawk l-impenji relatati mal-programmi u mal-korpi li għalihom ikun japplika l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 fir-rigward tar-Renju Unit;

(b)

dawk l-impenji finanzjati minn dħul assenjat fil-baġit tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, l-ammont tal-impenji tagħhom imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni biss b’mod proporzjonat għas-sehem tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni fid-dħul globali tagħhom għall-perjodu 2014-2020.

2.   L-Unjoni għandha tikkalkola l-ammont tal-impenji msemmija fil-paragrafu 1 fil-31 ta’ Diċembru 2020. Hija għandha tikkomunika dak l-ammont lir-Renju Unit sal-31 ta’ Marzu 2021, filwaqt li żżid lista bil-kjavi ta’ referenza ta’ kull impenn, bil-linji baġitarji assoċjati u bl-ammont għal kull linja baġitarja assoċjata.

3.   L-Unjoni għandha, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, mill-2022 ’il quddiem, fir-rigward tal-impenji msemmija fil-paragrafu 1, tikkomunika lir-Renju Unit:

(a)

informazzjoni dwar l-ammont tal-impenji li jkunu pendenti fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u dwar il-pagamenti u d-diżimpenji magħmula fis-sena ta’ qabel, inkluż aġġornament tal-lista msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

stima tal-pagamenti mistennija fis-sena kurrenti fuq il-bażi tal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit;

(c)

stima tal-kontribuzzjoni mistennija tar-Renju Unit għall-pagamenti msemmija fil-punt (b); u

(d)

informazzjoni oħra, bħal previżjoni tal-pagamenti fuq terminu medju.

4.   L-ammont annwali pagabbli għandu jiġi kkalkolat bħala s-sehem tar-Renju Unit mill-istima msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 aġġustat bid-differenza bejn il-pagamenti magħmula mir-Renju Unit fis-sena ta’ qabel u s-sehem tar-Renju Unit mill-pagamenti magħmula mill-Unjoni fis-sena ta’ qabel fuq l-impenji pendenti msemmija fil-paragrafu 1, imnaqqas bl-ammont ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti relattivament għall-programmi u attivitajiet finanzjati taħt il-QFP 2014-2020 jew perspettivi finanzjarji preċedenti u mnaqqas bir-rikavat ta’ kwalunkwe proċedura ta’ ksur li tikkonċerna n-nuqqas minn Stat Membru milli jagħmel riżorsi proprji disponibbli relattivament għaas-snin finanzjarji sal-2020, dment li dawk l-ammonti jkunu ġew riċevuti mill-baġit fis-sena ta’ qabel u jkunu definittivi. L-ammont annwali pagabbli mir-Renju Unit ma għandux ikun aġġustat fis-sena partikolari.

Fl-2021, l-ammont annwali pagabbli mir-Renju Unit għandu jitnaqqas bis-sehem tar-Renju Unit fil-finanzjament tal-baġit għall-2020 tal-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati mill-2020 għall-2021 f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Finanzjarju u bis-sehem tar-Renju Unit mill-ammont totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Unjoni f’Jannar u fi Frar tal-2021 li fir-rigward tagħhom l-intitolamenti tal-Unjoni jkunu ġew stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 f’Novembru u f’Diċembru 2020. L-Unjoni għandha tirrimborża wkoll lir-Renju Unit is-sehem tar-Renju Unit mill-ammont totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri wara l-31 ta’ Diċembru 2020 għal merkanzija rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward tat-terminazzjoni jew ta’ kwittanza ta’ ħżin temporanju jew ta’ proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 49(2) mibdija qabel jew f’din id-data.

5.   Fuq it-talba tar-Renju Unit, magħmula mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2028, l-Unjoni għandha tagħmel stima tal-ammonti li jifdal li jridu jitħallsu mir-Renju Unit taħt dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ regola li tieħu f’kunsiderazzjoni l-ammont ta’ impenji pendenti fi tmiem is-sena u stima ta’ kwalunkwe diżimpenn fuq dawk l-impenji pendenti, kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja u kwalunkwe rikavat mill-proċeduri ta’ ksur wara tmiem is-sena. Wara l-konferma mir-Renju Unit tal-aċċettazzjoni tal-proposta lill-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 165(1) u lill-Kumitat Konġunt, ir-Renju Unit għandu jħallas l-ammont stmat, kif aġġustat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, relattivament għall-pagamenti magħmula mir-Renju Unit fis-sena ta’ qabel. Il-pagament tal-ammonti msemmija f'dan il-paragrafu għandu jelimina l-obbligi li jifdal tar-Renju Unit jew tal-Unjoni taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 141

Multi li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2020

1.   Fir-rigward ta’ multa li tittieħed deċiżjoni dwarha mill-Unjoni qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2020 li tkun saret definittiva u li ma tkunx tikkostitwixxi dħul assenjat, l-Unjoni għandha tirrimborża r-Renju Unit għas-sehem tiegħu mill-ammont tal-multa miġbur mill-Unjoni, sakemm dak l-ammont ma jkunx diġà ġie reġistrat bħala dħul baġitarju fil-baġit tal-Unjoni qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2020.

2.   Fir-rigward ta’ multa li dwarha tittieħed deċiżjoni mill-Unjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2020 fi proċedura msemmija fl-Artikolu 92(1), l-Unjoni għandha tirrimborża lir-Renju Unit għas-sehem tiegħu mill-ammont tal-multa miġbur mill-Unjoni ladarba dik il-multa tkun saret definittiva.

Artikolu 142

Obbligazzjonijiet tal-Unjoni fi tmiem l-2020

1.   Ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli lejn l-Unjoni għas-sehem tiegħu mill-finanzjament tal-obbligazzjonijiet tal-Unjoni assunti sal-31 ta’ Diċembru 2020, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet b’assi korrispondenti, inklużi: assi ta’ self ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni u l-obbligazzjonijiet assoċjati skont il-karta bilanċjali, assi li jikkorrispondu għal proprjetà, għal impjant u għal tagħmir u dispożizzjonijiet relatati mal-iżmantellament tas-siti nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, u l-obbligi kollha relatati ma' leases, assi intanġibbli u inventarji, kwalunkwe assi u obbligazzjoni relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-munita barranija, introjtu akkumulat u differit u d-dispożizzjonijiet kollha għajr fir-rigward ta’ multi, ta’ proċedimenti legali u ta’ obbligazzjonijiet ta’ garanziji finanzjarji; u

(b)

obbligazzjonijiet u assi li jkunu relatati mal-operazzjoni tal-baġit u mal-ġestjoni tar-riżorsi proprji, inklużi l-avvanzi ta’ qabel il-finanzjament li jkunu pendenti, ir-riċevibbli, il-flus kontanti, il-pagabbli u l-imposti dovuti, inklużi dawk relatati mal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija jew diġà inklużi fl-impenji pendenti (RAL).

2.   B’mod partikolari, ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli għas-sehem tiegħu mill-obbligazzjoni tal-Unjoni għad-drittijiet tal-pensjoni u għad-drittijiet għal benefiċċji oħra relatati mal-impjiegi dovuti fil-31 ta’ Diċembru 2020 jew qabel. Il-pagamenti relatati ma’ din l-obbligazzjoni għandhom isiru f’konformità mal-paragrafi 5 u 6.

3.   Mill-2022 'il quddiem, l-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-pagamenti magħmula matul is-sena ta’ qabel li jikkorrispondu għall-obbligazzjonijiet pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2020 u l-ammont tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal dawk il-pagamenti.

4.   Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, mill-2022 'il quddiem, l-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit dokument speċifiku dwar il-pensjonijiet relatat mas-sitwazzjoni kif kienet fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel fir-rigward tal-obbligazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, li għandu jipprovdi:

(a)

l-ammonti li jifdal x’jitħallsu relattivament għall-obbligazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 5;

(b)

il-kalkoli magħmula u d-data u s-suppożizzjonijiet użati biex jiġi determinat l-ammont li r-Renju Unit għandu jħallas, sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kurrenti, relattivament għall-pagamenti tal-pensjonijiet tal-persunal u għall-kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni għar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (RKAM) magħmula fis-sena ta’ qabel f’konformità mal-paragrafu 6 u stima ta’ dawk l-ammonti għas-sena kurrenti;

(c)

rigward il-popolazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, informazzjoni dwar in-numri ta’ benefiċjarji attwali u ta’ benefiċjarji futuri stmati tar-reġimi tal-pensjoni tal-persunal u tal-assigurazzjoni tal-mard fi tmiem is-sena ta’ qabel u d-drittijiet akkumulati tagħhom ta’ wara l-impjieg f’dak iż-żmien; u

(d)

l-obbligazzjonijiet pendenti tar-Renju Unit ikkalkolati bl-użu ta' valutazzjonijiet attwarjali magħmula f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku u spjegazzjoni tal-evoluzzjoni ta’ din l-obbligazzjoni meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.

Dak id-dokument jista’ jiġi aġġornat sat-30 ta’ Settembru tal-istess sena biex jirrifletti ċ-ċifri definittivi għas-sena preċedenti.

5.   Fir-rigward tal-obbligazzjoni tar-Renju Unit għad-drittijiet tal-pensjoni u għad-drittijiet għal benefiċċji oħra relatati mal-impjiegi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-pensjonijiet tal-Membri u tad-detenturi ta’ uffiċċju pubbliku ta’ livell għoli tal-UE koperti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom (150), id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (151) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 (152), ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi għall-obbligazzjonijiet hekk kif ikunu reġistrati fil-kontijiet konsolidati tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020 f’10 ħlasijiet parzjali li jibdew mill-31 ta’ Ottubru 2021.

6.   Fir-rigward tal-obbligazzjoni tar-Renju Unit għad-drittijiet tal-pensjoni u għal drittijiet għal benefiċċji oħra relatati mal-impjiegi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward ta’ pensjonijiet ta’ uffiċjali tal-Unjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikoli minn 77 sa 84 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fir-rigward tal-pensjonijiet ta’ persunal temporanju, ta’ persunal kuntrattwali u ta’ assistenti parlamentari stabbiliti f’konformità mal-Artikoli minn 33 sa 40, mal-Artikoli minn 101 sa 114 u mal-Artikolu 135, rispettivament, tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi b’mod annwali għall-pagamenti netti magħmula mill-baġit tal-Unjoni lil kull benefiċjarju u għall-kontribuzzjoni relatata tal-baġit tal-Unjoni għar-RKAM lil kull benefiċjarju jew persuna li jibbenefikaw permezz ta’ benefiċjarju. Il-pagamenti ta’ dik il-kontribuzzjoni għandhom jibdew fit-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-pensjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pagament mir-Renju Unit għandu jkun is-somma tal-pagamenti netti magħmula mill-baġit tal-Unjoni fis-sena preċedenti għal kull benefiċjarju, moltiplikata bis-sehem tar-Renju Unit u b’perċentwal li jkun speċifiku għal kull benefiċjarju (“perċentwal speċifiku”). Il-perċentwal speċifiku għandu jkun kif ġej:

(a)

għal benefiċjarju li jirċievi pensjoni fl-1 ta’ Jannar 2021, il-perċentwal speċifiku għandu jkun ta’ 100 %;

(b)

għal kwalunkwe benefiċjarju ieħor ta’ pensjoni, il-perċentwal speċifiku għandu jiġi kkalkolat bħala l-proporzjon bejn id-drittijiet tal-pensjoni miksuba f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari fl-Anness VIII għal dawn fil-31 ta’ Diċembru 2020 jew qabel, inklużi d-drittijiet tal-pensjoni trasferiti ’l ġewwa f’dik id-data, u d-drittijiet tal-pensjoni miksuba fid-data tal-irtirar jew tal-mewt jekk tiġi qabel, jew fid-data li l-persuna titlaq mill-iskema;

(c)

għall-finijiet tal-kontribuzzjoni tal-baġit għar-RKAM, il-perċentwal speċifiku għandu jiġi kkalkolat bħala l-proporzjon bejn in-numru ta’ snin li matulhom il-benefiċjarju kkontribwixxa għall-iskema tal-pensjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2020 u n-numru totali ta’ snin fl-irtirar li matulhom il-benefiċjarju, jew il-persuna koperta mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li huwa l-bażi għad-drittijiet skont ir-RKAM, ikkontribwixxa għall-iskema tal-pensjonijiet.

Għal benefiċjarju ta’ pensjoni tas-superstiti jew pensjoni tal-orfni stabbilita f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-kalkolu għandu jsir fuq il-bażi tal-karriera tal-persuna koperta minn dawk ir-Regolamenti tal-Persunal li tkun il-bażi għall-pensjoni tas-superstiti jew għall-pensjoni tal-orfni.

Dment li l-obbligazzjoni relattivament għal dan il-paragrafu ma tintemmx, fi kwalunkwe sena partikolari (“sena N”), ir-Renju Unit jista’ jibgħat lill-Unjoni qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena N talba biex titħallas l-obbligazzjoni pendenti fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N. L-Unjoni għandha tistabbilixxi l-ammont tal-obbligazzjoni pendenti relattivament għall-pensjoni u għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg tar-RKAM, bl-użu tal-istess metodoloġija użata fil-punt (d) tal-paragrafu 4. Jekk ir-Renju Unit jaqbel, dan għandu jħallas dak l-ammont f’ħames ħlasijiet parzjali, bl-ewwel ħlas li jseħħ fis-sena N+1. Ir-Renju Unit għandu jkopri wkoll l-obbligazzjoni tiegħu għas-sena N permezz tal-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu. Wara li jitlesta dak il-pagament, u dment li jitlestew il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 5, l-obbligi li jifdal taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu mitmuma. Il-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 165(1) u l-Kumitat Konġunt għandhom jiġu informati b’din is-sitwazzjoni.

Artikolu 143

Obbligazzjonijiet finanzjarji kontinġenti relatati ma’ self għall-assistenza finanzjarja, mal-FEIS, mal-EFSD u mal-mandat ta’ self estern

1.   Ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli lejn l-Unjoni għas-sehem tiegħu mill-obbligazzjonijiet finanzjarji kontinġenti tal-Unjoni li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji li:

(a)

dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni Ewropea qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, fejn tali operazzjonijiet finanzjarji jkunu relatati ma’ self għal assistenza finanzjarja deċiżi f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (153), mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (154), jew mad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdu assistenza makrofinanzjarja lil diversi pajjiżi fuq il-bażi ta’ proviżjonament f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (155) jew mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 (156);

(b)

jkunu ġew approvati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim mill-korpi, entitajiet jew persuni li jkunu direttament inkarigati bl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji relattivament għal garanziji baġitarji li jew ingħataw favur il-BEI permezz tal-FEIS f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/1017 jew permezz tal-mandat ta’ self estern f’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 jew ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 u mad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (157) jew id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (158), jew ingħataw favur kontropartijiet eliġibbli (EFSD).

Fil-31 ta’ Lulju 2019, l-Unjoni għandha tipprovdi lir-Renju Unit b’rapport speċifiku li jikkonċerna dawk l-operazzjonijiet finanzjarji, filwaqt li tipprovdi, għal kull tip ta’ strument, informazzjoni dwar:

(a)

l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn dawk l-operazzjonijiet finanzjarji fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(b)

fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet miżmuma fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim fil-fondi ta’ garanzija jew fil-kontijiet fiduċjarji rispettivi biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (a) u fid-dispożizzjonijiet rispettivi impenjati u li jkunu għadhom mhux imħallsa.

Fil-kontijiet konsolidati tal-Unjoni relatati mas-snin 2019 u 2020, il-pagamenti li jsiru mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2019 u 2020, rispettivament, għandhom jiġu divulgati għall-istess operazzjonijiet finanzjarji kif imsemmija f’dan il-paragrafu iżda li dwarhom tittieħed deċiżjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew wara din.

L-obbligazzjoni tar-Renju Unit lejn l-Unjoni relattivament għall-operazzjonijiet finanzjarji msemmija f’dan il-paragrafu ma għandhiex tkun affettwata minn xi ristrutturar ta’ dawk l-operazzjonijiet finanzjarji. B’mod partikolari, l-espożizzjoni finanzjarja tar-Renju Unit ma għandhiex tiżdied, f’termini nominali, meta mqabbla mas-sitwazzjoni kif kienet eżatt qabel ir-ristrutturar.

2.   Għall-operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tkun responsabbli lejn ir-Renju Unit għas-sehem tiegħu minn:

(a)

kwalunkwe ammont irkuprat mill-Unjoni mingħand debituri inadempjenti jew relatat ma’ pagamenti mhux dovuti; u

(b)

kwalunkwe dħul nett li jirriżulta mid-differenza bejn id-dħul finanzjarju u operazzjonali u l-ispejjeż finanzjarji u operazzjonali, imdaħħla bħala dħul, ġenerali jew assenjat, fil-baġit tal-Unjoni.

Għad-dħul tal-immaniġġar tal-assi tal-proviżjonament ta' strumenti bi proviżjonament, l-Unjoni għandha tikkalkola perċentwal ta' dħul bħala l-proporzjon bejn id-dħul nett tal-immaniġġjar tal-assi tas-sena ta’ qabel u l-proviżjonament totali eżistenti qabel tmiem is-sena ta’ qabel. L-ammont tal-obbligazzjoni lejn ir-Renju Unit għad-dħul tal-immaniġġjar tal-assi tal-proviżjonament għandu jkun l-ammont miksub bil-moltiplikazzjoni tal-proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 5 b’dak il-perċentwal tad-dħul.

3.   Sal-31 ta’ Marzu 2021, għal kull strument imsemmi fil-paragrafu 1 li jipprovdi għall-proviżjonament mill-baġit tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit:

(a)

il-proviżjonament inizjali tagħha, ikkalkolat bħala s-sehem tar-Renju Unit mis-somma:

(i)

tal-provvedimenti magħmula fil-fond ta’ garanzija korrispondenti sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(ii)

tal-ammont tal-provvedimenti impenjati u li jkunu għadhom mhux imħallsa sal-31 ta’ Diċembru 2020; u

(iii)

tal-pagamenti magħmula mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2020 relatati mal-operazzjonijiet finanzjarji li dwarhom tittieħed deċiżjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew wara din; u

(b)

ir-rata predefinita ta’ proviżjonament tagħha, ikkalkolata bħala l-proporzjon tal-proviżjonament inizjali tar-Renju Unit għal dak l-istrument u l-ammont tal-operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 fil-31 ta’ Diċembru 2020 li dwarhom tittieħed deċiżjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

4.   Fil-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, mill-2021 sal-amortizzament, l-iskadenza jew it-terminazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit informazzjoni dwar dawk l-operazzjonijiet finanzjarji. L-informazzjoni għandha tinkludi, għal kull tip ta’ strument:

(a)

l-obbligazzjonijiet kontinġenti pendenti fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel;

(b)

il-pagamenti magħmula fis-sena ta’ qabel mill-Unjoni relattivament għal dawk l-operazzjonijiet finanzjarji u l-ammonti ta' tali pagamenti li jakkumulaw wara l-31 ta’ Diċembru 2020;

(c)

il-proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit u r-rata ta’ proviżjonament kurrenti tiegħu kif stabbiliti fil-paragrafu 5;

(d)

ir-rimborżi magħmula lir-Renju Unit fis-sena ta’ qabel f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 6 u l-ammonti ta' tali rimborżi li akkumulaw wara l-31 ta’ Diċembru 2020;

(e)

l-ammonti rkuprati u d-dħul nett imdaħħal fil-baġit tal-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 għas-sena ta’ qabel;

(f)

jekk ikun hemm bżonn, informazzjoni utli oħra li tikkonċerna l-operazzjonijiet finanzjarji fis-sena ta’ qabel.

5.   Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, għal kull strument imsemmi fil-paragrafu 1, fejn l-att bażiku jistabbilixxi proviżjonament mill-baġit tal-Unjoni, l-Unjoni għandha:

(a)

tikkalkola l-proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit, definit bħala l-ammont tal-proviżjonament inizjali tar-Renju Unit imnaqqas:

(i)

bis-sehem tar-Renju Unit mill-pagamenti akkumulati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 magħmula mill-baġit tal-Unjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2020 relattivament għall-operazzjonijiet finanzjarji li dwarhom tittieħed deċiżjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(ii)

bis-sehem tar-Renju Unit mill-ammont ta’ diżimpenji magħmula fis-snin ta’ qabel fuq l-impenji pendenti msemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kif ikkomunikat skont l-Artikolu 140(3);

(iii)

bil-livell akkumulat ta’ rimborżi magħmula lir-Renju Unit mill-1 ta’ Jannar 2021 'il quddiem, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 4;

(b)

tikkomunika lir-Renju Unit ir-rata ta’ proviżjonament kurrenti definita bħala l-proporzjon bejn il-proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit u l-ammont ta’ operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4.

6.   Kull sena mill-2022 ’il quddiem:

(a)

jekk ir-rata ta’ proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit għal strument teċċedi r-rata ta’ proviżjonament predefinita tagħha għal dak l-istrument, l-Unjoni għandha tkun responsabbli lejn ir-Renju Unit għal dak l-istrument għall-ammont miksub bil-moltiplikazzjoni tal-ammont tal-obbligazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 bid-differenza bejn ir-rata ta’ proviżjonament kurrenti u r-rata predefinita ta’ proviżjonament. L-obbligazzjoni tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit kif ikkalkolat fil-paragrafu 5;

(b)

jekk, f'sena partikolari, ir-rata ta’ proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit għal strument issir negattiva, ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli lejn l-Unjoni għal dak l-istrument għall-ammont tal-proviżjonament kurrenti negattiv. Fis-snin ta’ wara, ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli lejn l-Unjoni għal dak l-istrument għas-sehem tiegħu tal-pagamenti magħmula kif komunikat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u s-sehem tar-Renju Unit mill-ammont ta’ diżimpenji magħmula fis-sena ta’ qabel fuq l-impenji pendenti msemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kif komunikat skont l-Artikolu 140(3).

7.   Jekk il-proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit ikun pożittiv ladarba l-operazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni relatati ma’ strument imsemmija fil-paragrafu 1 jintemmu, l-Unjoni għandha tkun responsabbli lejn ir-Renju Unit għall-ammont tal-proviżjonament kurrenti tar-Renju Unit kif ikkalkolat f’konformità mal-paragrafu 5.

8.   Wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jekk il-pagamenti jsiru mill-baġit tal-Unjoni għall-operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 relattivament għal strument li għalih l-att bażiku ma jistabbilixxix proviżjonament, ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli lejn l-Unjoni għal dak l-istrument għas-sehem tiegħu mill-pagamenti magħmula kif komunikat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4.

9.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, fejn l-obbligazzjonijiet finanzjarji, il-pagamenti, l-irkupri jew ammonti oħra jkunu relatati ma’ operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 iżda ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat b’mod dirett jekk dawn jirriżultawx minn operazzjoni finanzjarja partikolari bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ mutwalizzazzjoni jew subordinazzjoni tar-riskji, l-obbligazzjonijiet finanzjarji, il-pagamenti, l-irkupri jew l-ammonti l-oħra rilevanti li jkunu meħtieġa li jiġu ddeterminati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi pro-rata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn l-ammont tal-operazzjonijiet finanzjarji li dwarhom tittieħed deċiżjoni jew jiġu approvati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim fil-31 ta’ Diċembru tas-sena qabel ma jsir il-kalkolu u l-ammont totali tal-operazzjonijiet finanzjarji fid-data msemmija l-aħħar.

10.   Fejn l-operazzjonijiet finanzjarji kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux amortizzanti, tali operazzjonijiet finanzjarji għandhom jitqiesu bħala amortizzanti wara 10 snin b’mod proporzjonat għall-amortizzament tal-operazzjonijiet ta’ amortizzament li jifdal.

Artikolu 144

Strumenti finanzjarji taħt implimentazzjoni diretta jew indiretta finanzjati bil-programmi tal-QFP 2014-2020 jew taħt perspettivi finanzjarji preċedenti

1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim sal-amortizzament sħiħ tal-operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu, l-Unjoni għandha tidentifika l-operazzjonijiet finanzjarji li:

(a)

qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, tkun ittieħdet deċiżjoni dwarhom mill-Kummissjoni Ewropea u, fejn ikun neċessarju, ikunu ġew approvati mill-istituzzjonijiet finanzjarji li ġew inkarigati mill-Kummissjoni Ewropea bl-implimentazzjoni ta’ strument finanzjarju taħt programm tal-QFP 2014-2020 jew taħt perspettivi finanzjarji preċedenti taħt implimentazzjoni diretta jew indiretta; u

(b)

tkun ittieħdet deċiżjoni dwarhom u, fejn ikun neċessarju, ikunu ġew approvati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew wara din.

Fil-31 ta’ Lulju 2019, fir-rapport imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 143(1), l-Unjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrumenti finanzjarji, taħt implimentazzjoni diretta jew indiretta, finanzjati mill-programmi tal-QFP 2014-2020 jew finanzjati minn perspettivi finanzjarji preċedenti:

(a)

l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-operazzjonijiet li dwarhom tittieħed deċiżjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-entità inkarigata mill-Kummissjoni Ewropea bl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju; u

(b)

il-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni Ewropea għall-istrumenti finanzjarji u l-ammonti impenjati għall-istrumenti finanzjarji li jkunu għadhom ma tħallsux f’dik id-data.

L-obbligazzjoni tal-Unjoni lejn ir-Renju Unit relattivament għall-operazzjonijiet finanzjarji msemmija f'dan il-paragrafu ma għandhiex tkun affettwata minn ristrutturar ta’ dawk l-operazzjonijiet finanzjarji, sa fejn tali ristrutturar ma jżidx l-espożizzjoni finanzjarja lill-kontroparti, f’termini nominali, hekk kif kienet eżatt qabel ir-ristrutturar.

2.   Fil-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, mill-2021 sal-amortizzament, skadenza jew terminazzjoni tagħhom, għal kull strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-informazzjoni disponibbli dwar l-operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 li dwarhom tittieħed deċiżjoni jew li jiġu approvati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u dawk li tittieħed deċiżjoni dwarhom jew li jiġu approvati f’dik id-data jew wara din. Għal kull strument, l-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel li jirriżultaw mill-operazzjonijiet finanzjarji li dwarhom tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea, jew approvati mill-entità inkarigata mill-Kummissjoni Ewropea bl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(b)

l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel li jirriżultaw mill-operazzjonijiet finanzjarji li dwarhom tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea, jew mill-entità inkarigata mill-Kummissjoni Ewropea bl-implimentazzjoni tal-istrument;

(c)

il-proporzjon bejn l-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

il-pagamenti magħmula mill-fond ta’ proviżjonament jew mill-kontijiet fiduċjarji mal-entiatjiet inkarigati, fejn tali pagamenti jkunu relatati mal-operazzjonijiet finanzjarji li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea jew li jkunu ġew approvati mill-entità inkarigata mill-Kummissjoni Ewropea bl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(e)

il-parti tal-ammonti mħallsa lura lill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 209(3) tar-Regolament Finanzjarju, minbarra r-restituzzjonijiet previsti fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, relattivament għall-operazzjonijiet finanzjarji li dwarhom tittieħed deċiżjoni jew li jiġu approvati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(f)

restituzzjonijiet fuq riżorsi tal-istrument finanzjarju fil-fond ta’ proviżjonament jew f'kontijiet fiduċjarji;

(g)

il-parti tal-ammont tal-fond ta’ proviżjonament jew tal-kontijiet fiduċjarji li ma tkunx ġiet żborżata u li ġiet irkuprata mill-Kummissjoni Ewropea;

(h)

jekk ikun hemm bżonn, informazzjoni utli oħra li tikkonċerna l-operazzjonijiet finanzjarji fis-sena ta’ qabel.

3.   L-Unjoni għandha tkun responsabbli lejn ir-Renju Unit għas-sehem tar-Renju Unit minn kwalunkwe ammont imsemmi fil-punt minn (d) sa (g) tal-paragrafu 2.

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, fejn l-obbligazzjonijiet finanzjarji, il-pagamenti, l-irkupri jew ammonti oħra jkunu relatati ma’ operazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 iżda ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat b’mod dirett li dawn jirriżultaw minn operazzjoni finanzjarja partikolari bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ mutwalizzazzjoni jew subordinazzjoni tar-riskji, l-obbligazzjonijiet finanzjarji, il-pagamenti, l-irkupru jew l-ammonti l-oħra rilevanti meħtieġa li jiġu ddeterminati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi pro-rata fuq il-bażi tal-proporzjon imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

Artikolu 145

Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

L-Unjoni għandha tkun responsabbli lejn ir-Renju Unit għas-sehem tiegħu tal-assi netti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f’likwidazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020.

L-Unjoni għandha tirrimborża lir-Renju Unit l-ammont rilevanti f’ħames ħlasijiet parzjali annwali ndaqs fit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, billi tibda mit-30 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 146

Investiment tal-Unjoni fil-FEI

L-Unjoni għandha tkun responsabbli lejn ir-Renju Unit għas-sehem tiegħu mill-investiment tal-Unjoni fil-kapital imħallas tal-FEI fil-31 ta’ Diċembru 2020.

L-Unjoni għandha tirrimborża lir-Renju Unit l-ammont rilevanti f’ħames ħlasijiet parzjali annwali ndaqs fit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, billi tibda mit-30 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 147

Obbligazzjonijiet kontinġenti relatati ma’ kawżi legali

1.   Ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli għas-sehem tiegħu tal-pagamenti meħtieġa għall-kwittanza tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-Unjoni li jsiru dovuti relattivament għal kawżi legali li jikkonċernaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni relatati mal-baġit u, b’mod partikolari, relattivament għar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 jew relattivament għal kawżi legali li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-programmi u tal-politiki tal-Unjoni, dment li l-fatti li jifformaw is-suġġett ta’ dawk il-kawżi jkunu seħħu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.

L-Unjoni għandha tkun responsabbli lejn ir-Renju Unit għas-sehem tiegħu minn kwalunkwe ammont ta’ rkupru sussegwenti relatat mal-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

Artikolu 148

Pagamenti wara l-2020

1.   Id-dati ta’ referenza għall-pagamenti mir-Renju Unit lill-Unjoni jew mill-Unjoni lir-Renju Unit magħmula wara l-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom ikunu t-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena għall-ammonti:

(a)

imsemmija fl-Artikolu 49(2), l-Artikoli 50 u 53, l-Artikolu 62(2), il-punt (e) tal-Artikolu 63(1), u l-Artikoli 63(2), 99(3), u 100(2);

(b)

imsemmija fl-Artikolu 84(1);

(c)

imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 136(3) sad-data ta’ referenza li jmiss wara d-data ta’ aġġustament jew ta’ korrezzjoni;

(d)

li jirriżultaw minn miżuri korrettivi li jridu jittieħdu mir-Renju Unit fir-rigward tar-riżorsi proprji dovuti għas-snin finanzjarji sal-2020 bħala riżultat tal-kontrolli eżegwiti taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 jew ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, sad-data ta’ referenza li jmiss wara d-data tal-miżura korrettiva;

(e)

imsemmija fl-Artikolu 140(4) f’żewġ ħlasijiet parzjali fid-dati ta’ referenza għall-pagamenti, bl-ewwel ħlas parzjali li jammonta għal nofs it-tieni wieħed;

(f)

imsemmija fl-Artikolu 140(5) fit-30 ta’ Ġunju wara l-konferma mir-Renju Unit tal-aċċettazzjoni tal-proposta tal-Unjoni lill-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 165(1) u lill-Kumitat Konġunt;

(g)

imsemmija fl-Artikolu 141, sad-data ta’ referenza li jmiss wara l-aġġustament tar-riżorsi proprji għall-Istati Membri li jirriżultaw mill-entrata definittiva tal-multa fil-baġit tal-Unjoni;

(h)

imsemmija fl-Artikolu 142(1), sad-data ta’ referenza li jmiss wara d-data tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;

(i)

imsemmija fl-Artikolu 142(5) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 142(6), fil-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena;

(j)

imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 142(6), fit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena;

(k)

imsemmija fl-Artikoli 143 u 144, sad-data ta’ referenza li jmiss wara d-data tal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikoli 143(4) u 144(2);

(l)

imsemmija fl-Artikoli 145 u 146;

(m)

imsemmija fl-Artikolu 147(2), sad-data ta’ referenza li jmiss wara d-data tal-komunikazzjoni msemmija fih;

(n)

imsemmija fil-paragrafu 3 bħala mgħax dovut possibbli.

Il-pagamenti għandhom isiru f’erba’ ħlasijiet parzjali ndaqs ta’ kull xahar li jkollhom data ta’ referenza tat-30 ta’ Ġunju u fi tmien ħlasijiet parzjali ndaqs fix-xahar għal pagamenti li jkollhom data ta’ referenza tal-31 ta’ Ottubru. Il-pagamenti kollha għandhom isiru sal-aħħar jum ta’ xogħol ta’ kull xahar, b’bidu mid-data ta’ referenza jew, meta d-data ta’ referenza ma tkunx jum ta’ xogħol, sal-aħħar jum ta’ xogħol qabel id-data ta’ referenza.

2.   Dment li jkun għad hemm pagamenti xi jsiru mill-Unjoni lir-Renju Unit jew mir-Renju Unit lill-Unjoni, l-Unjoni għandha tikkomunika lir-Renju Unit fis-16 ta’ April u fis-16 ta’ Settembru ta’ kull sena dokument li jispeċifika l-ammonti rilevanti li għandhom jitħallsu, espressi f’euro u f’lira Sterlina, fuq il-bażi tar-rata tal-konverżjoni applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-ewwel jum ta’ xogħol tax-xahar. L-Unjoni jew ir-Renju Unit għandhom iħallsu l-ammonti netti sad-dati msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Kwalunkwe dewmien fil-pagamenti mir-Renju Unit lill-Unjoni jew mill-Unjoni lir-Renju Unit għandu jkun soġġett għall-ħlas ta' mgħax f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

Kapitolu 3

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Artikolu 149

Rimborż tal-kapital imħallas

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, f’isem l-Unjoni, jirrimborża lill-Bank of England għall-kapital imħallas ipprovdut mill-Bank of England. Id-data tar-rimborż u arranġamenti prattiċi oħra għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Kapitolu 4

IL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Artikolu 150

L-obbligazzjoni kontinwata tar-Renju Unit u r-rimborż tal-kapital imħallas

1.   Ir-Renju Unit għandu jibqa’ responsabbli, kif stipulat f’dan l-Artikolu, għall-operazzjonijiet finanzjarji approvati mill-BEI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kif speċifikat aktar fil-paragrafu 2 (“operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI”), anki jekk l-espożizzjoni finanzjarja li tirriżulta tiġi assunta fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew wara, u għandu jibqa’ responsabbli għal riskji oħra assunti mill-BEI kif stipulat fit-tieni subparagrafu.

L-obbligazzjoni tar-Renju Unit għandha testendi għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI u għar-riskji tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv u għar-riskji operazzjonali attribwiblbi għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI, f’konformità mal-paragrafu 6. Għal riskji oħra bħal dawn li mhumiex assoċjati ma’ operazzjonijiet finanzjarji speċifiċi u li mhumiex attribwibbli għall-istokk tal-operazzjonijiet finanzjarji mibni wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-ammont tal-obbligazzjoni tar-Renju Unit għandu jkun proporzjonat għall-proporzjon bejn l-espożizzjoni li jifdal dovuta għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI u l-ammont totali ta’ operazzjonijiet finanzjarji fil-mument li fih l-obbligazzjoni tar-Renju Unit tiskatta f’konformità mal-paragrafu 6.

L-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe strateġija ta’ tkabbir tal-BEI ta’ wara l-ħruġ mhijiex koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI għandhom jinkludu self, garanziji, investimenti ta’ fond, investimenti ta’ ekwità, bonds u prodotti sostituti oħra ta’ self, u kwalunkwe operazzjoni oħra ta’ finanzjament, ma’ kontropartijiet jew rigward proġetti ġewwa u barra t-territorju tal-Istati Membri, inklużi operazzjonijiet garantiti minn partijiet terzi li jinkludu l-Istati Membri jew l-Unjoni.

L-obbligazzjoni tar-Renju Unit għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI għandha tapplika fejn l-espożizzjoni finanzjarja tal-BEI:

(a)

tkun ibbażata fuq approvazzjoni mill-Bord tad-Direttiuri tal-BEI mogħtija qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jew tkun ibbażata fuq deċiżjoni adottata fuq il-bażi ta’ delegazzjoni mill-Bord tad-Diretturi mogħtija qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;

(b)

tirriżulta mir-ristrutturar ta’ operazzjoni finanzjarja tal-BEI, sa fejn tali ristrutturar ma jżidx l-espożizzjoni finanzjarja għall-kontroparti, f’termini nominali, hekk kif kienet eżatt qabel ir-ristrutturar;

(c)

tirriżulta minn tibdil f’operazzjoni finanzjarja tal-BEI, fejn dak it-tibdil ikun ġie approvat mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew wara din id-data, sa fejn tali tibdil ma jżidx l-espożizzjoni finanzjarja għall-kontroparti hekk kif kienet eżatt qabel it-tibdil; jew

(d)

tirriżulta mill-parteċipazzjoni istituzzjonali tal-BEI fil-kapital tal-FEI u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, hekk kif kienet eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-limiti fuq l-obbligazzjoni tar-Renju Unit taħt il-paragrafi 3 u 5, l-espożizzjoni tal-BEI fir-rigward tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI li, minħabba n-natura tagħhom, mhumiex soġġetti għal amortizzament, b’mod partikolari investimenti tat-tip ta’ ekwità, mandati rinnovabbli mogħtija lill-FEI, u l-parteċipazzjoni fil-kapital tal-FEI u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, għandha titqies li tamortizza kif ġej: għal perjodu ta’ 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-ammont tal-espożizzjoni mhux amortizzanti taħt l-operazzjoni finanzjarja tal-BEI għandu jitqies li jibqa’ fl-ammont kif approvat mill-BEI qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, imnaqqas permezz ta' kwalunkwe dispożizzjoni magħmula mill-BEI minn din id-data. Wara dan il-perjodu, l-ammont għandu jitqies bħala wieħed li qed jonqos b’mod proporzjonat għall-amortizzament tal-espożizzjoni amortizzanti li jifdal fir-rigward tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-Renju Unit għandu jkun obbligat għas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt mhux eżerċitat tal-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Ir-Renju Unit għandu jagħmel pagamenti lill-BEI, sal-ammont tal-obbligazzjoni tiegħu taħt dan il-paragrafu, meta l-obbligazzjoni tiegħu tiskatta f’konformità mal-paragrafu 6.

Dik l-obbligazzjoni totali skont dan il-paragrafu qatt ma għandha teċċedi l-ammont tas-sehem tar-Renju Unit fil-kapital sottoskritt mhux eżerċitat tal-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Meta l-ammont tal-espożizzjoni li jifdal tal-BEI taħt l-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI msemmija fil-paragrafu 1 ikun anqas mill-ammont totali ta’ kapital sottoskritt tal-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-ammont tal-obbligazzjoni tar-Renju Unit skont dan il-paragrafu għandu, fi kwalunkwe ħin, ikun limitat għall-ammont miksub bl-applikazzjoni tal-proporzjon tal-kapital sottoskritt mir-Renju Unit tal-BEI u l-kapital sottoskritt totali tal-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim (“is-sehem tar-Renju Unit fil-kapital sottoskritt”) għad-differenza bejn l-ammont ta’ dik l-espożizzjoni li jifdal f’dak iż-żmien, u l-kapital sottoskritt imħallas totali tal-BEI hekk kif kien qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

4.   Il-BEI għandu jħallas lir-Renju Unit f’isem l-Unjoni ammont daqs is-sehem tar-Renju Unit fil-kapital sottoskritt imħallas tal-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dak il-pagament għandu jsir f’konformità mal-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Dan għandu jsir fi 12-il ħlas parzjali annwali. L-ewwel 11-il ħlas parzjali, li lkoll jammontaw għal EUR 300 000 000, għandhom ikunu dovuti fil-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-ewwel darba fl-2019. Il-bilanċ ta’ EUR 195 903 950 għandu jkun dovut fil-15 ta’ Diċembru 2030. Il-pagamenti magħmula f’konformità ma’ dan il-paragrafu ma għandhomx jilliberaw lir-Renju Unit mill-obbligazzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 5.

5.   Minbarra l-obbligazzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 3, għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-Renju Unit għandu jkun obbligat għall-kapital sottoskritt imħallas tiegħu tal-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Ir-Renju Unit għandu jagħmel pagamenti lill-BEI, sal-ammont tal-obbligazzjoni tiegħu, f’konformità ma’ dan il-paragrafu, meta l-obbligazzjoni tiegħu tiskatta taħt il-paragrafu 6.

L-obbligazzjoni totali taħt dan il-paragrafu qatt ma għandha teċċedi l-ammont tal-kapital sottoskritt imħallas tar-Renju Unit fil-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Meta l-espożizzjoni li jifdal tal-BEI fir-rigward tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI msemmija fil-paragrafu 1 tkun anqas mill-kapital sottoskritt imħallas totali tal-BEI hekk kif kien eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-ammont tal-obbligazzjoni tar-Renju Unit taħt dan il-paragrafu għandu, fi kwalunkwe waqt, ikun limitat għal ammont miksub bl-applikazzjoni tal-proporzjon tas-sehem tar-Renju Unit fil-kapital sottoskritt għall-ammont ta’ dik l-espożizzjoni li jifdal f’dak iż-żmien.

6.   L-obbligazzjoni tar-Renju Unit f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tiskatta, fuq bażi pari passu fir-rigward tal-Istati Membri, f’każ li l-BEI jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu pagamenti fir-rigward tal-kapital sottoskritt mhux eżerċitat tagħhom jew meta jintuża l-kapital sottoskritt imħallas tal-Istati Membri.

Meta tiskatta l-obbligazzjoni tar-Renju Unit skont il-paragrafu 3, ir-Renju Unit għandu jħallas l-ammont dovut lill-BEI taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-Istati Membri (inklużi l-kalendarju u t-termini tal-pagament), kif deċiż mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI fiż-żmien rilevanti. Id-deċiżjoni tal-BEI li jesiġi lill-Istati Membri jagħmlu pagamenti fir-rigward tal-kapital sottoskritt mhux eżerċitat tagħhom tista’, b’mod partikolari, tkun relatata man-natura tal-avvenimenti ta’ riskju sottostanti u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-BEI fid-dawl tal-obbligi ta’ ħlas tiegħu, tal-istat tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tiegħu, tal-pożizzjoni tiegħu fis-swieq kapitali, u tal-provvedimenti tal-ippjanar ta’ kontinġenza u ta’ rkupru tiegħu kif applikabbli fiż-żmien rilevanti.

Meta tiskatta l-obbligazzjoni tar-Renju Unit skont il-paragrafu 5, ir-Renju Unit għandu jħallas l-ammont dovut lill-BEI, f’euro, fi żmien 30 jum mill-ewwel domanda mill-BEI, u soġġett għar-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-obbligazzjoni tar-Renju Unit skattata f’konformità mal-paragrafu 5 għandha tiġi sodisfatta mis-sehem tar-Renju Unit fil-kapital sottoskritt imħallas tal-BEI hekk kif ikun eżatt qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim sal-ammont li ma jkunx għadu tħallas lir-Renju Unit f’konformità mal-paragrafu 4. L-ammont ta’ pagamenti parzjali annwali msemmija fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas kif adatt. Jekk l-obbligazzjoni tar-Renju Unit ma tkunx tista’ tiġi sodisfatta għalkollox f’konformità ma’ dan il-metodu, ir-Renju Unit għandu jħallas lill-BEI l-ammont dovut li jifdal.

F’kull każ, il-BEI għandu, f’isem l-Unjoni, jistabbilixxi l-attribuzzjoni tal-avvenimenti sottostanti għall-iskattar tal-obbligazzjoni tar-Renju Unit għall-istokk rilevanti tal-operazzjonijiet finanzjarji jew tar-riskji finanzjarji u l-ammont li r-Renju Unit ikun obbligat iħallas lill-BEI kif ġej:

(a)

sa fejn l-avvenimenti sottostanti jkunu attribwibbli għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI, jew ikunu attribwibbli għar-riskju assoċjat ta’ ġestjoni tal-attiv u l-passiv jew għar-riskju operazzjonali, ir-Renju Unit għandu jħallas lill-BEI ammont ugwali għas-sehem tar-Renju Unit fil-kapital sottoskritt mis-somma totali li l-Istati Membri huma meħtieġa jħallsu, jew ammont daqs is-sehem tar-Renju Unit fil-kapital sottoskritt mis-somma totali li biha jintuża l-kapital sottoskritt imħallas tal-Istati Membri, rispettivament;

(b)

sa fejn l-avvenimenti sottostanti jkunu attribwibbli għal riskji oħra, u ma jkunux attribwibbli għal kwalunkwe operazzjoni finanzjarja speċifika jew għall-istokk ta’ operazzjonijiet finanzjarji mibni wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit għandu jħallas lill-BEI l-ammont li jirriżulta mill-punt (a) moltiplikat bil-proporzjon tal-espożizzjoni li jifdal dovuta għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI għall-ammont totali ta’ operazzjonijiet finanzjarji fiż-żmien li fih tiskatta l-obbligazzjoni tar-Renju Unit.

7.   Ħlief għall-pagamenti previsti fil-paragrafu 4, il-BEI ma għandux ikun obbligat jagħmel xi pagament, restituzzjoni jew remunerazzjoni oħra fir-rigward tat-terminazzjoni tas-sħubija tar-Renju Unit fil-BEI jew fir-rigward taż-żamma mir-Renju Unit ta’ obbligazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

8.   Fil-31 ta’ Lulju 2019, il-BEI għandu jikkomunika lir-Renju Unit l-espożizzjoni tar-Renju Unit taħt l-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI, u l-limitu fuq l-obbligazzjoni tar-Renju Unit f’konformità mal-paragrafi 3 u 5, filwaqt li jirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja tal-BEI u l-obbligazzjoni tar-Renju Unit fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Fil-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, mill-2020 'il quddiem, sa tmiem l-obbligazzjoni tar-Renju Unit f’konformità ma’ dan l-Artikolu, il-BEI għandu jikkomunika lir-Renju Unit l-espożizzjoni li jifdal tar-Renju Unit taħt l-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI, u l-limitu fuq l-obbligazzjoni tar-Renju Unit f’konformità mal-paragrafi 3 u 5, filwaqt li jirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja tal-BEI u l-obbligazzjoni tar-Renju Unit fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel. Ir-rapport għandu jiddivulga wkoll kwalunkwe tibdil materjali li, fil-fehma tal-BEI, ikollu impatt materjali fuq l-obbligazzjoni tar-Renju Unit. Il-BEI għandu jipprovdi wkoll informazzjoni puntwali jekk tali tibdil iseħħ matul is-sena.

Il-BEI għandu jipprovdi lir-Renju Unit b’informazzjoni puntwali rigward kwalunkwe skattar futur tal-obbligazzjoni tar-Renju Unit taħt dan l-Artikolu, f’konformità mal-informazzjoni pprovduta lill-Istati Membri. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar in-natura tal-avveniment skattatur u l-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu. Ir-Renju Unit għandu jittratta dik l-informazzjoni bħala strettament kunfidenzjali sa meta l-BEI jneħħi l-kunfidenzjalità jew sa meta tiskatta l-obbligazzjoni tar-Renju Unit, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel.

Artikolu 151

Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-grupp tal-BEI wara d-data tal-ħruġ

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, la r-Renju Unit u lanqas proġetti li jinsabu fir-Renju Unit ma għandhom ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet finanzjarji ġodda mill-grupp tal-BEI li huma riżervati għall-Istati Membri, inklużi dawk taħt il-mandati tal-Unjoni. L-entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit għandhom jiġu ttrattati bħala entitajiet li jinsabu barra mill-Unjoni.

L-iffirmar tal-operazzjonijiet finanzjarji relatati mar-Renju Unit, ma' entitajiet tar-Renju Unit, jew ma' proġetti tar-Renju Unit approvati mill-grupp tal-BEI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jista’ jseħħ wara dik id-data fuq l-istess bażi bħal dik li fuqha jkunu ġew approvati oriġinarjament.

Kapitolu 5

IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP U L-GARANZIJA TAR-RENJU UNIT TAĦT IL-FTEHIMIET INTERNI TAL-FEŻ

Artikolu 152

Il-parteċipazzjoni fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

1.   Ir-Renju Unit għandu jibqa’ parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”) sal-għeluq tal-Ħdax-il FEŻ u tal-FEŻ mhux magħluqa preċedenti kollha, u f’dan ir-rigward għandu jassumi l-istess obbligi bħall-Istati Membri taħt il-Ftehim Intern permezz tiegħu kien ġie stabbilit (“il-Ftehim Intern tal-Ħdax-il FEŻ”) (159), u għandu jassumi l-obbligi li jirriżultaw mill-FEŻ preċedenti sal-għeluq tagħhom, inkluż kwalunkwe tali obbligu taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2015/322 (160) u (UE) 2015/323 (161), soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim. Ir-Renju Unit għandu jkun marbut bid-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet annwali tal-Istati Membri kif adottati skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2015/323. Il-benefiċjarji fir-Renju Unit għandhom jibqgħu eliġibbli biex jieħdu sehem fi proġetti taħt il-Ħdax-il FEŻ u l-FEŻ preċedenti taħt l-istess kundizzjonijiet li kien hemm qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit jista’ jieħu sehem, bħala osservatur u mingħajr drittijiet tal-vot, fil-Kumitat tal-FEŻ kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern tal-Ħdax-il FEŻ u fil-Kumitat tal-Faċilità ta’ Investiment kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern tal-Ħdax-il FEŻ.

3.   Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) għandhom jibbenefikaw mill-Ħdax-il FEŻ sal-għeluq tiegħu u minn FEŻ preċedenti sal-għeluq tagħhom.

4.   Is-sehem tar-Renju Unit fil-Faċilità ta’ Investiment tal-FEŻ minn perjodi suċċessivi tal-FEŻ għandu jiġi rimborżat lir-Renju Unit hekk kif jimmatura l-investiment. Il-metodu biex isir dan ir-rimborż għandu jkun l-istess bħall-metodu stabbilit fl-Artikolu 144. Sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor, is-sehem tar-Renju Unit fil-kapital ma għandux jiġi re-impenjat lil hinn minn tmiem il-perjodu ta’ impenn tal-Ħdax-il FEŻ jew jiġi riportat f’perjodi sussegwenti.

Artikolu 153

Użu mill-ġdid tad-diżimpenji

Fejn l-ammonti minn proġetti taħt l-Għaxar FEŻ jew l-ammonti minn FEŻ preċedenti ma jkunux ġew impenjati f’konformità mal-Artikolu 1(3) tal-Ftehim Intern tal-Ħdax-il FEŻ, jew ikunu ġew diżimpenjati f’konformità mal-Artikolu 1(4) tal-Ftehim Intern tal-Ħdax-il FEŻ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sehem tar-Renju Unit f'dawk l-ammonti ma għandux jerġa’ jintuża.

L-ewwel paragrafu għandu japplika għas-sehem tar-Renju Unit fil-fondi mhux impenjati jew diżimpenjati taħt il-Ħdax-il FEŻ wara l-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 154

Il-garanzija tar-Renju Unit taħt il-Ftehimiet Interni suċċessivi tal-FEŻ.

Ir-Renju Unit għandu jibqa’ obbligat rigward il-garanziji tiegħu taħt l-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern tar-Raba' FEŻ (162), l-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern tal-Ħames (163) FEŻ, tas-Sitt (164) FEŻ, tas-Seba' (165) FEŻ u tat-Tmien FEŻ (166), l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern tad-Disa' FEŻ (167) u l-Artikolu 4 tal-Ftehim Intern tal-Għaxar FEŻ (168) u tal-Ħdax-il FEŻ.

Ir-Renju Unit għandu jibqa’ intitolat għas-sehem tiegħu minn kwalunkwe ammont irkuprat taħt it-termini tal-garanziji tal-Istati Membri u għall-bilanċ tal-kont tiegħu ta’ Stat Membru. Is-sehem tar-Renju Unit msemmi f'dan is-subparagrafu għandu proporzjonat mal-parteċipazzjoni rispettiva tiegħu f'kull ftehim ta' garanzija.

Kapitolu 6

FONDI FIDUĊJARJI U FAĊILITÀ GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Artikolu 155

Impenji favur il-Fondi Fiduċjarji u l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija

1.   Ir-Renju Unit għandu jonora l-impenji li jkun ħa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim favur il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabbiltà u li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2015 (169), għal kwalunkwe Fond Fiduċjarju futur tal-Unjoni Ewropea stabbilit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u għall-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, stabbilita bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2015 (170) u kwalunkwe emenda lilhom adottata qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

2.   Ir-Renju Unit jista’ jieħu sehem fil-korpi rilevanti relatati mal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, billi jsegwi r-regoli stabbiliti għad-donaturi f’konformità mal-Artikolu 234(4) tar-Regolament Finanzjarju.

Kapitolu 7

AĠENZIJI TAL-KUNSILL U OPERAZZJONIJIET KOMUNI TAL-POLITIKA TAS-SIGURTÀ U TAD-DIFIŻA

Artikolu 156

L-obbligi tar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

Sal-31 ta’ Diċembru 2020, ir-Renju Unit għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, għall-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà, u għaċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-ispejjeż tal-operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni, fuq il-bażi tal-kjavi ta’ kontribuzzjoni stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 14(9) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1353 (171), fl-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/75/PESK (172), fl-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK (173) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rispettivament, u f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 157

L-obbligi tar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020

1.   Fuq il-bażi tal-kontijiet tal-aġenziji, sa fejn l-obbligazzjonijiet rilevanti ma jkunux ġew proviżjonati fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-Renju Unit għandu jħallas is-sehem tiegħu fl-obbligazzjonijiet li ġejjin f’konformità mal-kjavi ta’ kontribuzzjoni tiegħu għal kull waħda minn dawk l-aġenziji fuq il-bażi tal-kontijiet awditjati tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2020:

(a)

l-obbligazzjonijiet tal-pensjoni għall-persunal tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, tal-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà, u taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea;

(b)

kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta mil-likwidazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-Punent.

2.   Il-pagament relattivament għall-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jsir sat-30 ta’ Ġunju 2021.

IS-SITT PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINALI

TITOLU I

INTERPRETAZZJONI U APPLIKAZZJONI KONSISTENTI

Artikolu 158

Referenzi għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward it-Tieni Parti

1.   Fejn, f’kawża li tkun inbdiet fi prim’istanza fi żmien 8 snin minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni quddiem qorti jew tribunal fir-Renju Unit, tqum kwistjoni rigward l-interpretazzjoni tat-Tieni Parti ta’ dan il-Ftehim, u fejn dik il-qorti jew dak it-tribunal iqisu li deċiżjoni dwar dik il-kwistjoni tkun neċessarja biex ikunu jistgħu jagħtu sentenza f’dik il-kawża, dik il-qorti jew dak it-tribunal jistgħu jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tagħti deċiżjoni preliminari dwar dik il-kwistjoni.

Madankollu, fejn is-suġġett tal-kawża quddiem il-qorti jew it-tribunal fir-Renju Unit ikun deċiżjoni dwar applikazzjoni magħmula taħt l-Artikolu 18(1) jew (4) jew taħt l-Artikolu 19, talba għal deċiżjoni preliminari tista’ ssir biss fejn il-kawża tinfetaħ fi prim’istanza fi żmien perjodu ta’ 8 snin mid-data li minnha japplika l-Artikolu 19.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti deċiżjonijiet preliminari taħt il-paragrafu 1. L-effetti legali fir-Renju Unit ta’ tali deċiżjonijiet preliminari għandhom ikunu l-istess bħall-effetti legali ta' deċiżjonijiet preliminari mogħtija taħt l-Artikolu 267 TFUE fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha.

3.   F'każ li l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 132(1), il-perjodu ta’ tmien snin imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi estiż awtomatikament bl-ammont korrispondenti ta' xhur li jkun ġie estiż il-perjodu ta' tranżizzjoni.

Artikolu 159

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni tat-Tieni Parti

1.   Fir-Renju Unit, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tat-Tieni Parti għandhom jiġu ssorveljati minn awtorità indipendenti (l-“Awtorità”) li għandu jkollha setgħat ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea kif taġixxi taħt it-Trattati biex twettaq inkjesti fuq inizjattiva tagħha stess rigward allegat ksur tat-Tieni Parti mill-awtoritajiet amministrattivi tar-Renju Unit u biex tirċievi lmenti mingħand ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom għall-finijiet ta’ twettiq ta' tali inkjesti. L-Awtorità għandu jkollha wkoll id-dritt, konsegwentement għal tali lmenti, li tistitwixxi kawża legali quddiem qorti kompetenti jew tribunal fir-Renju Unit fi proċedura ġudizzjarja xierqa bl-għan li tfittex rimedju adegwat.

2.   Kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-Awtorità għandhom, ta’ kull sena, jinformaw lill-Kumitat dwar id-drittijiet taċ-ċittadini msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 165(1) dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tat-Tieni Parti fl-Unjoni u fir-Renju Unit, rispettivament. L-informazzjoni pprovduta għandha, b’mod partikolari, tkopri miżuri meħuda biex tiġi implimentata jew rispettata t-Tieni Parti u n-numru u n-natura tal-ilmenti riċevuti.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta, mhux qabel 8 snin minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-funzjonament tal-Awtorità. Konsegwentement għal tali valutazzjoni, huwa jista’ jiddeċiedi, bona fide, taħt il-punt (f) tal-Artikolu 164(4) u l-Artikolu 166, li r-Renju Unit jista’ jabolixxi l-Awtorità.

Artikolu 160

Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ħames Parti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87 ta’ dan il-Ftehim, l-Artikoli 258, 260 u 267 TFUE għandhom japplikaw fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt applikabbli tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 136 u fl-Artikolu 138(1) jew (2) ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, kull referenza li ssir fl-Artikoli 258, 260 u 267 TFUE għal Stat Membru għandha tinftiehem li tinkludi lir-Renju Unit.

Artikolu 161

Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.   Fejn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru jirreferi kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni preliminari, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali li jkun fiha dik il-kwistjoni għandha tiġi notifikata lir-Renju Unit.

2.   Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw proċeduri istitwiti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 267 TFUE għandhom japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li saru taħt l-Artikolu 158 ta’ dan il-Ftehim.

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u t-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari magħmula f’konformità mal-Artikolu 160 ta’ dan il-Ftehim.

3.   Fil-każijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-paragrafu 1 u l-Artikoli 158 u 160 ta' dan il-Ftehim u l-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrana:

(a)

ir-Renju Unit jista’ jieħu sehem fil-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bl-istess mod bħal Stat Membru;

(b)

l-avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew it-tribunali tar-Renju Unit għandhom ikunu intitolati li jirrappreżentaw jew jassistu kwalunkwe parti f’tali proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; f’tali każijiet dawk l-avukati għandhom f’kull aspett jiġu trattati bħala avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem qrati tal-Istati Membri li jirrappreżentaw jew jassistu parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 162

Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’kawżi pendenti fir-Renju Unit

Fejn l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-Ftehim ikunu jeħtieġu hekk, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-qrati u t-tribunali tar-Renju Unit f’kawżi pendenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-interpretazzjoni tal-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea, bil-permess tal-qorti jew tat-tribunal inkwistjoni, tista’ tagħmel osservazzjonijiet orali wkoll. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lir-Renju Unit bl-intenzjoni tagħha li tippreżenta osservazzjonijiet qabel ma tagħmel formalment tali sottomissjonijiet.

Artikolu 163

Djalogu regolari u skambju tal-informazzjoni

Biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni konsistenti ta’ dan il-Ftehim, u b’rispett sħiħ tal-indipendenza tal-qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-ogħla qrati tar-Renju Unit għandhom jidħlu fi djalogu regolari, analogu għad-djalogu li fih tidħol il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mal-ogħla qrati tal-Istati Membri.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 164

Il-Kumitat Konġunt

1.   B’dan huwa stabbilit Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi kopresedut mill-Unjoni u mir-Renju Unit.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ fuq it-talba tal-Unjoni jew tar-Renju Unit, u fi kwalunkwe każ għandu jiltaqa’ tal-anqas darba fis-sena. Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi l-iskeda tal-laqgħat tiegħu u l-aġenda tiegħu b’kunsens reċiproku. Il-ħidma tal-Kumitat Konġunt għandha tkun regolata mir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Aness VIII ta’ dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Kemm l-Unjoni kif ukoll ir-Renju Unit jistgħu jirreferu lill-Kumitat Konġunt kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu:

(a)

jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b)

jiddeċiedi dwar il-kompiti tal-kumitati speċjalizzati u jissorvelja l-ħidma tagħhom;

(c)

ifittex modi u metodi adatti kif jipprevjeni problemi li jistgħu jqumu f’oqsma koperti minn dan il-Ftehim jew kif jiġu riżolti tilwimiet li jistgħu jqumu rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(d)

jikkunsidra kwalunkwe materja ta’ interess relatata ma’ qasam kopert minn dan il-Ftehim;

(e)

jadotta deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 166; u

(f)

jadotta emendi għal dan il-Ftehim fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim.

5.   Il-Kumitat Konġunt jista’:

(a)

jiddelega responsabbiltajiet lil kumitati speċjalizzati, ħlief dawk ir-responsabbiltajiet imsemmija fil-punti (b), (e) u (f) tal-paragrafu 4;

(b)

jistabbilixxi kumitati speċjalizzati għajr dawk stabbiliti bl-Artikolu 165, biex jassistu lill-Kumitat Konġunt fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu;

(c)

ibiddel il-kompiti assenjati lil kumitati speċjalizzati u jxolji kwalunkwe wieħed minn dawk il-kumitati;

(d)

minbarra fir-rigward tal-Ewwel, ir-Raba’ u s-Sitt Partijiet, sa tmiem ir-raba’ sena wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jadotta deċiżjonijiet li jemendaw dan il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, jindirizzaw omissjonijiet jew nuqqasijiet oħra, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet mhux previsti meta dan il-Ftehim ġie ffirmat, u dment li tali deċiżjonijiet ma jistgħux jemendaw l-elementi essenzjali ta’ dan il-Ftehim;

(e)

jadotta emendi għar-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness VIII; u

(f)

jieħu tali azzjonijiet oħra fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu kif deċiż mill-Unjoni u mir-Renju Unit.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu joħroġ rapport annwali dwar il-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 165

Kumitati speċjalizzati

1.   B’dan huma stabbiliti l-kumitati speċjalizzati li ġejjin:

(a)

il-Kumitat dwar id-drittijiet taċ-ċittadini;

(b)

il-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet ta’ separazzjoni l-oħrajn;

(c)

il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq;

(d)

il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll relatat mal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru;

(e)

il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar Ġibiltà; u

(f)

il-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji.

Dawk il-kumitati speċjalizzati għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Unjoni u rappreżentanti tar-Renju Unit.

2.   Il-ħidma tal-kumitati speċjalizzati għandha tkun regolata mir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dan il-Ftehim.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, jew sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor, il-kumitati speċjalizzati għandhom jiltaqgħu tal-anqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru laqgħat addizzjonali fuq it-talba tal-Unjoni, tar-Renju Unit, jew tal-Kumitat Konġunt. Dawn għandhom jiġu kopreseduti minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Il-kumitati speċjalizzati għandhom jistabbilixxu l-iskeda u l-aġenda tal-laqgħa tagħhom b’kunsens reċiproku. Il-kumitati speċjalizzati jistgħu jfasslu l-abbozzi tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet u jirreferuhom għall-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt.

3.   L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-kumitati speċjalizzati jkollhom l-għarfien espert adegwat fir-rigward tal-kwistjonijiet diskussi.

4.   Il-kumitati speċjalizzati għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt bl-iskedi tal-laqgħat u l-aġendi tagħhom fi żmien suffiċjenti qabel il-laqgħat tagħhom, u għandhom jirrapportaw lill-Kumitat Konġunt dwar ir-riżultati u l-konklużjonijiet ta’ kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Il-ħolqien jew l-eżistenza ta’ kumitat speċjalizzat ma għandux jimpedixxi lill-Unjoni jew lir-Renju Unit milli jressqu kwalunkwe kwistjoni direttament quddiem il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 166

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li għalihom dan il-Ftehim jipprovdi hekk u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Unjoni u lir-Renju Unit.

2.   Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom ikunu vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit, u l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jimplimentaw dawk id-deċiżjonijiet. Dawn għandu jkollhom l-istess effett legali bħal dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu b’kunsens reċiproku.

TITOLU III

RIŻOLUZZJONI TA’ TILWIM

Artikolu 167

Kooperazzjoni

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom f’kull ħin jippruvaw jiftiehmu dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u għandhom jagħmlu kull sforz permezz ta’ koperazzjoni u ta’ konsultazzjonijiet, biex jaslu għal riżoluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti ta' kwalunkwe kwistjoni li tista’ taffettwa l-operazzjoni tiegħu.

Artikolu 168

Esklużività

Għal kwalunkwe tilwima bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li tirriżulta taħt dan il-Ftehim, l-Unjoni u r-Renju Unit għandu jkollhom biss rikors għall-proċeduri pprovduti f’dan il-Ftehim.

Artikolu 169

Konsultazzjonijiet u komunikazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt

1.   L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jirriżolvu kwalunkwe tilwima rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim billi jidħlu f’konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt bona fide, bil-għan li jaslu għal soluzzjoni bi qbil reċiproku. Parti li tkun tixtieq tibda konsultazzjonijiet għandha tipprovdi notifika bil-miktub lill-Kumitat Konġunt.

2.   Kwalunkwe komunikazzjoni jew notifika bejn l-Unjoni u r-Renju Unit prevista f’dan it-Titolu għandha ssir fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 170

Bidu tal-proċedura ta’ arbitraġġ

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 160, jekk ma jkunx intlaħaq qbil reċiproku fi żmien 3 xhur wara li tkun ġiet ipprovduta notifika bil-miktub lill-Kumitat Konġunt f’konformità mal-Artikolu 169(1), l-Unjoni jew ir-Renju Unit jistgħu jitolbu l-istabbiliment ta’ bord ta' arbitraġġ. Tali talba għandha ssir bil-miktub lill-Parti l-oħra u lill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ. It-talba għandha tidentifika s-suġġett tat-tilwim li għandu jitressaq quddiem il-bord ta' arbitraġġ u sommarju tal-argumenti legali li jappoġġaw it-talba.

2.   L-Unjoni u r-Renju Unit jistgħu jaqblu li l-istabbiliment tal-bord ta' arbitraġġ jista’ jintalab qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1.

Artikolu 171

Stabbiliment tal-bord ta’ arbitraġġ

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu, mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li jkunu lesti u kapaċi jservu bħala membri ta' bord ta' arbitraġġ. Għal dak il-għan, l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jipproponu għaxar persuni kull wieħed. L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jipproponu wkoll b'mod konġunt ħames persuni biex jaġixxu bħala president tal-bord ta’ arbitraġġ. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li l-lista tkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti fi kwalunkwe mument.

2.   Il-lista stabbilita taħt il-paragrafu 1 għandha tikkonsisti biss minn persuni li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom, li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra tal-ogħla kariga ġudizzjarja fil-pajjizi rispettivi tagħhom jew li jkunu ġurikonsulti ta’ kompetenza rikonoxxuta, u li jkollhom għarfien speċjalizzat jew esperjenza tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt internazzjonali pubbliku. Dik il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit.

3.   Bord ta’ arbitraġġ għandu jkun magħmul minn ħames membri.

4.   Fi żmien 15-il jum mid-data ta' talba f’konformità mal-Artikolu 170, il-bord għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-paragrafi 5 u 6.

5.   L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jinnominaw żewġ membri kull wieħed minn fost il-persuni fuq il-lista stabbilita taħt il-paragrafu 1. Il-president għandu jiġi magħżul b'konsensus mill-membri tal-bord minn fost il-persuni nnominati b'mod konġunt mill-Unjoni u mir-Renju Unit biex iservu bħala president.

F’każ li l-membri tal-bord ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-għażla tal-president fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 4, l-Unjoni jew ir-Renju Unit jistgħu jitolbu lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ biex jagħżel lill-president bil-polza minn fost il-persuni proposti b'mod konġunt mill-Unjoni u mir-Renju Unit biex jaġixxu bħala president.

6.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ għandu jagħmel l-għażla msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 fi żmien 5 ijiem mit-talba msemmija fil-paragrafu 5. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit għandhom ikunu intitolati li jkunu preżenti waqt l-għażla.

7.   Id-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ arbitraġġ għandha tkun id-data li fiha titlesta l-proċedura tal-għażla.

8.   F’każ li l-lista msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx ġiet stabbilita sal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 4, l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom, fi żmien 5 ijiem, jinnominaw żewġ persuni kull wieħed biex iservu bħala membri tal-bord. Jekk ikunu ġew proposti persuni taħt il-paragrafu 1, in-nomini għandhom isiru minn fost dawk il-persuni. Il-president għandu konsegwentement jinħatar f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5. F’każ li l-Unjoni u r-Renju Unit ma jkunux, fi żmien 5 ijiem oħra, ipproponew b'mod konġunt tal-anqas persuna waħda biex isservi bħala president, is-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ għandu fi żmien ħamest ijiem, wara konsultazzjoni mal-Unjoni u mar-Renju Unit, jipproponi president li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2. Sakemm l-Unjoni jew ir-Renju Unit ma joġġezzjonawx għal dik il-proposta fi żmien 5 ijiem, il-persuna proposta mis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ għandha tinħatar.

9.   F’każ li jonqos milli jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ fi żmien 3 xhur mid-data tat-talba magħmula taħt l-Artikolu 170, is-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ għandu, fuq talba mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, fi żmien 15-il jum minn tali talba, wara konsultazzjoni mal-Unjoni u mar-Renju Unit, jaħtar persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu sabiex jikkostitwixxu l-bord ta' arbitraġġ.

Artikolu 172

Regoli ta’ Proċedura

Il-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti f’dan it-Titolu għandhom ikunu regolati mir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IX (“Regoli ta’ Proċedura”), il-Kumitat Konġunt għandu jżomm il-funzjonament ta’ dawk il-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim taħt rieżami kostanti u jista’ jemenda r-Regoli ta’ Proċedura.

Artikolu 173

Skeda ta’ żmien tal-proċedura quddiem il-bord ta’ arbitraġġ

1.   Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Unjoni, lir-Renju Unit u lill-Kumitat Konġunt fi żmien 12-il xahar mid-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ arbitraġġ. Fejn il-bord ta’ arbitraġġ jikkunsidra li ma jistax ikun konformi ma’ dan il-limitu ta’ żmien, il-president tiegħu għandu jinnotifika lill-Unjoni u lir-Renju Unit bil-miktub, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord biħsiebu jikkonkludi ħidmietu.

2.   Fi żmien 10 ijiem mill-istabbiliment tal-bord ta’ arbitraġġ, l-Unjoni jew ir-Renju Unit jistgħu jissottomettu talba motivata dwar il-fatt li l-każ huwa urġenti. F’dak il-każ, il-bord ta’ arbitraġġ għandu jagħti deċiżjoni dwar l-urġenza fi żmien 15-il jum mir-riċezzjoni ta’ tali talba. Jekk ikun iddetermina l-urġenza tal-każ, il-bord ta’ arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Unjoni u lir-Renju Unit fi żmien 6 xhur mid-data tal-istabbiliment tiegħu.

Artikolu 174

Tilwim li joħloq kwistjonijiet ta’ dritt tal-Unjoni

1.   Fejn tilwima mressqa għall-arbitraġġ f’konformità ma’ dan it-Titlu toħloq kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ kunċett tad-dritt tal-Unjoni, kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni msemmija f’dan il-Ftehim jew kwistjoni dwar jekk ir-Renju Unit ikkonformax mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 89(2), il-bord ta’ arbitraġġ ma għandux jiddeċiedi dwar kwalunkwe tali kwistjoni. F’tali każ, huwa għandu jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni biex tagħti tali deċiżjoni li għandha tkun vinkolanti fuq il-bord ta’ arbitraġġ.

Il-bord ta’arbitraġġ għandu jagħmel it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu wara li jkun sama’ lill-Partijiet.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jekk l-Unjoni jew ir-Renju Unit jikkunsidraw li għandha ssir talba f’konformità mal-paragrafu 1, huma jistgħu jagħmlu sottomissjonijiet lill-bord ta’ arbitraġġ għal dak il-għan. F’tali każ, il-bord ta’ arbitraġġ għandu jissottometti t-talba f’konformità mal-paragrafu 1 sakemm il-kwistjoni mqajma ma tikkonċernax l-interpretazzjoni ta’ kunċett tad-dritt tal-Unjoni, l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni msemmija f’dan il-Ftehim, jew ma tikkkonċernax jekk ir-Renju Unit ikkonformax mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 89(2). Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jipprovdi raġunijiet għall-valutazzjoni tiegħu. Fi żmien 10 ijiem wara l-valutazzjoni, kull Parti tista’ jitlob lill-bord ta’ arbitraġġ biex jirrieżamina l-valutazzjoni tiegħu, u għandu jiġi organizzat smigħ fi żmien 15-il jum mit-talba biex il-Partijiet jinstemgħu dwar il-kwistjoni. Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jipprovdi raġunijiet għall-valutazzjoni tiegħu.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 173 għandhom jiġu sospiżi sa meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tkun tat id-deċiżjoni tagħha. Il-bord ta’ arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jagħti d-deċiżjoni tiegħu anqas minn 60 jum mid-data li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tkun tat id-deċiżjoni tagħha.

4.   L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 161(2) u l-Artikolu 161(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-proċeduri istitwiti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 175

Konformità mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ

Id-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ għandha tkun vinkolanti fuq l-Unjoni u r-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jieħdu kwalunkwe miżura neċessarja biex jikkonformaw bona fide mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ u għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jikkonformaw mad-deċiżjoni f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 176.

Artikolu 176

Perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità

1.   Mhux aktar tard minn 30 jum wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ lill-Unjoni u lir-Renju Unit, il-konvenut għandu, jekk il-panel ikun iddeċieda favur l-attur, jinnotifika lill-attur dwar iż-żmien li jikkonsidra li se jkun jeħtieġ għall-konformità (il-“perjodu ta’ żmien raġonevoli”).

2.   Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-Unjoni u r-Renju Unit dwar il-perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ, l-attur għandu, fi żmien 40 jum min-notifika mill-konvenut taħt il-paragrafu 1, jitlob lill-bord ta' arbitraġġ oriġinali bil-miktub biex jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli. Tali talba għandha tiġi nnotifikata simultanjament lill-konvenut. Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu dwar il-perjodu għall-konformità lill-Unjoni u lir-Renju Unit fi żmien 40 jum mid-data ta’ sottomissjoni tat-talba.

3.   F’każ li bord ta’ arbitraġġ oriġinali, jew uħud mill-membri tiegħu, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiltaqgħu biex jikkunsidraw talba taħt il-paragrafu 2, għandu jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ ġdid kif stipulat fl-Artikolu 171. Il-limitu ta’ żmien għan-notifika tad-deċiżjoni għandu jkun ta’ 60 jum mid-data tal-istabbilment tal-bord ta’ arbitraġġ ġdid.

4.   Il-konvenut għandu jinforma lill-attur bil-miktub dwar il-progress tiegħu biex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord ta' arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 173 tal-anqas xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli.

5.   Il-perjodu ta’ żmien raġonevoli jista’ jiġi estiż permezz ta’ qbil reċiproku tal-Unjoni u r-Renju Unit.

Artikolu 177

Rieżami ta’ kwalunkwe miżura meħuda għall-konformità mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ

1.   Il-konvenut għandu jinnotifika lill-attur qabel tmiem il-perjodu raġonevoli ta’ żmien dwar kwalunkwe miżura li jkun ħa biex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ.

2.   Jekk, fi tmiem il-perjodu raġonevoli, l-attur jikkunsidra li l-konvenut naqas milli jikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 173, l-attur jista’ jitlob bil-miktub lill-bord ta’arbitraġġ oriġinali biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Unjoni u lir-Renju Unit fi żmien 90 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba.

3.   F’każ li bord ta’ arbitraġġ oriġinali, jew uħud mill-membri tiegħu, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiltaqgħu biex jikkunsidraw talba taħt il-paragrafu 2, għandu jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ ġdid kif stipulat fl-Artikolu 171. Il-limitu ta’ żmien għan-notifika tad-deċiżjoni għandu jkun ta’ 60 jum mid-data tal-istabbilment ta’ bord ta’ arbitraġġ ġdid.

4.   Fejn każ riferut lill-bord ta’ arbitraġġ taħt il-paragrafu 2 iqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ kunċett tad-dritt tal-Unjoni jew kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni msemmija f'dan il-Ftehim, l-Artikolu 174 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 178

Rimedji temporanji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità

1.   Jekk il-bord ta’ arbitraġġ jiddeċiedi f’konformità mal-Artikolu 177(2) li l-konvenut naqas milli jikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord ta' arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 173, fuq talba tal-attur huwa jista’ jimponi somma f’daqqa jew pagament ta’ penali li għandhom jitħallsu lill-attur. Meta jiddetermina s-somma f’daqqa jew il-pagament ta’ penali, il-bord ta’ arbitraġġ għandu jqis il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità u l-ksur sottostanti tal-obbligu, id-durata tan-nuqqas ta’ konformità u tal-ksur sottostanti tal-obbligu.

2.   Jekk, xahar wara li d-deċiżjoni tal-bord ta' arbitraġġ imsemmija fil-paragrafu 1, il-konvenut ikun naqas milli jħallas kwalunkwe somma f’daqqa jew pagament ta’ penali imposti fuqu, jew jekk, 6 xhur wara d-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 177(2), il-konvenut jippersisti li ma jikkonformax mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 173, l-attur għandu jkun intitolat, wara li jinnotifika lill-konvenut, li jissospendi l-obbligi derivati minn:

(a)

kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim barra minn dawk li jinsabu fit-Tieni Parti; jew

(b)

partijiet ta’ kwalunkwe ftehim ieħor bejn l-Unjoni u r-Renju Unit bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-ftehim.

In-notifika għandha tispeċifika d-dispożizzjonijiet li l-attur bi ħsiebu jissospendi. Qabel ma jiddeċiedi li jissospendi partijiet ta’ ftehim imsemmija fil-punt (b), l-attur għandu l-ewwel jikkunsidra jekk is-sospensjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim f’konformità mal-punt (a) tkunx reazzjoni xierqa għall-ksur. Kwalunkwe sospensjoni għandha tkun proporzjonata għall-ksur tal-obbligu kkonċernat, filwaqt li titqies il-gravità tal-ksur u d-drittijiet inkwistjoni u, fejn is-sospensjoni tkun ibbażata fuq il-fatt li l-konvenut jippersisti li ma jikkonformax mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 173, jekk ġiex impost pagament ta’ penali fuq il-konvenut u jekk tħallasx jew għadux qed jitħallas minn dan tal-aħħar.

L-attur jista’ jimplimenta s-sospensjoni fi kwalunkwe mument iżda mhux qabel għaxart (10) ijiem wara d-data tan-notifika, sakemm il-konvenut ma jkunx talab arbitraġġ taħt il-paragrafu 3.

3.   Jekk il-konvenut jikkunsidra li l-ambitu tas-sospensjoni stabbilit fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunx proporzjonat, huwa jista’ jitlob lill-bord ta' arbitraġġ oriġinali bil-miktub biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Tali talba għandha tiġi notifikata lill-attur qabel jiskadi l-perjodu ta’ 10 ijiem imsemmi fil-paragrafu 2. Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tieħgu lill-Unjoni u lir-Renju Unit fi żmien 60 jum mid-data ta’ sottomissjoni tat-talba. Ma għandhomx jiġu sospiżi obbligi sakemm il-bord ta’ arbitraġġ ma jkunx innotifika d-deċiżjoni tiegħu, u kwalunkwe sospensjoni għandha tkun konsistenti mad-deċiżjoni tal-bord ta' arbitraġġ.

4.   F’każ li bord ta’ arbitraġġ oriġinali, jew uħud mill-membri tiegħu, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiltaqgħu biex jikkunsidraw talba taħt il-paragrafu 2, għandu jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ ġdid kif stipulat fl-Artikolu 171. F’tali każijiet, il-perjodu biex tkun innotifikata d-deċiżjoni għandu jkun ta’ 90 jum mid-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ arbitraġġ ġdid.

5.   Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun temporanja u għandha tiġi applikata biss sa meta kwalunkwe miżura li tinsab li tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim tkun ġiet irtirata jew emendata, sabiex tinkiseb konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jew sa meta l-Unjoni u r-Renju Unit ikunu qablu li jirriżolvu t-tilwima b’xi mod ieħor.

Artikolu 179

Rieżami ta’ kwalunkwe miżura meħuda wara rimedji temporanji

1.   Fejn l-attur ikun issospenda obbligi f’konformità mal-Artikolu 178 jew fejn il-bord ta' arbitraġġ ikun impona pagament ta’ penali fuq il-konvenut f’konformità mal-Artikolu 178(1), il-konvenut għandu jinnotifika lill-attur dwar kwalunkwe miżura li jkun ħa biex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ u dwar it-talba tiegħu li tintemm is-sospensjoni tal-obbligi applikata mill-attur jew li jintemm il-pagament ta’ penali.

2.   Jekk l-Unjoni u r-Renju Unit ma jilħqux ftehim dwar jekk il-miżura notifikata ġġibx lill-konvenut f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim fi żmien 45 jum mid-data ta’ sottomissjoni tan-notifika, kwalunkwe parti tista’ titlob bil-miktub lill-bord ta’ arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Tali talba għandha tiġi notifikata simultanjament lill-Parti l-oħra. Id-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ għandha tiġi notifikata lill-Unjoni u lir-Renju Unit u lill-Kumitat Konġunt fi żmien 75 jum mid-data ta’ sottomissjoni tat-talba.

Jekk il-bord ta’ arbitraġġ jiddeċiedi li l-konvenut ikun ġie konformi ma’ dan il-Ftehim, jew jekk l-attur, fi żmien 45 jum mis-sottomissjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, ma jitlobx li l-bord ta’ arbitraġġ oriġinali jiddeċiedi dwar il-kwistjoni:

(a)

is-sospensjoni tal-obbligi għandha tiġi tterminata fi żmien 15-il jum mid-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ jew minn tmiem il-perjodu ta’ 45 jum;

(b)

il-pagament ta’ penali għandu jiġi tterminat fil-ġurnata ta’ wara d-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ jew tat-tmiem tal-perjodu ta’ 45 jum.

3.   F’każ li bord ta’ arbitraġġ oriġinali, jew uħud mill-membri tiegħu, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiltaqgħu biex jikkunsidraw talba taħt il-paragrafu 2, għandu jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ ġdid kif stipulat fl-Artikolu 171. Il-perjodu biex tkun innotifikata d-deċiżjoni għandu f’dak il-każ ikun ta’ 90 jum mid-data ta’ stabbiliment tal-bord ta’ arbitraġġ ġdid.

4.   Fejn każ riferut lill-bord ta’ arbitraġġ taħt il-paragrafu 2 iqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ kunċett tad-dritt tal-Unjoni jew kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni msemmija f'dan il-Ftehim, l-Artikolu 174 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 180

Deċiżjonijiet tal-bord ta’ arbitraġġ

1.   Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex jieħu deċiżjonijiet b’konsensus. Fejn, madankollu, deċiżjoni ma tkunx tista’ tintlaħaq b’konsensus, il-kwistjoni kkonċernata għandha tinqata’ b’vot ta’ maġġoranza. Madankollu, fl-ebda każ ma għandhom jiġu ppubblikati opinjonijiet kuntrarji ta' membri tal-bord ta' arbitraġġ.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ għandha tkun vinkolanti fuq l-Unjoni u r-Renju Unit. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi konstatazzjonijiet dwar il-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’dan il-Ftehim, u r-raġunament wara kwalunkwe konstatazzjoni u konklużjoni. L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jqiegħdu d-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitrataġġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-intier tagħhom, soġġett għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 181

Membri tal-bord ta' arbitraġġ

1.   Il-membri ta’ bord tal-arbitraġġ għandhom ikunu indipendenti, għandhom iservu fil-kapaċità individwali tagħhom u ma għandhom jieħdu struzzjonijiet mingħand l-ebda organizzazzjoni jew gvern, u għandhom jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta stipulat fil-Parti B tal-Anness IX. Il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda dak il-Kodiċi ta’ Kondotta.

2.   Il-membri ta' bord ta’ arbitraġġ għandhom, mill-istabbiliment tiegħu, igawdu immunità minn proċedimenti legali fl-Unjoni u r-Renju Unit fir-rigward ta’ atti mwettqa minnhom fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fuq dak il-bord ta’ arbitraġġ.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 182

Protokolli u Annessi

Il-Protokoll dwar l-Irlanda / l-Irlanda ta’ Fuq, il-Protokoll relatat mal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru, il-Protokoll dwar Ġibiltà, u l-Annessi minn I sa IX għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 183

Testi awtentiċi u depożitarju

Dan il-Ftehim hu mfassal f’oriġinal uniku bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Irlandiża, Taljana, Latvjana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, u t-testi f’kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għandu jkun id-depositarju ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 184

Negozjati dwar ir-relazzjoni futura

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jagħmlu kull sforz, bona fide u b’rispett sħiħ tal-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tagħhom, biex jieħdu l-passi neċessarji biex jinnegozjaw bla telf ta’ żmien il-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni futura tagħhom imsemmija fid-Dikjarazzjoni Politika tas-17 ta’ Ottubru 2019 u biex iwettqu l-proċeduri rilevanti għar-ratifika jew il-konklużjoni ta’ dawk il-ftehimiet, bil-għan li jiżguraw li dawk il-ftehimiet japplikaw, sa fejn possibbli, minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 185

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ f'waħda mid-dati li ġejjin, skont liema data tkun l-aktar kmieni:

(a)

il-jum wara t-tmiem tal-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE, kif estiż mill-Kunsill Ewropew bi qbil mar-Renju Unit, dment li, qabel dik id-data, id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim ikun irċieva n-notifiki bil-miktub mill-Unjoni u mir-Renju Unit fir-rigward tat-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa;

(b)

l-ewwel jum tax-xahar wara li d-depożitarju ta’ dan il-Ftehim jirċievi l-aħħar waħda min-notifiki bil-miktub imsemmija fil-punt (a).

F’każ li, qabel it-tmiem tal-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE, kif estiż mill-Kunsill Ewropew bi qbil mar-Renju Unit, id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim ma jkunx irċieva n-notifiki bil-miktub imsemmija fil-punt (a), dan il-Ftehim ma għandux jidħol fis-seħħ.

Meta tagħmel in-notifika bil-miktub imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwalunkwe Stat Membru li qajjem raġunijiet relatati ma' prinċipji fundamentali tad-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, tista’ tiddikjara li, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, minbarra r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew imsemmi fid-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ta’ dak l-Istat Membru jistgħu jirrifjutaw li jikkonsenjaw iċ-ċittadini tiegħu lir-Renju Unit taħt mandat ta’ arrest Ewropew. F’tali każ, ir-Renju Unit jista’ jiddikjara, mhux aktar tard minn xahar wara r-riċezzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Unjoni, li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni tiegħu jistgħu jirrifjutaw li jikkonsenjaw iċ-ċittadini tiegħu lil dak l-Istat Membru.

It-Tieni u t-Tielet Partijiet, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 19, l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 44, u l-Artikolu 96(1), kif ukoll it-Titolu I tas-Sitt Parti u l-Artikoli minn 169 sa 181, għandhom japplikaw minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq għandu japplika minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dak il-Protokoll li għandhom japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim:

l-Artikolu 1;

it-tielet, ir-raba’ u s-sitt subparagrafi tal-Artikolu 5(2);

it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(3);

l-aħħar sentenza tal-Artikolu 10(2);

l-Artikolu 12(3);

l-Artikolu 13(8);

l-Artikolu 14;

l-Artikolu 15(1) sa (4) u (6);

l-Artikolu 19;

l-ewwel paragrafu tal-Anness 6.

Il-Protokoll dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11 tiegħu, għandu japplika minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Il-Protokoll dwar Ġibiltà, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1 tiegħu, għandu ma japplikax iżjed ma' tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4


(1)  ĠU C 23, 28.1.1983, p. 1.

(2)  ĠU C 306, 17.12.2007, p. 270.

(3)  Anguilla, il-Bermuda, it-Territorju Antartiku Brittaniku, it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, il-Gżejjer Cayman, il-Gżejjer Falkland, Montserrat, Pitcairn, Saint Helena, Ascension u Tristan da Cunha, il-Georgia tan-Nofsinhar u il-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar, u l-Gżejjer Turks u Kajkos.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(5)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003 p. 1; Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap. 19 Vol. 06, p. 243).

(7)  Il-kunċett ta' drittijiet ta’ kustodja jrid jiġi interpretat skont il-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. Għaldaqstant, dan ikopri d-drittijiet ta’ kustodja miksuba b’sentenza, bl-operat tal-liġi jew bi ftehim b’effett legali.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(10)  Id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36).

(11)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 74/556/KEE tal-4 ta’ Ġunju 1974 li tipprovdi dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw miżuri tranżitorji rigward l-attivitajiet, kummerċ fi prodotti tossiċi u d-distribuzzjoni tagħhom u attivitajiet li jitolbu l-użu professjonali ta’ prodotti bħal dawn inklużi attivitajiet ta’ intermedjarji (ĠU L 307, 18.11.1974, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 tal-14 ta' Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2).

(17)  Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Il-liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(21)  Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(22)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(25)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

(27)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29).

(28)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39).

(29)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(30)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23).

(31)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p.1).

(32)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 rigward l-arranġamenti ġenerali għat-taxxa tas-sisa u li tirrevoka d-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

(33)  Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154 16.6.2017, p. 1).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

(35)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1).

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007(ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(38)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(39)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(40)  Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(42)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).

(43)  Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

(44)  Ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 rigward il-ħolqien ta’ ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30).

(45)  Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1).

(46)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(47)  ĠU C 326, 21.11.2001, p. 2.

(48)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(49)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 006 P. 185 - 195).

(50)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16).

(51)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 54).

(52)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas- 27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27).

(53)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32).

(54)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).

(55)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33).

(56)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20).

(57)  Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).

(58)  Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2).

(59)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(60)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti (ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1).

(61)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(62)  Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19).

(63)  ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2.

(64)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/JHA tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l- arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn il-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4).

(65)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

(66)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(67)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103).

(68)  Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).

(69)  Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(70)  Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

(71)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(72)  Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).

(73)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(74)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).

(75)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(76)  Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(77)  Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15).

(78)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).

(79)  Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1).

(80)  Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1).

(81)  Ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4).

(82)  Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).

(83)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

(84)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).

(85)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41).

(86)  Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

(87)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 15).

(88)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

(89)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 55.

(90)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(91)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(92)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(93)  Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti tax-xogħol, kuntratti ta’ forniment u kuntratti ta’ servizzi mill-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8, 2009, p.76).

(94)  Id-Direttiva 2014/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(95)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(96)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(97)  Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

(98)  Ir-Regolament (KE) 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(99)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fl-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).

(100)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).

(101)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

(102)  Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 1).

(103)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

(104)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14).

(105)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).

(106)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tas-salvagwardji tal-Euratom (ĠU L 54, 28.2.2005, p. 1).

(107)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

(108)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(109)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(110)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(111)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(112)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(113)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(114)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(115)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(116)  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

(117)  Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).

(118)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(119)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(120)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta’ April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).

(121)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

(122)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(123)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).

(124)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).

(125)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1191/2014 tat-30 ta’ Ottubru 2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (ĠU L 318, 5.11.2014, p. 5).

(126)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(127)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).

(128)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).

(129)  Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(130)  Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(131)  Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(132)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(133)  Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2004/3) (2004/258/KE) (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42).

(134)  ĠU L 212, 17.8.1994, p. 3.

(135)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57).

(136)  Dan għandu jikkonċerna b’mod partikolari l-Artikoli 7, 30, 42(4), 48 minn (2) sa (6) u 49 TUE u l-Artikoli 25, 76(b), 82(3), 83(3), 86(1), 87(3), 135, 218(8), 223(1), 262, 311 u 341 TFUE.

(137)  L-Unjoni se tinnotifika lill-partijiet l-oħra għal dawn il-ftehimiet li matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit għandu jiġi ttrattat bħala Stat Membru għall-finijiet ta’ dawn il-ftehimiet.

(138)  F’każ ta’ estensjoni, l-Unjoni se tinnotifika lil partijiet oħra ta' ftehimiet internazzjonali dwar dan.

(139)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(140)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).

(141)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).

(142)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/195 tat-8 ta’ Frar 2018 li tistabbilixxi formoli għar-rapportar dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u dwar spezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 (ĠU L 36, 9.2.2018, p.33).

(143)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 tat-8 ta’ Frar 2018 li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta’ riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (ĠU L 36, 9.2.2018, p. 20).

(144)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) No 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(145)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(146)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(147)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608)

(148)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

(149)  Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD (ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1).

(150)  Ir-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1967 li jistabilixxi l-emolumenti tal-president u l-membri tal-kummissjoni u tal-president, tal-imħallfin, tal-avukati ġenerali u tar-reġistratur tal-qorti tal-ġustizzja (ĠU P 187, 8.8.1967, p. 1).

(151)  Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(152)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/300 tad-29 ta’ Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta’ persuni f’karigi pubbliċi għolja tal-UE (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 1).

(153)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).

(154)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

(155)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.)

(156)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1).

(157)  Id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 1).

(158)  Id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti 'l barra mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE (ĠU L 280, 27.10.2011, p. 1).

(159)  Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1).

(160)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 1).

(161)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-Ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17).

(162)  ĠU L 25, 30.1.1976, p. 168.

(163)  ĠU L 347, 22.12.1980, p. 210.

(164)  ĠU L 86, 31.3.1986, p. 210.

(165)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

(166)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(167)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(168)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(169)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment ta’ Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabilità u li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-persuni spostati fl-Afrika (C(2015) 7293).

(170)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2015 dwar il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri permezz ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni – il-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija (ĠU C 407, 8.12.2015, p. 8).

(171)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1353 tal-4 ta’ Awwissu 2016 dwar ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/643/PESK (ĠU L 219, 12.8.2016, p. 98).

(172)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/75/PESK tal-10 ta’ Frar 2014 dwar l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (ĠU L 41, 12.2.2014, p. 13).

(173)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta' Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 73).


PROTOKOLLI


 


PROTOKOLL DWAR L-IRLANDA/L-IRLANDA TA' FUQ

L-Unjoni u r-Renju Unit,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet storiċi u n-natura dejjiema tar-relazzjoni bilaterali bejn l-Irlanda u r-Renju Unit,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jippreżenta sfida sinifikanti u unika għall-gżira tal-Irlanda, u filwaqt li jaffermaw mill-ġdid li l-kisbiet, il-benefiċċji u l-impenji ta' dan il-proċess ta’ paċi se jibqgħu tal-ogħla importanza għall-paċi, l-istabbiltà u r-rikonċiljazzjoni ta' hemmhekk,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li hemm bżonn li jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi uniċi fil-gżira tal-Irlanda permezz ta’ soluzzjoni unika biex ikun żgurat il-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni,

FILWAQT LI JAFFERMAW li jenħtieġ li l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jew ta' Belfast tal-10 ta' April 1998 bejn il-Gvern tar-Renju Unit, il-Gvern tal-Irlanda u l-parteċipanti l-oħrajn fin-negozjati multilaterali (il-"Ftehim tal-1998"), li huwa anness mal-Ftehim Brittaniku-Irlandiż tal-istess data (il-"Ftehim Brittaniku-Irlandiż"), inklużi l-ftehimiet u l-arranġamenti ta' implimentazzjoni sussegwenti, ikunu protetti fil-partijiet kollha tagħhom,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-kooperazzjoni bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda hija parti ċentrali tal-Ftehim tal-1998 u hija essenzjali għall-ksib ta' rikonċiljazzjoni u għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet fuq il-gżira tal-Irlanda, u filwaqt li jfakkru fir-rwoli, il-funzjonijiet u s-salvagwardji tal-Eżekuttiv tal-Irlanda ta' Fuq, tal-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq u tal-Kunsill Ministerjali tat-Tramuntana u n-Nofsinhar (inklużi dispożizzjonijiet transkomunitarji), kif stabbilit fil-Ftehim tal-1998,

FILWAQT LI JINNUTAW li d-dritt tal-Unjoni pprovda qafas ta' appoġġ għad-dispożizzjonijiet dwar id-Drittijiet, is-Salvagwardji u l-Ugwaljanza fl-Opportunità tal-Ftehim tal-1998,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċ-ċittadini Irlandiżi fl-Irlanda ta' Fuq, bis-saħħa taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tagħhom, se jkomplu jgawdu, jeżerċitaw u jkollhom aċċess għad-drittijiet, l-opportunitajiet u l-benefiċċji, u li jenħtieġ li dan il-Protokoll jirrispetta u jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-opportunitajiet u l-identità li jiġu flimkien maċ-ċittadinanza tal-Unjoni għan-nies tal-Irlanda ta' Fuq li jagħżlu li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal ċittadinanza Irlandiża, kif definita fl-Anness 2 tal-Ftehim Brittaniku-Irlandiż "Dikjarazzjoni dwar id-Dispożizzjonijiet tal-Paragrafu (vi) tal-Artikolu 1 fir-Rigward taċ-Ċittadinanza",

FILWAQT LI JENFASIZZAW li sabiex tiġi żgurata l-leġittimità demokratika, jenħtieġ li jkun hemm proċess biex jiġi żgurat il-kunsens demokratiku fl-Irlanda ta’ Fuq għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni skont dan il-Protokoll,

FILWAQT LI JFAKKRU fl-impenn tar-Renju Unit biex jipproteġi l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u l-garanzija li tiġi evitata fruntiera fiżika, inkluż kull infrastruttura fiżika jew verifiki u kontrolli relatati,

FILWAQT LI JINNUTAW li ma hemm xejn f’dan il-Protokoll li jipprevjeni lir-Renju Unit milli jiżgura aċċess għas-suq bla xkiel għall-merkanzija li tinġarr mill-Irlanda ta' Fuq lejn il-bqija tas-suq intern tar-Renju Unit,

FILWAQT LI JENFASIZZAW l-għan komuni tal-Unjoni u r-Renju Unit li jevitaw kontrolli fil-portijiet u fl-ajruporti tal-Irlanda ta’ Fuq, sa fejn ikun possibbli skont il-leġislazzjoni applikabbli u wara li jitqiesu s-sistemi regolatorji rispettivi tagħhom kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom,

FILWAQT LI JFAKKRU l-impenji tal-Unjoni u tar-Renju Unit riflessi fir-Rapport Konġunt tan-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern tar-Renju Unit dwar il-progress waqt l-ewwel fażi tan-negozjati skont l-Artikolu 50 TUE dwar il-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tat-8 ta' Diċembru 2017,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-Unjoni u r-Renju Unit wettqu eżerċizzju ta' mmappjar, li juri li l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar isserraħ b'mod sinifikanti fuq qafas ġuridiku u politiku komuni tal-Unjoni,

FILWAQT LI JINNUTAW li għalhekk il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni joħloq sfidi sostanzjali għaż-żamma u għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar,

FILWAQT LI JFAKKRU li r-Renju Unit jibqa' impenjat li jipproteġi u jappoġġa l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn il-Lvant u l-Punent tul il-firxa sħiħa ta' kuntesti politiċi, ekonomiċi, tas-sigurtà, soċjetali u agrikoli u ta' oqfsa għall-kooperazzjoni, inkluża l-operazzjoni kontinwa tal-korpi ta' implimentazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar,

FILWAQT LI JAGĦRFU l-bżonn li dan il-Protokoll jiġi implimentat biex iżomm il-kundizzjonijiet neċessarji għal kooperazzjoni kontinwa bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, inkluż għal arranġamenti ġodda possibbli skont il-Ftehim tal-1998,

FILWAQT LI JFAKKRU fl-impenji tal-Unjoni u tar-Renju Unit lejn il-programmi ta' finanzjament PEACE u INTERREG tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar taħt il-qafas finanzjarju pluriennali attwali u ż-żamma tal-proporzjonijiet ta' finanzjament attwali għall-programm futur,

FILWAQT LI JAFFERMAW l-impenn tar-Renju Unit li jiffaċilita t-tranżitu effiċjenti u f'waqtu tul it-territorju tiegħu tal-merkanzija trasportata mill-Irlanda lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, u viċi versa,

IDDETERMINATI li jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tolqot mill-inqas possibbli l-ħajja ta’ kuljum tal-komunitajiet kemm fl-Irlanda kif ukoll fl-Irlanda ta' Fuq,

FILWAQT LI JENFASIZZAW l-impenn sod tagħhom li ma jkun hemm la dwana u lanqas verifiki jew kontrolli regolatorji marbutin ma’ infrastruttura fiżika fil-fruntiera ta’ bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-Irlanda ta’ Fuq hija parti mit-territorju doganali tar-Renju Unit u ser tibbenefika mill-parteċipazzjoni fil-politika kummerċjali indipendenti tar-Renju Unit,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li jinżamm il-post integrali tal-Irlanda ta’ Fuq fis-suq intern tar-Renju Unit,

KONXJI li d-drittijiet u l-obbligi tal-Irlanda skont ir-regoli tas-suq intern tal-Unjoni u l-unjoni doganali jridu jkunu rispettati bis-sħiħ,

FTIEHMU DWAR id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mal-Ftehim dwar il-Ħruġ:

Artikolu 1

Objettivi

1.   Dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-1998 rigward l-istatus kostituzzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq u l-prinċipju ta' kunsens, li jipprevedi li kull bidla f'dak l-istatus tista' ssir biss bil-kunsens tal-maġġoranza tal-poplu tagħha.

2.   Dan il-Protokoll jirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali u l-integrità territorjali tar-Renju Unit.

3.   Dan il-Protokoll jistabbilixxi arranġamenti neċessarji biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi uniċi tal-gżira tal-Irlanda, jinżammu l-kundizzjonijiet neċessarji għal kooperazzjoni kontinwata bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, tiġi evitata fruntiera fiżika u jitħares il-Ftehim tal-1998 fid-dimensjonijiet kollha tiegħu.

Artikolu 2

Drittijiet tal-individwi

1.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li mal-ħruġ tiegħu mill-Unjoni ma jirriżulta l-ebda tnaqqis ta' drittijiet, salvagwardji jew ugwaljanza ta' opportunitajiet, kif stabbiliti f'dik il-parti tal-Ftehim tal-1998 intitolata Drittijiet, Salvagwardji u Ugwaljanza ta' Opportunitajiet, inkluż fil-qasam tal-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, kif imnaqqax fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll, u għandu jimplimenta dan il-paragrafu permezz ta' mekkaniżmi ddedikati għal hekk.

2.   Ir-Renju Unit għandu jkompli jiffaċilita l-ħidma relatata tal-istituzzjonijiet u l-korpi stabbiliti skont il-Ftehim tal-1998, inkluża l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta' Fuq, il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza għall-Irlanda ta’ Fuq u l-Kumitat Konġunt tar-rappreżentanti tal-Kummissjonijiet tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta' Fuq u tal-Irlanda, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards tal-ugwaljanza.

Artikolu 3

Żona Komuni għall-Ivvjaġġar

1.   Ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jkomplu jagħmlu arranġamenti bejniethom relatati mal-moviment ta’ persuni bejn it-territorji tagħhom (iż-"Żona Komuni għall-Ivvjaġġar"), filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-persuni fiżiċi konferiti mid-dritt tal-Unjoni.

2.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li ż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar u d-drittijiet u l-privileġġi assoċjati magħha jkunu jistgħu jkomplu japplikaw mingħajr ma jaffettwaw l-obbligi tal-Irlanda skont id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-moviment liberu lejn l-Irlanda, mill-Irlanda u fl-Irlanda għaċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom.

Artikolu 4

Territorju doganali tar-Renju Unit

L-Irlanda ta’ Fuq hija parti mit-territorju doganali tar-Renju Unit.

Għaldaqstant, xejn minn dan il-Protokoll ma għandu jimpedixxi lir-Renju Unit milli jinkludi lill-Irlanda ta’ Fuq fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ kwalunkwe ftehim li tista’ tikkonkludi ma’ pajjiżi terzi, dment li dawk il-ftehimiet ma jippreġudikawx l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

B’mod partikolari, xejn f’dan il-Protokoll ma għandu jimpedixxi lir-Renju Unit milli jikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiż terz li jagħti lill-merkanzija mmanifatturata fl-Irlanda ta’ Fuq aċċess preferenzjali fis-suq ta’ dak il-pajjiż fuq l-istess termini bħall-merkanzija mmanifatturata f’partijiet oħra tar-Renju Unit.

Xejn f’dan il-Protokoll ma għandu jipprevjeni lir-Renju Unit milli jinkludi lill-Irlanda ta’ Fuq fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Iskedi ta' Konċessjonijiet annessi mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.

Artikolu 5

Dwana, il-moviment tal-merkanzija

1.   L-ebda dazju doganali ma għandu jitħallas għal merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit bi trasport dirett, minkejja l-paragrafu 3, dment li dik il-merkanzija ma tkunx f’riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni, kemm jekk waħidha u kemm jekk bħala parti minn merkanzija oħra wara l-ipproċessar.

Id-dazji doganali għal merkanzija li tiddaħħal bi trasport dirett fl-Irlanda ta’ Fuq, għajr mill-Unjoni jew minn parti oħra tar-Renju Unit, għandhom ikunu d-dazji applikabbli fir-Renju Unit, minkejja l-paragrafu 3, dment li dik il-merkanzija ma tkunx f’riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni, kemm jekk waħidha u kemm jekk bħala parti minn merkanzija oħra wara l-ipproċessar.

L-ebda dazju ma għandu jitħallas mir-residenti tar-Renju Unit, peress li ser ikunu eżentati, fir-rigward tal-proprjetà personali, kif definita fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1186/2009 (1), li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit.

2.   Għall-finijiet tal-ewwel u tat-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1, merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn barra l-Unjoni għandha titqies li hija f’riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni dment li ma jiġix stabbilit li din il-merkanzija:

(a)

mhux ser tkun soġġetta għal ipproċessar kummerċjali fl-Irlanda ta’ Fuq; u

(b)

tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kumitat Konġunt skont ir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, "proċessar" ifisser kwalunkwe bidla fil-merkanzija, kull trasformazzjoni li sseħħ b’xi mod, jew jekk il-merkanzija tiġi soġġetta għal operazzjonijiet oħra ħlief bl-iskop biex din tiġi ppreservata f’kundizzjoni tajba jew biex jiżdiedu jew jitwaħħlu marki, tikketti jew siġilli jew xi dokumentazzjoni oħra biex tiġi żgurata l-konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku.

Qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kumitat Konġunt għandu permezz ta’ deċiżjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-ipproċessar għandu jiġi kkunsidrat li ma jaqax taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, filwaqt li titqies b’mod partikolari n-natura, l-iskala u r-riżultat tal-ipproċessar.

Qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kumitat Konġunt għandu permezz ta’ deċiżjoni jistabbilixxi l-kriterji biex jikkunsidra li merkanzija mixtrija mill-Irlanda ta’ Fuq minn barra l-Unjoni mhijiex f’riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni. Il-Kumitat Konġunt għandu jqis fost l-oħrajn:

(a)

id-destinazzjoni finali u l-użu tal-merkanzija;

(b)

in-natura u l-valur tal-merkanzija;

(c)

in-natura tal-moviment; u

(d)

l-inċentivi biex ikun hemm moviment mhux iddikjarat lejn l-Unjoni, b’mod partikolari inċentivi li jirriżultaw mid-dazji li jridu jitħallsu skont il-paragrafu 1.

Il-Kumitat Konġunt jista’ f’kull ħin jemenda id-deċiżjonijiet adottati skont dan il-paragrafu.

Fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni skont dan il-paragrafu, il-Kumitat Konġunt għandu jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Irlanda ta’ Fuq.

3.   Il-leġislazzjoni kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandha tapplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (mhux inklużi l-ilmijiet territorjali tar-Renju Unit). Madankollu, il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet, inkluż f'termini kwantitattivi, li taħthom ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), miġjuba fit-territorju doganali tal-Unjoni definiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit u li l-port tar-reġistrazzjoni tagħhom jkun fl-Irlanda ta' Fuq ikunu eżentati mid-dazji.

4.   Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 5 ta' dan il-Protokoll għandhom japplikaw ukoll, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness, għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

5.   L-Artikoli 30 u 110 TFUE għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi dwar l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet għandhom ikunu pprojbiti bejn l-Unjoni u l-Irlanda ta’ Fuq.

6.   Id-dazji doganali imposti mir-Renju Unit skont il-paragrafu 3 ma jintbagħtux lill-Unjoni.

Soġġett għall-Artikolu 10, ir-Renju Unit jista’ b’mod partikolari:

(a)

jirrimborża dazji miġbura skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli permezz tal-paragrafu 3 rigward merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq;

(b)

jipprovdi għal ċirkostanzi li fihom dejn doganali li seħħ jiġi eżentat fir-rigward ta' merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq;

(c)

jipprovdi għal ċ-ċirkostanzi li fihom dazji doganali għandhom jiġu rimborżati fir-rigward ta' merkanzija li tista’ tintwera li ma ddaħħlitx fl-Unjoni; u

(d)

jikkumpensa lill-impriżi biex ipatti għall-impatt ta’ meta jiġi applikat il-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni Ewropea, meta tieħu d-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 10, għandha tqis iċ-ċirkostanzi fl-Irlanda ta’ Fuq kif xieraq.

7.   Ma għandhomx jitħallsu dazji fuq kunsinni ta’ valur negliġibbli, fuq kunsinni li jintbagħtu minn individwu għall-ieħor jew fuq oġġetti li jkunu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 6

Protezzjoni tas-suq intern tar-Renju Unit

1.   Xejn f’dan il-Protokoll ma għandu jipprevjeni lir-Renju Unit milli jiżgura aċċess għas-suq bla xkiel għall-merkanzija li tinġarr mill-Irlanda ta' Fuq lejn partijiet oħra tas-suq intern tar-Renju Unit. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli, li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-esportazzjoni ta' merkanzija għandhom jiġu applikati biss għall-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u partijiet oħra tar-Renju Unit sa fejn ikun strettament meħtieġ minn kwalunkwe obbligu internazzjonali tal-Unjoni. Ir-Renju Unit għandu jiżgura l-protezzjoni sħiħa skont ir-rekwiżiti u l-impenji internazzjonali li huma rilevanti għall-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' merkanzija mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi kif stabbilit fid-dritt tal-Unjoni.

2.   Filwaqt li jikkunsidraw il-post integrali tal-Irlanda ta’ Fuq fis-suq intern tar-Renju Unit, l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex jiffaċilitaw il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u partijiet oħra tar-Renju Unit, b'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli u filwaqt li jqisu s-sistemi regolatorji rispettivi tagħhom kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kumitat Konġunt għandu jżomm l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu taħt eżami kostanti u għandu jadotta r-rakkomandazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li, kemm jista' jkun, jiġu evitati kontrolli fil-portijiet u fl-ajruporti tal-Irlanda ta' Fuq.

3.   Xejn f'dan il-Protokoll ma għandu jipprevjeni prodott li joriġina mill-Irlanda ta’ Fuq milli jkun ippreżentat bħala li joriġina mir-Renju Unit meta jitqiegħed fis-suq fil-Gran Brittanja.

4.   Xejn f'dan il-Protokoll ma għandu jaffettwa d-dritt tar-Renju Unit li jirregola t-tqegħid fis-suq ta' merkanzija mill-Irlanda ta’ Fuq f'partijiet oħrajn tar-Renju Unit li tkun konformi ma', jew tibbenefika minn, regolamenti tekniċi, valutazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet li jkunu regolati minn dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fl-Anness 2 ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 7

Regolamenti tekniċi, valutazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fl-Anness 2 ta' dan il-Protokoll, il-legalità tat-tqegħid fis-suq ta' merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq għandha tkun regolata mid-dritt tar-Renju Unit kif ukoll, fir-rigward ta' merkanzija importata mill-Unjoni, mill-Artikoli 34 u 36 TFUE.

2.   Meta dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli jipprevedu l-indikazzjoni ta' Stat Membru, inkluż f’forma mqassra, f'markaturi, ittikkettar, tikketti, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jiġi indikat bħala "UK(NI)" jew "United Kingdom (Northern Ireland)". Meta dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli, jipprevedu l-indikazzjoni fil-forma ta' kodiċi numeriku, ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq għandu jiġi indikat b'kodiċi numeriku distingwibbli.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13(1) ta’ dan il-Protokoll u mill-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, fir-rigward tar-rikonoxximent fi Stat Membru wieħed ta’ regolamenti tekniċi, valutazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet maħruġa jew imwettqa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor, jew minn korp stabbilit fi Stat Membru ieħor, ir-referenzi għall-Istati Membri f’dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli ma għandhomx jinftiehmu bħala li jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fejn jirrigwarda regolamenti tekniċi, valutazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet maħruġa jew imwettqa mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jew minn korpi stabbiliti fir-Renju Unit.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal reġistrazzjonijiet, ċertifikazzjonijiet, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet ta’ siti, impjanti u stabbilimenti fl-Irlanda ta’ Fuq maħruġa jew imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, meta jista' jkun li r-reġistrazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni jkunu jeħtieġu spezzjoni tas-siti, impjanti jew stabbilimenti.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal ċertifikati veterinarji jew tikketti uffiċjali għal materjal riproduttiv tal-pjanti li huma meħtieġa minn dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli.

L-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-validità, fl-Irlanda ta’ Fuq, ta' valutazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet maħruġa jew imwettqa, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli, mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jew minn korpi stabbiliti fir-Renju Unit. Kull markatura, logo jew simili ta' konformità meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli, li jkunu imwaħħlin mill-atturi ekonomiċi abbażi tal-valutazzjoni, reġistrazzjoni, ċertifikat, approvazzjoni jew awtorizzazzjoni maħruġa minn awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jew minn korpi stabbiliti fir-Renju Unit għandhom ikunu akkumpanjati mill-indikazzjoni "UK(NI)".

Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq ma jistax jibda proċeduri ta' oġġezzjoni, salvagwardja jew arbitraġġ previsti fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli sa fejn dawk il-proċeduri jikkonċernaw ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, il-valutazzjonijiet, ir-reġistrazzjonijiet, iċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet maħruġa jew imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn korpi stabbiliti fl-Istati Membri.

L-ewwel subparagrafu ma jipprevjenix l-ittestjar u r-rilaxxar minn persuna kkwalifikata mill-Irlanda ta’ Fuq ta' lott ta' prodott mediċinali importat jew immanifatturat fl-Irlanda ta’ Fuq.

Artikolu 8

VAT u sisa

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 3 ta' dan il-Protokoll li jikkonċernaw il-merkanzija għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness 3 ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ġbir ta’ VAT u dazji ta’ sisa. Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawn id-dispożizzjonijiet, dħul li jirriżulta minn tranżazzjonijiet taxxabbli fl-Irlanda ta’ Fuq ma jintbagħtux lill-Unjoni.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, ir-Renju Unit jista’ japplika għal forniment ta’ merkanzija taxxabbli fl-Irlanda ta’ Fuq eżenzjonijiet tal-VAT u rati mnaqqsa li huma applikabbli fl-Irlanda f’konformità mad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness 3 ta’ dan il-Protokoll.

Il-Kumitat Konġunt għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’mod regolari,, inkluż dak li jirrigwarda t-tnaqqis u l-eżenzjonijiet ipprovduti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, u fejn xieraq, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni tajba tiegħu, kif meħtieġ.

Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, billi jieħu kont tal-post integrali tal-Irlanda ta’ Fuq fis-suq intern tar-Renju Unit, u jista’ jadotta miżuri xierqa skont kif meħtieġ.

Artikolu 9

Suq uniku tal-elettriku

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw is-swieq tal-elettriku bl-ingrossa elenkati fl-Anness 4 ta' dan il-Protokoll għandhom japplikaw, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness, għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Artikolu 10

Għajnuna mill-Istat

1.   Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 5 ta' dan il-Protokoll għandhom japplikaw għar-Renju Unit, inkluż fir-rigward ta' miżuri li jappoġġaw il-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli fl-Irlanda ta' Fuq, fir-rigward ta' miżuri li jaffettwaw dak il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni li huwa soġġett għal dan il-Protokoll.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija f'dak il-paragrafu ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' miżuri meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex jappoġġaw il-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli fl-Irlanda ta’ Fuq sa livell ta' appoġġ annwali globali massimu ddeterminat, u bil-kundizzjoni li perċentwali minima ddeterminata ta' dak l-appoġġ eżentat tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO. Id-determinazzjoni tal-livell ta' appoġġ annwali globali massimu eżentat u tal-perċentwali minima għandhom ikunu regolati mill-proċeduri stabbiliti fl-Anness 6.

3.   Meta l-Kummissjoni Ewropea teżamina informazzjoni dwar miżura mill-awtoritajiet tar-Renju Unit li tista' tikkostitwixxi għajnuna illegali li tkun soġġetta għall-paragrafu 1, hija għandha tiżgura li r-Renju Unit jinżamm infurmat regolarment u bis-sħiħ bil-progress u bl-eżitu tal-eżami ta’ dik il-miżura.

Artikolu 11

Żoni oħrajn ta' kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar

1.   B'konsistenza mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikoli minn 5 sa 10, u b'rispett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni, dan il-Protokoll għandu jkun implimentat u applikat b'tali mod li jżomm il-kundizzjonijiet meħtieġa għal kooperazzjoni kontinwata bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, inkluż fl-oqsma tal-ambjent, is-saħħa, l-agrikoltura, it-trasport, l-edukazzjoni u t-turiżmu, kif ukoll fl-oqsma tal-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet, ix-xandir, is-sajd intern, il-ġustizzja u s-sigurtà, l-edukazzjoni superjuri u l-isport.

B'rispett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni, ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jkomplu jagħmlu arranġamenti ġodda li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-1998 f'żoni oħra tal-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fuq il-gżira tal-Irlanda.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jżomm taħt rieżami kostanti kemm l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll iżommu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar. Il-Kumitat Konġunt jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Unjoni u lir-Renju Unit f'dan ir-rigward, inkluż dwar rakkomandazzjoni mill-Kumitat Speċjalizzat.

Artikolu 12

Implimentazzjoni, applikazzjoni, superviżjoni u infurzar

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ir-rappreżentanti tal-Unjoni għandu jkollhom id-dritt li jkunu preżenti għal kull attività tal-awtoritajiet tar-Renju Unit relatata mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli, kif ukoll attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 5, u r-Renju Unit, wara talba, għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha relatata ma' tali attivitajiet. Ir-Renju Unit għandu jiffaċilita tali preżenza tar-rappreżentanti tal-Unjoni u għandu jipprovdihom bl-informazzjoni meħtieġa. Meta r-rappreżentanti tal-Unjoni jitolbu lill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex iwettqu miżuri ta' kontroll f'każijiet individwali għal raġunijiet debitament iddikjarati, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom iwettqu dawk il-miżuri ta' kontroll.

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 (1) u (2) fuq bażi ta’ kull xahar.

3.   L-arranġamenti prattiċi tax-xogħol relatati mal-eżerċizzju tad-drittijiet tar-rappreżentanti tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu ddeterminati mill-Kumitat Konġunt, wara proposta mill-Kumitat Speċjalizzat.

4.   Fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 5 u l-Artikoli 7 sa 10, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom fir-rigward tar-Renju Unit u ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi residenti jew stabbiliti fit-territorju tar-Renju Unit is-setgħat konferiti lilhom mid-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni prevista fit-Trattati f’dan ir-rigward. It-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit f'dan ir-rigward.

5.   L-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 4 għandhom jipproduċu l-istess effetti legali fir-rigward tar-Renju Unit u fir-Renju Unit bħal dawk li huma jipproduċu fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha.

6.   Meta jirrappreżentaw jew jassistu xi parti fir-rigward ta' proċeduri amministrattivi li jiġu mill-eżerċizzju tas-setgħat tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji, u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew tribunali tar-Renju Unit għandhom, f’kull rigward, jiġu trattati bħala avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem qrati jew tribunali ta’ Stati Membri li jirrappreżentaw jew jassistu parti relattivament għal tali proċeduri amministrattivi.

7.   F'kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont il-paragrafu 4:

(a)

ir-Renju Unit jista’ jieħu sehem fil-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bl-istess mod bħal Stat Membru;

(b)

l-avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew it-tribunali tar-Renju Unit jistgħu jirrappreżentaw jew jassistu parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'tali proċedimenti u għandhom f'kull rigward ikunu ttrattati bħala avukati awtorizzati li jipprattikaw quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Istati Membri li jirrappreżentaw jew jassistu parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet komuni

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, kull referenza għar-Renju Unit fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandha tinftiehem bħala li tirreferi għar-Renju Unit jew għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, skont il-każ.

Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta' dan il-Protokoll, kull referenza għat-territorju definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u ta' dan il-Protokoll, kif ukoll fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli kemm għar-Renju Unit kif ukoll fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, għandha tinftiehem bħala li tinkludi l-parti tat-territorju tar-Renju Unit li għaliha japplika r-Regolament (UE) Nru 952/2013 bis-saħħa tal-Artikolu 5(3) ta’ dan il-Protokoll.

It-Titoli I u III tat-Tielet Parti u s-Sitt Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

2.   Minkejja l-Artikolu 4(4) u 4(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll li jirreferu għad-dritt tal-Unjoni jew għal kunċetti jew dispożizzjonijiet tiegħu għandhom, fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3.   Minkejja l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, meta dan il-Protokoll jagħmel referenza għal att tal-Unjoni, dik ir-referenza għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal dak l-att tal-Unjoni kif emendat jew sostitwit.

4.   Meta l-Unjoni tadotta att ġdid li jkun kopert mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, iżda li la jemenda u lanqas ma jissostitwixxi att tal-Unjoni elenkat fl-Annessi ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tinforma lir-Renju Unit bl-adozzjoni ta' dak l-att fil-Kumitat Konġunt. Wara t-talba mingħand l-Unjoni jew mingħand ir-Renju Unit, il-Kumitat Konġunt għandu jkollu skambju ta' fehmiet dwar l-implikazzjonijiet tal-att il-ġdid adottat fuq il-funzjonament xieraq ta' dan il-Protokoll fi żmien 6 ġimgħat wara t-talba.

Malli jkun raġonevolment prattikabbli wara li l-Unjoni tkun infurmat lir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt, il-Kumitat Konġunt għandu jew:

(a)

jadotta deċiżjoni li żżid l-att il-ġdid adottat mal-Anness rilevanti ta' dan il-Protokoll; jew

(b)

meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim dwar iż-żieda tal-att il-ġdid adottat mal-Anness rilevanti ta' dan il-Protokoll, jeżamina kull possibbiltà ulterjuri biex jinżamm il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Protokoll u jieħu kull deċiżjoni meħtieġa għal dan l-għan.

Jekk il-Kumitat Konġunt ma jkunx ħa deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu fi żmien raġonevoli, l-Unjoni għandha tkun intitolata, wara li tavża lir-Renju Unit, tieħu miżuri ta' rimedju xierqa. Tali miżuri għandhom isiru effettivi mhux qabel 6 xhur wara li l-Unjoni tinforma lir-Renju Unit b'konformità mal-ewwel subparagrafu, iżda tali miżuri fl-ebda każ ma għandhom isiru effettivi qabel dakinhar li l-att il-ġdid adottat jiġi implimentat fl-Unjoni.

5.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, sakemm l-Unjoni ma tikkunsidrax li l-aċċess sħiħ jew parzjali mir-Renju Unit jew mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, skont il-każ, ikun strettament meħtieġ biex jippermetti lir-Renju Unit jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan il-Protokoll, inkluż fejn tali aċċess ikun neċessarju minħabba li aċċess għall-informazzjoni rilevanti ma jkunx jista' jiġi ffaċilitat mill-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 15 ta’ dan il-Protokoll jew bl-ebda mod prattiku ieħor, fir-rigward ta' aċċess għal kwalunkwe netwerk, sistema ta' informazzjoni jew bażi ta’ data stabbiliti fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni, referenzi għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli ma għandhomx jinftiehmu li jinkludu lir-Renju Unit jew lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, skont il-każ

6.   L-awtoritajiet tar-Renju Unit ma għandhomx jaġixxu bħala l-awtorità ewlenija għal valutazzjonijiet tar-riskju, eżamijiet, approvazzjonijiet u proċeduri ta' awtorizzazzjonijiet previsti fid-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli.

7.   L-Artikoli 346 u 347 TFUE għandhom japplikaw għal dan il-Protokoll fir-rigward ta’ miżuri meħuda minn Stat Membru jew mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

8.   Kwalunkwe ftehim sussegwenti bejn l-Unjoni u r-Renju Unit għandu jindika l-partijiet ta’ dan il-Protokoll li jissostitwixxi. Ladarba ftehim sussegwenti bejn l-Unjoni u r-Renju Unit isir applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, dan il-Protokoll għandu, mid-data tal-applikazzjoni ta’ tali ftehim sussegwenti u f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim li jistabbilixxi l-effett ta’ dak il-ftehim fuq dan il-Protokoll, ma japplikax jew jieqaf japplika, skont il-każ, fl-intier tiegħu jew parzjalment.

Artikolu 14

Kumitat Speċjalizzat

Il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq stabbilit mill-Artikolu 165 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (“il-Kumitat Speċjalizzat”) għandu:

(a)

jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(b)

jeżamina l-proposti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll mill-Kunsill Ministerjali tat-Tramuntana u n-Nofsinhar u l-korpi ta' Implimentazzjoni tat-Tramuntana u n-Nofsinhar imwaqqfa taħt il-Ftehim tal-1998;

(c)

jikkunsidra kull kwistjoni ta’ rilevanza għall-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll li tinġieb għall-attenzjoni tiegħu mill-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta' Fuq, mill-Kummissjoni tal-Ugwaljanza għall-Irlanda ta’ Fuq, u mill-Kumitat Konġunt tar-rappreżentanti tal-Kummissjonijiet tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta' Fuq u tal-Irlanda;

(d)

jiddiskuti kull punt imqajjem mill-Unjoni jew mir-Renju Unit li jkun ta' rilevanza għal dan il-Protokoll u li jwassal għal diffikultà; u

(e)

jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt rigward il-funzjonament ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 15

Grupp ta’ ħidma konsultattiv konġunt

1.   B'dan huwa stabbilit grupp ta’ ħidma konsultattiv konġunt dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll ("il-grupp ta' ħidma"). Dan għandu jservi ta’ forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u konsultazzjoni reċiproka.

2.   Il-grupp ta’ ħidma għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat, kif ukoll jirrapporta lilu. Il-grupp ta’ ħidma ma għandux ikollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti għajr is-setgħa li jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess imsemmija fil-paragrafu 6.

3.   Fil-grupp ta’ ħidma:

(a)

l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom, b’mod f'waqtu, jiskambjaw informazzjoni dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni rilevanti li jkunu ppjanati, li jkunu jinsabu għaddejjin kif ukoll dawk finali fir-rigward tal-atti tal-Unjoni elenkati fl-Annessi ta’ dan il-Protokoll;

(b)

l-Unjoni għandha tinforma lir-Renju Unit dwar l-atti tal-Unjoni li jkunu ppjanati fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, fosthom atti tal-Unjoni li jemendaw jew jissostitwixxu atti tal-Unjoni elenkati fl-Annessi ta’ dan il-Protokoll;

(c)

l-Unjoni għandha tipprovdi lir-Renju Unit kull informazzjoni li l-Unjoni tqis rilevanti sabiex tippermetti lir-Renju Unit jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tiegħu skont dan il-Protokoll; u

(d)

ir-Renju Unit għandu jipprovdi lill-Unjoni l-informazzjoni kollha li l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu lil xulxin jew lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni f’konformità mal-atti tal-Unjoni elenkati fl-Annessi ta’ dan il-Protokoll.

4.   Il-grupp ta’ ħidma għandu jiġi kopresedut mill-Unjoni u mir-Renju Unit.

5.   Il-grupp ta’ ħidma għandu jiltaqa’ tal-anqas darba fix-xahar, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Unjoni u mir-Renju Unit b’mod kunsenswali. Meta jkun hemm bżonn, l-Unjoni u r-Renju Unit jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu bejn laqgħa u oħra.

6.   Il-grupp ta’ ħidma għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’mod kunsenswali.

7.   L-Unjoni għandha tiżgura li l-fehmiet kollha espressi mir-Renju Unit fil-grupp ta' ħidma u l-informazzjoni kollha mogħtija mir-Renju Unit fil-grupp ta’ ħidma, inkluża data teknika u xjentifika, jiġu kkomunikati lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 16

Kontroll tas-sigurtà

1.   Jekk l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll twassal għal diffikultajiet ekonomiċi, soċjetali jew ambjentali serji li x’aktarx jippersistu, jew għal devjazzjoni tal-kummerċ, l-Unjoni u r-Renju Unit jistgħu jieħdu miżuri xierqa ta' salvagwardja fuq bażi unilaterali. Tali miżuri ta’ salvagwardja għandhom jiġu ristretti fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni u d-durata tagħhom għal dak li jkun strettament meħtieġ sabiex jinstab rimedju għas-sitwazzjoni. Għandha tingħata prijorità għal tali miżuri li jfixklu l-anqas il-funzjonament tal-Protokoll.

2.   Jekk miżura ta’ salvagwardja li tittieħed mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, skont il-każ, f’konformità mal-paragrafu 1, toħloq żbilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi skont dan il-Protokoll, l-Unjoni jew ir-Renju Unit, skont il-każ, jistgħu jieħdu tali miżuri proporzjonati ta’ riekwilibriju kif ikun strettament meħtieġ biex jiġi rimedjat l-iżbilanċ. Għandha tingħata prijorità għal tali miżuri li jfixklu l-anqas il-funzjonament tal-Protokoll.

3.   Il-miżuri ta’ salvagwardja u riekwilibriju li jittieħdu f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati mill-proċeduri stabbiliti fl-Anness 7 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 17

Ħarsien tal-interessi finanzjarji

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit.

Artikolu 18

Kunsens demokratiku fl-Irlanda ta’ Fuq

1.   Fi żmien xahrejn qabel it-tmiem kemm tal-perjodu inizjali kif ukoll ta’ kwalunkwe perjodu sussegwenti, ir-Renju Unit għandu jagħti l-opportunità għal kunsens demokratiku fl-Irlanda ta’ Fuq għall-applikazzjoni kontinwa tal-Artikoli minn 5 sa 10.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-Renju Unit għandu jfittex kunsens demokratiku fl-Irlanda ta’ Fuq b’mod li jkun konsistenti mal-Ftehim tal-1998. Deċiżjoni li tesprimi l-kunsens demokratiku għandha tittieħed strettament skont id-dikjarazzjoni unilaterali dwar il-funzjonament tad-dispożizzjoni "Kunsens demokratiku fl-Irlanda ta' Fuq" fil-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq li saret mir-Renju Unit fis-17 ta' Ottubru 2019, inkluż fir-rigward tar-rwoli tal-Eżekuttiv u l-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq.

3.   Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Unjoni qabel it-tmiem tal-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 bl-eżitu tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Meta l-proċess imsemmi fil-paragrafu 1 ikun twettaq u tkun ittieħdet deċiżjoni skont il-paragrafu 2, u r-Renju Unit jinnotifika lill-Unjoni li l-eżitu tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 1 mhuwiex deċiżjoni li l-Artikoli ta’ dan il-Protokoll imsemmija f’dak il-paragrafu għandhom ikomplu japplikaw fl-Irlanda ta’ Fuq, dawk l-Artikoli u dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan il-Protokoll, sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet jiddependu fuq dawk l-Artikoli għall-applikazzjoni tagħhom, għandhom jieqfu milli japplikaw sentejn wara t-tmiem tal-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5. F’dan il-każ il-Kumitat Konġunt għandu jindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Unjoni u lir-Renju Unit dwar il-miżuri meħtieġa, b’kunsiderazzjoni għall-obbligi tal-partijiet għall-Ftehim tal-1998. Qabel ma jagħmel dan, il-Kumitat Konġunt jista’ jsaqsi għal opinjoni mill-istituzzjonijiet maħluqa mill-Ftehim tal-1998.

5.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-perjodu inizjali huwa l-perjodu li jintemm erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. Meta d-deċiżjoni li tittieħed f’perjodu partikolari tkun abbażi ta’ maġġoranza tal-Membri tal-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq, preżenti u li jivvutaw, il-perjodu sussegwenti huwa l-perjodu ta’ erba’ snin wara dak il-perjodu, sakemm ikomplu japplikaw l-Artikoli minn 5 sa 10. Meta d-deċiżjoni li tittieħed f’perjodu partikolari jkollha appoġġ transkomunitarju, il-perjodu sussegwenti huwa l-perjodu ta’ tmien snin wara dak il-perjodu, sakemm ikomplu japplikaw l-Artikoli minn 5 sa 10.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, appoġġ transkomunitarju tfisser:

(a)

maġġoranza ta’ dawk il-Membri tal-Assemblea Leġislattiva preżenti u li jivvutaw, inkluża maġġoranza tad-deżinjazzjonijiet unjonisti u nazzjonalisti preżenti u li jivvutaw; jew

(b)

maġġoranza ponderata (60 %) tal-Membri tal-Assemblea Leġislattiva preżenti u li jivvutaw, inkluż mill-inqas 40 % minn kull deżinjazzjoni nazzjonalista u unjonista preżenti u li jivvutaw.

Artikolu 19

Annessi

L-Annessi minn 1 sa 7 għandhom ikunu parti integrali minn dan il-Protokoll.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).


ANNESS 1

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITT TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (1)

Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (4)

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (6)


(1)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(2)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(3)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(4)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(5)  ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24.


ANNESS 2

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITT TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(4)

1.   Aspetti doganali ġenerali (1)

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (4)

2.   Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-atti elenkati f’din it-taqsima, il-ġbir korrett ta' dazji doganali mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jitqies bħala parti mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (6)

3.   Statistika kummerċjali

Ir-Regolament (KE) 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istatistika Komunitarja rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (7)

Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istatistika tal-Komunità marbuta mal-kummerċ estern ma' pajjiżi mhux membri u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (8)

4.   Aspetti ġenerali relatati mal-kummerċ

Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (9)

Ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-esportazzjoni (10)

Ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (11)

Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (12)

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (il-Balkani tal-Punent) (13)

Ir-Regolament (UE) 2017/1566 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (14)

Obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, jew mill-Istati Membri li jaġixxu f’isimha, jew mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li jaġixxu b’mod konġunt, sa fejn jirrigwardaw il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi

5.   Strumenti għad-difiża tal-kummerċ

Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (15)

Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (16)

Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (17)

Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (18)

Ir-Regolament (UE) 2015/476 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (19)

Ir-Regolament (UE) 2015/477 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-miżuri li l-Unjoni tista' tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta' miżuri kontra d‐dumping jew kontra s-sussidji ma' miżuri ta' salvagwardja (20)

6.   Regolamenti dwar salvagwardji bilaterali

Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (21)

Ir-Regolament (UE) 2015/1145 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (22)

Ir-Regolament (UE) 2015/475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (23)

Ir-Regolament (UE) 2015/938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (24)

Ir-Regolament (UE) Nru 332/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbia, min-naħa l-oħra (25)

Ir-Regolament (UE) Nru 2015/752 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (26)

Ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra (27)

Ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (28)

Ir-Regolament (UE) 2016/400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (29)

Ir-Regolament (UE) 2016/401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (30)

Ir-Regolament (UE) 2015/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (31)

Ir-Regolament (UE) 2015/940 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (32)

Ir-Regolament (UE) 2015/939 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (33)

Ir-Regolament (UE) Nru 511/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Mejju 2011li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Korea (34)

Ir-Regolament (UE) 2017/355 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (35) min-naħa l-oħra (36)

Ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika (37)

7.   Oħrajn

Ir-Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika (38)

8.   Oġġetti - dispożizzjonijiet ġenerali

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (39), bl-eċċezzjoni ta’ dispożizzjonijiet relatati ma’ regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (41)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (42)

Ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (43)

Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (44)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-ħidma tas-suq intern b'relazzjoni mal-moviment liberu tal-oġġetti fost l-Istati Membri (45)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (46)

9.   Vetturi bil-mutur, inklużi tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (47)

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (48)

Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (49)

Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kundizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (50)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (51)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Qafas) (52)

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (53)

Ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (54)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (55)

Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (56)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (57)

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (58)

Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (59)

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (60)

Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (61)

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (62)

10.   Apparati ta’ rfigħ u maniġġ mekkaniku

Id-Direttiva tal-Kunsill 73/361/KEE tad-19 ta' Novembru 1973 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu maċ-ċertifikazzjoni u l-għoti tal-marka tal-ħbula tal-wajer, il-ktajjen u l-ganġijiet (63)

Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (64)

11.   Tagħmir tal-gass

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi (65)

Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (66)

12.   Reċipjenti taħt pressjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (67)

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (68)

Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (69)

Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta' reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (70)

13.   L-istrumenti tal-kejl

Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (71)

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/107/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' fliexken użati bħala reċipjenti ta’ kejl (72)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta' ċerti prodotti f'imballaġġ minn qabel (73)

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE tal-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE (74)

Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (75)

Id-Direttiva 2011/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metrologija (76)

Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (77)

Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (78)

14.   Prodotti tal-kostruzzjoni, makkinarju, kejbils, tagħmir protettiv personali

Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (79)

Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (80)

Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (81)

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (82)

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (83)

Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (84)

15.   Tagħmir elettriku u tar-radju

Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (85)

Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplużivi (86)

Id-Direttiva 2014/35/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu f'ċerti limiti tal-voltaġġ (87)

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (88)

16.   Tessuti, żraben

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (89)

Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (90)

17.   Kożmetiċi, ġugarelli

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (91)

Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (92)

18.   Dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni

Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (93)

19.   Splussivi u oġġetti pirotekniċi

Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili (94)

Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (95)

Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (96)

20.   Prodotti mediċinali

Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (97)

Ir-referenzi għall-Komunità fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (98)

Ir-referenzi għall-Komunità fl-Artikoli 8(2) u 16b(1) ta’ dik id-Direttiva kif ukoll ir-referenza għall-Unjoni fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, bl-eċċezzjoni tal-awtorizzazzjonijiet mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Prodott mediċinali awtorizzat fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq ma għandux jitqies bħala prodott mediċinali ta’ referenza fl-Unjoni.

Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (99), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 36

Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (100)

Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (101)

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (102)

Ir-referenzi għall-Komunità fl-Artikolu 12(2) u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, bl-eċċezzjoni tal-awtorizzazzjonijiet mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Prodott mediċinali veterinarju awtorizzat fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq ma għandux jitqies bħala prodott mediċinali ta’ referenza fl-Unjoni.

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (103)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika korretta ta' klinika fit-twettiq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (104)

Il-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (105)

Id-Direttiva 2009/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (106)

Ir-Regolament (UE) 2016/793 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti mediċini prinċipali (107)

21.   Apparati mediċi

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar apparat mediku (108)

Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (109)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem (110)

Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (111)

Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (112)

22.   Sustanzi ta’ oriġini umana

Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (113)

Id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem (114)

Id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta’ organi umani maħsuba għat-trapjant (115)

23.   Kimiċi u relatat

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (116)

Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom għal testijiet fuq sustanzi kimiċi (117)

Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (118)

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (119)

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti (120)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (121)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (122)

Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (123)

Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (124)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (125)

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (126)

Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (127)

24.   Pestiċidi, bijoċidi

Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (128)

Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (129)

Ir-referenza għall-Istati Membri fl-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament ma għandhiex tinqara bħala li tinkludi lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (130)

Ir-referenzi għal Stat Membru fl-Artikoli 3(3), 15(1) u 28(4) u fil-punt (g) tal-Artikolu 75(1) ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

25.   Skart

Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (131)

Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (132)

Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (133)

Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ karburant użat (134)

26.   Ambjent, effiċjenza fl-enerġija

Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi (135)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (136)

Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (137)

Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (138)

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 tal-20 ta' April 2015 li tistabbilixxi l-metodi ta' kalkolu u r-rekwiżiti ta' rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (139)

Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (140)

Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (141)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (142)

Regolament (KE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ċerti gassijiet serra flworinati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (143)

Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (144)

Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (145)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (146)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 tal-4 ta' Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu fil-Komunità ta' nasses li jaqbdu s-saqajn u l-introduzzjoni fil-Komunità ta' ġlud u merkanzija maħduma ta' ċerti speċi ta' annimali slavaġ li joriġinaw minn pajjiżi fejn dawn jinqabdu permezz ta' nasses li jaqbdu s-saqajn jew metodi ta' nsib li ma jkunux konformi man-normi internazzjonali ta' nsib b'mod uman (147)

Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (148)

Regolament (KE) Nru 1523/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2007 li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità jew l-esportazzjoni mill-Komunità ta' pil tal-qtates u tal-klieb u ta' prodotti oħra li fihom pil ta' din ix-xorta (149)

Direttiva tal-Kunsill 83/129/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri (150)

Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (151)

Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra. (152)

Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (153)

Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (154)

27.   Tagħmir tal-baħar

Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (155)

28.   It-trasport bil-ferrovija

Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (156), sa fejn il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rigward it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz u l-moviment liberu tal-prodotti ferrovjarji huma kkonċernati

29.   Ikel - ġenerali

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (157)

Ir-referenza għall-Istat Membru fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament ma għandhiex tinqara bħala li tinkludi lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (158)

Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (159)

30.   Ikel - iġjene

Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (160)

Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (161)

Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti tal-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem (162)

31.   Ikel — ingredjenti, traċċi, residwi, standards tal-kummerċjalizzazzjoni

Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (163)

Ir-referenza għall-Istat Membru fl-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament ma għandhiex tinqara bħala li tinkludi lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (164)

Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (165)

Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (166)

Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mas-supplimenti tal-ikel (167)

Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (168)

Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (169)

Ir-referenza għall-Istat Membru fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament ma għandhiex tinqara bħala li tinkludi lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (170)

Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (171)

Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (172)

Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 li għandha x'taqsam mal-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra (173)

Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (174)

Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (175)

Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (176)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (177)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi (178)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1375/2007 tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti tal-Amerika (179)

Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (180)

Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (181)

Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (182)

Direttiva (UE) 2015/2203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (183)

Il-Kapitolu IV tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (184)

It-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (185)

32.   Materjali ta’ kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (186)

Ir-referenza għall-Istat Membru fl-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament ma għandhiex tinqara bħala li tinkludi lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Id-Direttiva tal-Kunsill 84/500/KEE tal-15 ta' Ottubru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-oġġetti taċ-ċeramika maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt mal-oġġetti tal-ikel (187)

33.   Ikel - oħrajn

Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza (188)

Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (189)

Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (190)

Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (191)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (192)

Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (193)

Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (194)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl (195)

34.   Għalf - prodotti u iġjene

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (196)

Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (197)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (198)

Ir-referenzi għal laboratorji ta’ referenza nazzjonali fil-punt 6 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx jinqraw bħala li japplikaw għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan ma għandux jipprevjeni lil laboratorju ta’ referenza nazzjonali li jinsab fi Stat Membru milli jwettaq il-funzjonijiet ta’ laboratorju ta’ referenza nazzjonali fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Informazzjoni u materjal skambjati għal dak l-għan bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda ta’ Fuq u laboratorju nazzjonali ta’ referenza fi Stat Membru ma għandhomx ikunu suġġetti għal żvelar ulterjuri mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fis-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel medikat (199)

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (200)

35.   OĠM

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (201), bl-eċċezzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 32

Dan ma għandux jipprevjeni lil laboratorju ta’ referenza nazzjonali li jinsab fi Stat Membru milli jwettaq il-funzjonijiet ta’ laboratorju ta’ referenza nazzjonali fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Informazzjoni u materjal skambjati għal dak l-għan bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda ta’ Fuq u laboratorju nazzjonali ta’ referenza fi Stat Membru ma għandhomx ikunu suġġetti għal żvelar ulterjuri mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Ir-referenzi għal Stat Membru fl-Artikoli 10(1) u 22(1) ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (202)

Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (203)

Il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (204)

36.   Annimali ħajjin, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

Ir-referenzi għal laboratorji nazzjonali ta’ referenza fl-atti elenkati f’din it-taqsima ma għandhomx jinftiehmu bħala li jinkludu lil-laboratorju ta’ referenza fir-Renju Unit. Dan ma għandux jipprevjeni lil laboratorju ta’ referenza nazzjonali li jinsab fi Stat Membru milli jwettaq il-funzjonijiet ta’ laboratorju ta’ referenza nazzjonali fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Informazzjoni u materjal skambjati għal dak l-għan bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda ta’ Fuq u laboratorju nazzjonali ta’ referenza fi Stat Membru ma għandhomx ikunu suġġetti għal żvelar ulterjuri mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal- annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (205)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini fil-Komunità (206)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-ngħaġ u tal-mogħoż (207)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (208)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (209)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux soġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (210)

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (211)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni tal-annimali domestiċi tal-ispeċje tal-bovini (212)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (213)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (214)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (215)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (216)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (217)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (218)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (219)

37.   Kontroll tal-mard tal-annimali, kontroll taż-żoonożi

Ir-referenzi għal laboratorji ta’ referenza nazzjonali fl-atti elenkati f’din it-taqsima ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lil-laboratorju ta’ referenza fir-Renju Unit. Dan ma għandux jipprevjeni lil laboratorju ta’ referenza nazzjonali li jinsab fi Stat Membru milli jwettaq il-funzjonijiet ta’ laboratorju ta’ referenza nazzjonali fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Informazzjoni u materjal skambjati għal dak l-għan bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda ta’ Fuq u laboratorju nazzjonali ta’ referenza fi Stat Membru ma għandhomx ikunu suġġetti għal żvelar ulterjuri mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (220)

Id-Direttiva tal-Kunsill77/391/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi, tuberkulosi u lewkosi fl-ifrat (221)

Id-Direttiva tal-Kunsill 78/52/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1977 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-pjani nazzjonali għall-qerda mgħaġġla tal-mard brucellosis, tuberculosis u enzootic leukosis fl-ifrat (222)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE and 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva 92/46/KEE (223)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (224)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (225)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta' kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (226)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (227)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (228)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (229)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (230)

Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (231)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (232)

38.   Identifikazzjoni tal-annimali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (233)

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (234)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (235)

39.   Tnissil tal-bhejjem

L-Artikolu 37 u l-Artikolu 64(3) tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (236)

40.   Trattament xieraq tal-annimali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (237)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (238)

41.   Saħħa tal-pjanti

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fill-Komunità (239)

Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (240)

42.   Materjal riproduttiv tal-pjanti

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (241)

Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (242)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (243)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (244)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (245)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (246)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (247)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (248)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (249)

43.   Kontrolli uffiċjali, kontrolli veterinarji

Ir-referenzi għal laboratorji ta’ referenza nazzjonali fl-atti elenkati f’din it-taqsima ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lil-laboratorju ta’ referenza fir-Renju Unit. Dan ma għandux jipprevjeni lil laboratorju ta’ referenza nazzjonali li jinsab fi Stat Membru milli jwettaq il-funzjonijiet ta’ laboratorju ta’ referenza nazzjonali fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Informazzjoni u materjal skambjati għal dak l-għan bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda ta’ Fuq u laboratorju nazzjonali ta’ referenza fi Stat Membru ma għandhomx ikunu suġġetti għal żvelar ulterjuri mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (250)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (251)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (252)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (253)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (254)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (255)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (256)

44.   Sanitarji u fitosanitarji - Oħrajn

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta‐agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (257)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (258)

45.   Proprjetà intellettwali

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (259).

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (260)

Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (261)

It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (262)

Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (263)

46.   Is-sajd u l-akkwakultura

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 tat-23 ta' Diċembru 1985 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' livelli komuni fis-suq għal ċertu ħut frisk u mkessaħ (264)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali għal sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin (265)

Il-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta' Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istandards ta' marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (266)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (267)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (268), sa fejn jikkonċerna dispożizzjonijiet relatati ma’ daqsijiet minimi ta’ organiżmi tal-baħar

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (269), sa fejn jikkonċerna dispożizzjonijiet relatati mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (270), sa fejn jikkonċerna dispożizzjonijiet relatati ma’ standards ta’ kummerċjalizzazzjoni u informazzjoni lill-konsumatur

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (271), sa fejn jikkonċerna dispożizzjonijiet relatati mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (272)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp(273)

Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 (274)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (275)

47.   Oħrajn

Il-Parti III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (276), bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2964/95 tal-20 ta’ Diċembru 1995 li jintroduċi r-reġistrazzjoni għall-importazzjonijiet żejt mhux raffinat u l-kunsinni tiegħu fil-Komunità (277)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (278)

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (279)

Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (280)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (281)

Id-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (282)

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta’ Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (283)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (284)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (285)

Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (286)

Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (287)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (288)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (289)

Miżuri restrittivi fis-seħħ fuq il-bażi tal-Artikolu 215 TFUE, sa fejn jirrigwardaw il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi


(1)  L-intestaturi u s-subintestaturi f’dan l-Anness huma purament indikattivi.

(2)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(7)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.

(9)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(10)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 34.

(11)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 1.

(12)  ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.

(13)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1.

(14)  ĠU L 254, 30.9.2017, p. 1.

(15)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(16)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(17)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(18)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

(19)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 6.

(20)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 11.

(21)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50.

(22)  ĠU L 191, 17.7.2015, p. 1.

(23)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 1.

(24)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 57.

(25)  ĠU L 103, 5.4.2014, p. 10.

(26)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 16.

(27)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 1.

(28)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 13.

(29)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 53.

(30)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 62.

(31)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 76.

(32)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 69.

(33)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 62.

(34)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 19.

(35)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(36)  ĠU L 57, 3.3.2017, p. 59.

(37)  ĠU L 185, 8.7.2016, p. 1.

(38)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 1.

(39)  ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.

(40)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(41)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(42)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(43)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21.

(44)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(45)  ĠU L 337, 12.12.1998, p. 8.

(46)  ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.

(47)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16.

(48)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131.

(49)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10.

(50)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12.

(51)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(52)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(53)  ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.

(54)  ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.

(55)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(56)  ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32.

(57)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(58)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52.

(59)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

(60)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(61)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(62)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1.

(63)  ĠU L 335, 5.12.1973, p. 51.

(64)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251.

(65)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.

(66)  ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99.

(67)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

(68)  ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1.

(69)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164.

(70)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45.

(71)  ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.

(72)  ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14.

(73)  ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1.

(74)  ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.

(75)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

(76)  ĠU L 71, 18.3.2011, p. 1.

(77)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107.

(78)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149.

(79)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(80)  ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51.

(81)  ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1.

(82)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(83)  ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53.

(84)  ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1.

(85)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79.

(86)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309.

(87)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357.

(88)  ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.

(89)  ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1.

(90)  ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37.

(91)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(92)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(93)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90.

(94)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1.

(95)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27.

(96)  ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1.

(97)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(98)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(99)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.

(100)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.

(101)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.

(102)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(103)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(104)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

(105)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1.

(106)  ĠU L 109, 30.4.2009, p. 10.

(107)  ĠU L 135, 24.5.2016, p. 39.

(108)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(109)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(110)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(111)  ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1.

(112)  ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176.

(113)  ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30.

(114)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.

(115)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14.

(116)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

(117)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44.

(118)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28.

(119)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(120)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(121)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(122)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(123)  ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1.

(124)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(125)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(126)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(127)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

(128)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(129)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(130)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(131)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(132)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(133)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(134)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21.

(135)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.

(136)  ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1.

(137)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(138)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(139)  ĠU L 107, 25.4.2015, p. 26.

(140)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

(141)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.

(142)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(143)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(144)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(145)  ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1.

(146)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(147)  ĠU L 308, 9.11.1991, p. 1.

(148)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36.

(149)  ĠU L 343, 27.12.2007, p. 1.

(150)  ĠU L 91, 9.4.1983, p. 30.

(151)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.

(152)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.

(153)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(154)  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

(155)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.

(156)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(157)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(158)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

(159)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(160)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(161)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(162)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34.

(163)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(164)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.

(165)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(166)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(167)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(168)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(169)  ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

(170)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(171)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(172)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.

(173)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

(174)  ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19.

(175)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

(176)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53.

(177)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(178)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 45.

(179)  ĠU L 307, 24.11.2007, p. 5.

(180)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.

(181)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67.

(182)  ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19.

(183)  ĠU L 314, 1.12.2015, p. 1.

(184)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(185)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(186)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(187)  ĠU L 277, 20.10.1984, p. 12.

(188)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(189)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24.

(190)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3.

(191)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.

(192)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(193)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(194)  ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2.

(195)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 1.

(196)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(197)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(198)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(199)  ĠU L 92, 7.4.1990, p. 42.

(200)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(201)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(202)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(203)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.

(204)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(205)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(206)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 19774.

(207)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(208)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(209)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(210)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(211)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

(212)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

(213)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(214)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.

(215)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(216)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(217)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(218)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(219)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(220)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(221)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 44.

(222)  ĠU L 15, 19.1.1978, p. 34.

(223)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(224)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(225)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(226)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

(227)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(228)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(229)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(230)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(231)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

(232)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(233)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.

(234)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(235)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31.

(236)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66.

(237)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(238)  ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.

(239)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(240)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(241)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(242)  ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15.

(243)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(244)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(245)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(246)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(247)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.

(248)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(249)  ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8.

(250)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(251)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(252)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(253)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(254)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(255)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(256)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(257)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3.

(258)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(259)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(260)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(261)  ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14.

(262)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(263)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15.

(264)  ĠU L 351, 28.12.1985, p. 63.

(265)  ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79.

(266)  ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1.

(267)  ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1.

(268)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

(269)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(270)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.

(271)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(272)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(273)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 1.

(274)  ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1.

(275)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17.

(276)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(277)  ĠU L 310, 22.12.1995, p. 5.

(278)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1.

(279)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9.

(280)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.

(281)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.

(282)  ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1.

(283)  ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36.

(284)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

(285)  ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

(286)  ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1.

(287)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(288)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.

(289)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS 3

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITT TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8

1.   Taxxa fuq il-Valur Miżjud (1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (5)

It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus - Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' merkanzija ta' natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (9)

Obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tal-pretensjonijiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (10)

Obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, sabiex tiġi miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li tkun ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tagħhom (11)

2.   Sisa

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (14)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (15)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (16)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta' Novembru, 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju (19)

Id-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' prodotti soġġetti għas-sisa (20)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (21)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' merkanzija ta' natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (22)


(1)  L-intestaturi u s-subintestaturi f’dan l-Anness huma purament indikattivi.

(2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.

(4)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40.

(7)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6.

(8)  ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5.

(9)  ĠU L 286, 17.10.2006, p. 15.

(10)  ĠU L 195, 1.8.2018, p. 1.

(11)  ĠU L 46, 17.2.2009, p. 8.

(12)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

(13)  ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1.

(14)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

(15)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.

(16)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29.

(17)  ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24.

(18)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(19)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46.

(20)  ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5.

(21)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6.

(22)  ĠU L 286, 17.10.2006, p. 15.


ANNESS 4

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITT TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9

L-atti li ġejjin għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq sa fejn dawn japplikaw għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, u l-provvista tal-elettriku, il-kummerċ tal-elettriku bl-ingrossa jew l-iskambji transfruntieri tal-elettriku.

Id-dispożizzjonijiet relatati mas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u l-protezzjoni tal-konsumatur ma għandhomx japplikaw. Ir-referenzi għal xi dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni fl-atti elenkati f’dan l-Anness ma għandhomx jagħmlu d-dispożizzjoni msemmija applikabbli fejn din ma tkunx b’xi mod ieħor tapplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, sakemm ma tkunx dispożizzjoni li tirregola s-swieq tal-elettriku bl-ingrossa li tapplika fl-Irlanda u li tkun meħtieġa għall-operazzjoni konġunta tas-suq uniku tal-elettriku bl-ingrossa fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq.

Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1)

Ir-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (2)

Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (3)

Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (5)

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (6)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (7)


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

(2)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

(3)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 22.

(5)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.

(6)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(7)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.


ANNESS 5

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITT TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10(1)

1.   Regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat fit-TFUE (1)

L-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE

L-Artikolu 106 TFUE, sa fejn jikkonċerna għajnuna mill-Istat

L-Artikolu 93 TFUE

2.   Atti li jirreferu għall-kunċett ta’ għajnuna

Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (2)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat għal kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (3)

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (4)

3.   Regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija

3.1   Regolament ta' abilitazzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (5)

3.2   Regolament għall-eżenzjoni ġenerali sħiħa

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (6)

3.3   Regolamenti settorjali ta’ eżenzjoni ta’ kategorija

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b'applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (9)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida interpretattivi li jikkonċernaw ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (11)

3.4   Regolamenti dwar l-għajnuna de minimis

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta' April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (15)

4.   Regoli proċedurali

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (16)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (17)

Avviż mill-Kummissjoni — Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi (18)

Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat (19)

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali (20)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (21)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (22)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C (2003) 4582 tal-1 ta’ Diċembru 2003 dwar is-segretezza professjonali f’deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat (23)

5.   Regoli dwar il-kompatibbiltà

5.1   Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (24)

5.2   Għajnuna agrikola

Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (25)

5.3   Għajnuna tas-sajd u tal-akkwakultura

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (26)

5.4   Għajnuna reġjonali

Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (27)

5.5   Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Qafas għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (28)

5.6   Għajnuna għall-kapital ta' riskju:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta’ riskju (29)

5.7   Għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (30)

5.8   Għajnuniet għat-taħriġ

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għat-taħriġ soġġetta għal notifika individwali (31)

5.9   Għajnuna għall-Impjieg

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità soġġetta għal notifika individwali (32)

5.10   Regoli temporanji b’reazzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (33)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta' Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (34)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (35)

5.11   Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir (36)

5.12   Enerġija u Ambjent

5.12.1   Ambjent u enerġija

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (37)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012 (38)

5.12.2   Elettriku (kostijiet mhux rekuperabbli)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-ispejjeż mhux rekuperabbli (39)

5.12.3   Faħam

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (40)

5.13   Industriji bażiċi u l-manifattura (azzar)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward ċerti aspetti tat-trattament ta’ każijiet ta’ kompetizzjoni li jirriżultaw mill-iskadenza tat-Trattat KEFA (41)

5.14   Servizzi postali

Avviż mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni lis-settur postali u dwar l-istima ta' ċerti miżuri statali dwar is-servizzi postali (42).

5.15   Awdjoviżiv, xandir u broadband

5.15.1   Produzzjoni awdjoviżiva

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (43)

5.15.2   Xandir

Komunikazzjoni mill-kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-istat għax-xandir tas-servizz pubbliku (44)

5.15.3   Network tal-broadband

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Linji gwida għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (45)

5.16   Trasport u infrastruttura

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (46)

Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (47)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tagħti gwida dwar għajnuna mill-Istat li tikkumplementa l-finanzjament Komunitarju għall-varar tal-awtostradi tal-baħar (48)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tagħti gwida dwar għajnuna mill-Istat għal kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti (49)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (50)

5.17   Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta' servizz pubbliku (51)

6.   Trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti impriżi (52)


(1)  L-intestaturi u s-subintestaturi f’dan l-Anness huma purament indikattivi.

(2)  ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(4)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(5)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.

(6)  ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.

(7)  ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1.

(8)  ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37.

(9)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

(10)  ĠU C 92, 29.3.2014, p. 1.

(11)  ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.

(12)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.

(13)  ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.

(14)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9.

(15)  ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45.

(16)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.

(17)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(18)  ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4.

(19)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(20)  ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1.

(21)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(22)  ĠU C 253, 19.7.2018, p. 14.

(23)  ĠU C 297, 9.12.2003, p. 6.

(24)  ĠU C 188, 20.6.2014, p. 4.

(25)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1.

(26)  ĠU C 217, 2.7.2015, p. 1.

(27)  ĠU C 209/01, 23.7.2013, p. 1.

(28)  ĠU C 198, 27.6.2014, p. 1.

(29)  ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4.

(30)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(31)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 1.

(32)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 6.

(33)  ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1.

(34)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(35)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(36)  ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1.

(37)  ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.

(38)  ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4.

(39)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/stranded_costs_en.pdf

(40)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24.

(41)  ĠU C 152, 26.6.2002, p. 5.

(42)  ĠU C 39, 6.2.1998, p. 2.

(43)  ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1.

(44)  ĠU C 257, 27.10.2009, p. 1.

(45)  ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1.

(46)  ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13.

(47)  ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3.

(48)  ĠU C 317, 12.12.2008, p. 10.

(49)  ĠU C 132, 11.6.2009, p. 6.

(50)  ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3.

(51)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.

(52)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.


ANNESS 6

PROĊEDURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10(2)

Il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-livell annwali globali massimu inizjali ta’ appoġġ eżentat u l-perċentwal minimu inizjali msemmi fl-Artikolu 10(2), b’kont meħud tal-aktar informazzjoni reċenti disponibbli. Il-livell annwali globali massimu inizjali ta’ appoġġ eżentat għandu jkun infurmat mit-tfassil tal-iskema futura tar-Renju Unit ta’ appoġġ agrikolu kif ukoll mill-medja annwali tal-ammont totali tan-nefqa mġarrba fl-Irlanda ta’ Fuq skont il-Politika Agrikola Komuni skont il-QFP attwali 2014-2020. Il-perċentwal minimu inizjali għandu jkun infurmat mit-tfassil tal-iskema ta’ appoġġ agrikolu tar-Renju Unit kif ukoll mill-perċentwal sa liema n-nefqa globali skont il-Politika Agrikola Komuni fl-Unjoni kkonformat mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura kif notifikat għall-perjodu kkonċernat.

Il-Kumitat Konġunt għandu jaġġusta l-livell ta’ appoġġ u l-perċentwal imsemmi fl-ewwel paragrafu, b'mod infurmat mit-tfassil tal-iskema ta’ appoġġ agrikolu tar-Renju Unit, għal kull varjazzjoni fl-ammont globali ta’ appoġġ disponibbli taħt il-Politika Agrikola Komuni fl-Unjoni f’kull Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

Jekk il-Kumitat Konġunt ma jirnexxilux jiddetermina l-livell inizjali ta’ appoġġ u l-perċentwali skont l-ewwel paragrafu, jew jonqos milli jaġġusta l-livell ta’ appoġġ u l-perċentwali skont it-tieni paragrafu, sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ Qafas Finanzjarju Pluriennali futur, kif ikun il-każ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) għandha tiġi sospiża sa meta l-Kumitat Konġunt ikun iddetermina jew aġġusta l-livell ta’ appoġġ u l-perċentwali.


ANNESS 7

PROĊEDURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 16(3)

1.

Meta l-Unjoni jew ir-Renju Unit ikunu qed jikkunsidraw li jieħdu miżuri ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 16(1) ta’ dan il-Protokoll, huma għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Unjoni jew lir-Renju Unit, skont il-każ, permezz tal-Kumitat Konġunt u għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha.

2.

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jidħlu minnufih f’konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni komunement aċċettabbli.

3.

L-Unjoni jew ir-Renju Unit, skont il-każ, ma jistgħux jieħdu miżuri ta’ salvagwardja qabel ma jkun għadda xahar mid-data tan-notifika skont il-punt 1, sakemm il-proċedura ta’ konsultazzjoni skont il-punt 2 ma tkunx ġiet konkluża qabel l-iskadenza tal-limitu tal-Istat. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata jeskludu eżami minn qabel, l-Unjoni jew ir-Renju Unit, skont il-każ, jistgħu japplikaw minnufih il-miżuri protettivi li huma strettament meħtieġa sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

4.

L-Unjoni jew ir-Renju Unit, skont il-każ, għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw il-miżuri meħuda lill-Kumitat Konġunt u għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha.

5.

Il-miżuri ta’ salvagwardja meħuda għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt kull 3 xhur mid-data tal-adozzjoni tagħhom bil-ħsieb tal-abolizzjoni tagħhom qabel id-data tal-iskadenza prevista, jew tal-limitazzjoni tal-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom. L-Unjoni jew ir-Renju Unit, skont il-każ, jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lill-Kumitat Konġunt biex jirrevedi tali miżuri.

6.

Il-punti minn 1 sa 5 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal miżuri ta' riekwilibriju msemmija fl-Artikolu 16(2) ta’ dan il-Protokoll.

PROTOKOLL DWAR L-AREI TA’ BAŻI SOVRANA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ F’ĊIPRU

L-Unjoni u r-Renju Unit,

FILWAQT LI JFAKKRU li d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru annessa mal-Att Finali tat-Trattat li jikkonċerna l-Adeżjoni tar-Renju Unit mal-Komunitajiet Ewropej ipprevediet li l-arranġamenti applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Arei ta’ Bażi Sovrana jiġu ddefiniti fil-kuntest ta’ kwalunkwe ftehim bejn il-Komunità u r-Repubblika ta’ Ċipru,

FILWAQT LI JIKKONFERMAW li jenħtieġ li l-arranġamenti applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Arei ta’ Bażi Sovrana wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jkomplu jiġu ddefiniti fil-qafas tas-sħubija tar-Repubblika ta’ Ċipru fl-Unjoni,

FILWAQT LI JQISU d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-Arei ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit ta’ Akrotiri u Dhekelia (“l-Arei ta’ Bażi Sovrana”) stabbiliti fit-Trattat li jikkonċerna l-Istabbiliment tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Iskambji ta’ Noti assoċjati bid-data tas-16 ta’ Awwissu 1960 (it-“Trattat tal-Istabbiliment”),

FILWAQT LI JIKKONFERMAW li jenħtieġ li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tar-Repubblika ta’ Ċipru taħt id-dritt tal-Unjoni jew id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għat-Trattat tal-Istabbiliment,

FILWAQT LI JFAKKRU li, mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru mal-Unjoni, id-dritt tal-Unjoni japplika fl-Arei ta’ Bażi Sovrana biss sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-arranġamenti stabbiliti fil-Protokoll Nru 3 dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru anness mal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (il-"Protokoll Nru 3"),

FILWAQT LI JINNOTAW l-Iskambju ta’ Noti bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru rigward l-amministrazzjoni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana, bid-data tas-16 ta’ Awwissu 1960, u d-Dikjarazzjoni tal-Gvern tar-Renju Unit mehmuża skont liema wieħed mill-objettivi ewlenin li jridu jinkisbu hija l-protezzjoni tal-interessi ta’ dawk residenti jew li jaħdmu fl-Arei ta’ Bażi Sovrana, u filwaqt li jiġi kkunsidrat f’dan il-kuntest li dawk il-persuni jenħtieġ li jkollhom, sa fejn possibbli, l-istess trattament bħal dawk residenti jew li jaħdmu fir-Repubblika ta’ Ċipru,

FILWAQT LI JINNOTAW l-impenn tar-Renju Unit sabiex jippreserva l-applikazzjoni tal-arranġamenti li saru taħt it-Trattat tal-Istabbiliment li permezz tagħhom l-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru jamministraw firxa wiesgħa ta’ servizzi pubbliċi fl-Arei ta’ Bażi Sovrana, inklużi fl-oqsma tal-agrikoltura, tad-dwana u tat-tassazzjoni,

BILLI l-Arei ta’ Bażi Sovrana għandhom jibqgħu parti mit-territorju doganali tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni,

FILWAQT LI JINNOTAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Istabbiliment rigward arranġamenti doganali bejn l-Arei ta’ Bażi Sovrana u r-Repubblika ta’ Ċipru u b’mod partikolari dawk tal-Parti I tal-Anness F ta’ dak it-Trattat,

FILWAQT LI JINNOTAW l-impenn tar-Renju Unit biex ma joħloqx postazzjonijiet doganali jew ostakli oħra mal-fruntiera bejn l-Arei ta’ Bażi Sovrana u r-Repubblika ta’ Ċipru u biex ma jistabbilixxix portijiet marittimi jew ajruporti kummerċjali jew ċivili,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiddeterminaw arranġamenti xierqa għall-kisba tal-objettivi tal-arranġamenti stabbiliti fil-Protokoll Nru 3 wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li jenħtieġ li l-arranġamenti stabbiliti f’dan il-Protokoll jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar korretti tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrani wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li jeħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa fir-rigward tal-ħelsien u l-eżenzjonijiet minn dazji u taxxi li l-forzi armati tar-Renju Unit u l-persunal assoċjat jistgħu jżommu wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti speċifiċi għall-kontrolli fuq l-oġġetti u l-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrani, kif ukoll biex jipprevedu t-termini skont liema d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni japplikaw għal-linja bejn iż-żoni fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv u l-Area ta’ Bażi sovrana ta’ Dhekelia, kif ipprovdut attwalment fuq il-bażi tal-Protokoll Nru 10 dwar Ċipru anness mal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (“Protokoll Nru 10”),

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Renju Unit hija essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-arranġamenti stabbiliti f’dan il-Protokoll,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li fuq il-bażi tal-arranġamenti stabbiliti f’dan il-Protokoll, id-dritt tal-Unjoni se japplika fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’ċerti oqsma ta’ politika tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-arranġamenti uniċi relatati ma’ persuni li jgħixu u jaħdmu fl-Arei ta’ Bażi Sovrana taħt it-Trattat tal-Istabbiliment u d-Dikjarazzjoni tal-1960 u l-objettiv tal-applikazzjoni konsistenti tad-dritt rilevanti tal-Unjoni kemm fir-Repubblika ta’ Ċipru kif ukoll fl-Arei ta’ Bażi Sovrana sabiex tappoġġa dawk l-arranġamenti,

FILWAQT LI JINNOTAW f’dan ir-rigward li permezz ta’ dan il-Protokoll ir-Renju Unit jafda lir-Repubblika ta’ Ċipru, bħala Stat Membru tal-Unjoni, bir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fl-Arei ta’ Bażi Sovrana kif previst f’dan il-Protokoll,

FILWAQT LI JFAKKRU li r-Repubblika ta’ Ċipru hija responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ oġġetti destinati għall-Arei ta’ Bażi Sovrana jew li joriġinaw fihom, li jidħlu jew joħorġu minn port marittimu jew ajruport fir-Repubblika ta’ Ċipru.

FILWAQT LI JENFASIZZAW li l-arranġamenti stabbiliti f’dan il-Protokoll huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 1 u 2 tat-Trattat dwar l-Istabbiliment u għall-pożizzjonijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru u r-Renju Unit dwar dan,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-arranġamenti stabbiliti f’dan il-Protokoll jenħtieġ li jkollhom l-iskop uniku li jirregolaw is-sitwazzjoni partikolari tal-Arei ta’ Bażi Sovrana u jenħtieġ li ma japplikawx għal xi territorju ieħor jew iservu ta’ preċedent,

FTIEHMU DWAR id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”):

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, kwalunkwe referenza għar-Renju Unit fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandha tinftiehem bħala li tirreferi għar-Renju Unit fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrana. It-Titoli I, II u III tat-Tielet Parti u s-Sitt Parti tiegħu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(4) u (5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll li jirreferu għad-dritt tal-Unjoni jew għal kunċetti jew dispożizzjonijiet tiegħu għandhom, fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati f’konformità mal-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3.   Minkejja l-Artikolu 71 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, minbarra kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali applikabbli għall-Arei ta’ Bażi Sovrana u fihom taħt dan il-Protokoll, ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 għandhom japplikaw fir-rigward tad-data personali proċessata fl-Arei ta’ Bażi Sovrana fuq il-bażi ta’ dan il-Protokoll.

4.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, fejn dan il-Protokoll jagħmel referenza għal att tal-Unjoni, ir-referenza għal dak l-att għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-att kif emendat jew sostitut. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fir-rigward tal-Artikolu 4(3) u (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 866/2004 (1), li l-Artikolu 10(2) għandu japplika għalih.

5.   Fejn l-Unjoni tikkunsidra, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li aċċess sħiħ jew parzjali mir-Renju Unit, jew mir-Renju Unit fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrani, skont kif ikun il-każ, ikun strettament neċessarju biex jippermetti lir-Renju Unit jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan il-Protokoll, inkluż fejn tali aċċess ikun neċessarju għaliex aċċess għall-informazzjoni rilevanti ma jkunx jista' jiġi ffaċilitat minn mezzi prattiċi oħra, ir-referenzi għal Stati Membri u għal awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Protokoll jagħmel applikabbli għandhom jinftiehmu bħala li jinkludu lir-Renju Unit jew ir-Renju Unit fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrana, skont kif ikun il-każ, fir-rigward tal-aċċess għal kwalunkwe netwerk, sistema ta’ informazzjoni jew bażi ta’ data stabbilita abbażi tad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 2

Territorju doganali tal-Unjoni

1.   L-Arei ta’ Bażi Sovrana, b'kont meħud tat-Trattat tal-Istabbiliment, għandhom ikunu parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dwana u l-politika kummerċjali komuni, inklużi d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprevedu kontrolli doganali ta’ oġġetti speċifiċi jew għal finijiet speċifiċi, għandhom japplikaw għall-Arei ta’ Bażi Sovrana u fihom.

2.   Oġġetti prodotti minn produtturi fl-Arei ta’ Bażi Sovrana u mqiegħda fis-suq fit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom jitqiesu bħala li huma oġġetti f’ċirkolazzjoni libera.

3.   L-oġġetti kollha maħsuba għall-użu fl-Arei ta’ Bażi Sovrana għandhom jidħlu fil-gżira ta’ Ċipru permezz tal-ajruporti u l-portijiet marittimi ċivili tar-Repubblika ta’ Ċipru, u l-formalitajiet doganali, kontrolli doganali u ġbir ta' dazji fuq l-importazzjoni kollha relatati magħhom għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru.

4.   L-oġġetti kollha maħsuba għall-esportazzjoni għandhom joħorġu mill-gżira ta’ Ċipru permezz tal-ajruporti u l-portijiet marittimi ċivili tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-formalitajiet doganali tal-esportazzjoni u l-kontrolli doganali relatati magħhom għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru.

5.   Il-kontrolli doganali fuq dokumenti u tagħmir imsemmija fil-paragrafu 3 tat-taqsima 11 tal-Anness C tat-Trattat tal-Istabbiliment għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dik it-taqsima.

6.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 3 u 4, u bl-iskop uniku li jappoġġaw l-operazzjoni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana bħala bażijiet militari, b'kont meħud tat-Trattat tal-Istabbiliment, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

l-oġġetti li ġejjin jistgħu jidħlu jew joħorġu mill-gżira ta’ Ċipru permezz ta’ port marittimu jew ajruport fl-Arei ta’ Bażi Sovrana, soġġett għat-twettiq tal-formalitajiet doganali kollha, il-kontrolli doganali kollha u il-ġbir kollu tad-dazji relatati ma’ dawk l-oġġetti mill-awtoritajiet tal-Arei ta’ Bażi Sovrana:

(i)

oġġetti importati jew esportati għal finijiet uffiċjali jew militari;

(ii)

oġġetti importati jew esportati f’bagalji personali, esklussivament għall-użu personali tagħhom, minn persunal tar-Renju Unit jew f’ismu, kif ukoll minn persuni oħra li jivvjaġġaw għal raġunijiet ta’ difiża jew negozju uffiċjali;

(b)

il-pakketti li jintbagħtu jew li jiġu rċevuti mill-persunal tar-Renju Unit jew id-dipendenti tagħhom u trasportati mill-Uffiċċju tal-Posta tal-Forzi Brittaniċi jistgħu jidħlu jew joħorġu mill-gżira ta’ Ċipru permezz ta’ port jew ajruport fl-Arei ta’ Bażi Sovrana taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-pakketti deħlin indirizzati lill-persunal tar-Renju Unit jew lid-dipendenti tagħhom għandhom jiġu trasportati f’kontenitur issiġillat u mwassla, wara l-wasla tagħhom, lejn postazzjoni tad-dwana fir-Repubblika ta’ Ċipru sabiex il-formalitajiet doganali, il-kontrolli u l-ġbir tad-dazji ta’ importazzjoni relatati ma’ dawk il-prodotti jkunu jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru;

(ii)

il-pakketti ħerġin mibgħuta mill-persunal tar-Renju Unit jew mid-dipendenti tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll doganali mill-awtoritajiet tal-Arei ta’ Bażi Sovrana.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “persunal tar-Renju Unit jew id-dipendenti tagħhom” tfisser persuni definiti fil-paragrafu 1 tal-Parti I tal-Anness B tat-Trattat tal-Istabbiliment.

Ir-Renju Unit għandu jikkondividi informazzjoni rilevanti mar-Repubblika ta’ Ċipru bil-għan li jikkooperaw mill-qrib biex jevitaw l-evażjoni tad-dazji u tat-taxxi, inkluż il-kuntrabandu.

7.   L-Artikoli 34, 35 u 36 TFUE u dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni dwar l-oġġetti, b’mod partikolari miżuri adottati taħt l-Artikolu 114 TFUE, għandhom japplikaw għall-Arei ta’ Bażi Sovrana u fihom.

8.   Oġġetti li jaslu mill-arei tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv għandhom jaqsmu l-linja bejn dawk l-arei u l-Area ta’ Bażi Sovrana tal-Lvant f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 866/2004.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll, ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. Ir-Renju Unit għandu jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru biex iwettqu kwalunkwe kontroll veterinarju, fitosanitarju u kontroll tas-sikurezza alimentari meħtieġa taħt dak ir-Regolament.

9.   Ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ oġġetti li jaslu jew joħorġu mill-Arei ta’ Bażi Sovrana taħt il-paragrafu 6.

Ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli wkoll biex joħroġ kwalunkwe liċenzja, awtorizzazzjoni jew ċertifikat li jistgħu jkunu meħtieġa fir-rigward ta’ oġġetti koperti mill-paragrafu 1 tat-Taqsima 5 tal-Anness F tat-Trattat tal-Istabbiliment.

10.   Ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar fl-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 7.

Artikolu 3

Tassazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar it-taxxi fuq il-fatturat, id-dazji tas-sisa u forom oħra ta’ tassazzjoni indiretta adottati taħt l-Artikolu 113 TFUE għandhom japplikaw għall-Arei ta’ Bażi Sovrana u fihom.

2.   It-tranżazzjonijiet li joriġinaw fl-Arei ta’ Bażi Sovrana jew li huma maħsuba għalihom għandhom jiġu trattati bħala tranżazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika ta’ Ċipru jew li huma maħsuba għaliha għall-finijiet ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), ta' dazji tas-sisa u ta' forom oħra ta’ tassazzjoni indiretta.

3.   Ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija f’dan l-Artikolu fl-Arei ta’ Bażi Sovrana, inkluż għall-ġbir tad-dazji u tat-taxxi pagabbli min persuni fiżiċi jew ġuridiċi ċivili li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fl-Arei ta’ Bażi Sovrana.

Artikolu 4

Eżenzjoni mid-dazju

1.   Oġġetti jew servizzi riċevuti, akkwistati jew importati għall-użu mill-forzi armati tar-Renju Unit jew mill-persunal ċivili li jakkumpanjawhom, jew għall-provvista tal-mensi jew canteens tagħhom, għandhom jiġu eżentati mid-dazji doganali, mill-VAT u mid-dazji tas-sisa, sakemm il-persuni kkonċernati jkunu eliġibbli għal tali eżenzjonijiet skont it-Trattat tal-Istabbiliment. Għal dan il-għan, ir-Renju Unit għandu joħroġ ċertifikati ta’ eżenzjoni hekk kif tingħata l-approvazzjoni mir-Repubblika ta’ Ċipru fir-rigward tal-oġġetti koperti mill-Artikolu 2(3).

2.   Kull dazju li jista’ jinġabar mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-Arei ta’ Bażi Sovrana b’riżultat tal-bejgħ tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru.

Artikolu 5

Sigurtà soċjali

Bil-ħsieb tat-tkomplija tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni residenti jew impjegati fit-territorju tal-Arei ta’ Bażi Sovrana, ir-Renju Unit u r-Repubblika ta’ Ċipru għandhom jagħmlu arranġamenti oħra, fejn meħtieġ, biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 3 wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Artikolu 6

Agrikoltura, sajd u regoli veterinarji u fitosanitarji

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar l-agrikoltura u s-sajd fit-Titolu III tal-Parti Tlieta tat-TFUE u l-atti adottati skont dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll ir-regoli veterinarji u fitosanitarji adottati b’mod partikolari skont il-punt (b) tal-Artikolu 168(4) TFUE, għandhom japplikaw għall-Arei ta’ Bażi Sovrana u fihom.

Ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu fl-Arei ta’ Bażi Sovrana.

Artikolu 7

Kontrolli fuq persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “il-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana” tfisser il-fruntieri tal-baħar u l-ajruporti u l-portijiet marittimi tal-Arei ta’ Bażi Sovrana, iżda mhux il-fruntieri tal-art u tal-baħar tagħhom mar-Repubblika ta’ Ċipru. Soġġett għall-paragrafu 6, għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 7, “punti ta’ qsim” tfisser kull punt ta’ qsim awtorizzat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit għall-qsim tal-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana.

2.   Ir-Renju Unit għandu jwettaq kontrolli fuq persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu l-verifika ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar. Il-persuni kollha għandhom jgħaddu minn mill-inqas kontroll wieħed sabiex tiġi stabbilita l-identità tagħhom. Ir-Renju Unit għandu jippermetti l-qsim tal-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana biss fil-postijiet għall-qsim tal-fruntiera.

3.   Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ċ-ċittadini tar-Renju Unit għandhom ikunu permessi jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollhom fil-pussess tagħhom dokument tal-ivvjaġġar validu;

(b)

ikollhom fil-pussess tagħhom visa valida għar-Repubblika ta’ Ċipru, jekk din tkun meħtieġa;

(c)

ikunu impenjati f’attività relatata mad-difiża jew ikunu membri tal-familja ta’ persuna li tkun impenjata f’tali attività; u

(d)

ma jkunux ta’ theddida għas-sigurtà nazzjonali.

Il-kundizzjoni speċifikata fil-punt (c) ma għandhiex tapplika għal ċittadini tar-Renju Unit li jaqsmu l-fruntiera msemmija fil-paragrafu 6.

Ir-Renju Unit jista’ jidderoga biss mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew sabiex jikkonforma mal-obbligi internazzjonali tiegħu.

Il-membri ta’ forza, il-komponent ċivili u d-dipendenti, kif definiti fl-Anness C tat-Trattat tal-Istabbiliment, għandhom jiġu ttrattati bħala li ma jeħtiġux viża għar-Repubblika ta’ Ċipru.

4.   Kull applikant għall-ażil li daħal għall-ewwel darba fil-gżira ta’ Ċipru minn barra l-Unjoni minn xi waħda mill-Arei ta’ Bażi Sovrana għandu jittieħed lura jew jerġa’ jitħalla jidħol fl-Arei ta’ Bażi Sovrana b'talba tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-applikant ikun preżenti.

Ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tkompli tikkoopera mar-Renju Unit bil-għan li jitfasslu metodi u mezzi prattiċi biex jiġu rispettati d-drittijiet u jiġu ssodisfati l-bżonnijiet ta’ dawk li jfittxu l-ażil u tal-migranti illegali fl-Arei ta’ Bażi Sovrana, b’kont meħud tal-kunsiderazzjonijiet umanitarji u f’konformità mal-leġislazzjoni rilevanti dwar l-Amministrazzjoni tal-Arei tal-Bażi Sovrana.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, ma għandu jkun hemm l-ebda kontroll fuq persuni fuq il-fruntieri tal-art u tal-baħar bejn l-Arei ta’ Bażi Sovrana u r-Repubblika ta’ Ċipru.

6.   Il-konfini bejn l-Arei ta’ Bażi Sovrana tal-Lvant u dawk l-arei tar-Repubblika ta’ Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv għandhom jiġu ttrattati bħala parti mill-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għat-tul tas-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-acquis skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 10. Dak il-konfini jista’ jinqasam biss fil-punti ta’ qsim ta’ Strovilia u Pergamos. Bil-qbil minn qabel tal-awtoritajiet tar-Renju Unit u f’kooperazzjoni magħhom, ir-Repubblika ta’ Ċipru tista’ tieħu miżuri ulterjuri kontra l-migrazzjoni illegali fir-rigward ta’ persuni li jkunu qasmu dak il-konfini.

7.   L-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom jużaw unitajiet mobbli biex iwettqu sorveljanza fuq il-fruntieri esterni bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntieri u fil-punti ta’ qsim barra l-ħinijiet normali tal-ftuħ fil-fruntieri esterni tal-Arei ta’ Bażi Sovrana u fil-konfini bejn l-Area ta’ Bażi Sovrana ta’ Dhekelia u dawk l-arei tar-Repubblika ta’ Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq b’tali mod li tiskoraġġixxi persuni milli jevitaw il-kontrolli fil-punti ta’ qsim. L-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom jiskjeraw biżżejjed uffiċjali adegwatament kwalifikati biex iwettqu dawk il-kontrolli u s-sorveljanza.

8.   L-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom iżommu kooperazzjoni kostanti mill-qrib mal-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru bil-ħsieb tal-implimentazzjoni effettiva tal-kontrolli u s-sorveljanza msemmija fil-paragrafi 6 u 7.

Artikolu 8

Kooperazzjoni

Ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Renju Unit għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew tar-Renju Unit. Ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Renju Unit jistgħu jagħmlu arranġamenti ulterjuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ kull dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll. Ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tinforma lill-Kummissjoni Ewropea b’kull arranġament bħal dan qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 9

Kumitat Speċjalizzat

1.   Il-Kumitat Speċjalizzat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll relatat mal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru stabbilit bl-Artikolu 165 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (“il-Kumitat Speċjalizzat”) għandu:

(a)

jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(b)

jiddiskuti kull punt ta’ rilevanza għal dan il-Protokoll li jwassal għal diffikultà u jitqajjem mill-Unjoni jew mir-Renju Unit; u

(c)

jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-funzjonament ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari proposti għal emendi tar-referenzi għad-dritt tal-Unjoni f’dan il-Protokoll.

2.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-Kumitat Speċjalizzat dwar kull rapport ippreżentat taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 u għandha tikkonsulta lir-Renju Unit fir-rigward ta’ kull proposta tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' att li jemenda jew jissostitwixxi dak ir-Regolament jekk l-Arei ta’ Bażi Sovrana jkunu affettwati.

Artikolu 10

Il-Kumitat Konġunt

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jemenda kull referenza għad-dritt tal-Unjoni f’dan il-Protokoll fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat Speċjalizzat.

2.   Jekk iqis li huwa meħtieġ sabiex jinżamm il-funzjonament tajjeb ta’ dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat Speċjalizzat, jieħu kull deċiżjoni meħtieġa biex jissostitwixxi, relattivament għal dan il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(4).

3.   Il-Kumitat Konġunt jista’, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat Speċjalizzat, jemenda l-Artikolu 7(6) relattivament għall-punti ta’ qsim identifikati f’dik id-dispożizzjoni.

Artikolu 11

L-operazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 3 matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni

Minkejja l-Artikolu 127(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, kull miżura adottata matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni taħt l-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 3 ma għandhiex tapplika għall-Arei ta’ Bażi Sovrana jew fihom.

Artikolu 12

Sorveljanza u infurzar

1.   Fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrana u fir-rigward ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fit-territorju ta’ dawk l-Arei, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom is-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt tal-Unjoni relattivament għal dan il-Protokoll u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni magħmula applikabbli minnu. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni kif stipulat fit-Trattati f’dan ir-rigward.

2.   L-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jipproduċu l-istess effetti legali fir-rigward tal-Arei ta’ Bażi Sovrana u fihom bħal dawk li huma jipproduċu fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha.

Artikolu 13

Responsabbiltà għall-implimentazzjoni

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-Protokoll, ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan il-Protokoll fl-Arei ta’ Bażi Sovrana. Minkejja l-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għandhom jippromulgaw il-leġislazzjoni domestika meħtieġa biex dan il-Protokoll isir effettiv fl-Arei ta’ Bażi Sovrana.

2.   Ir-Renju Unit għandu jżomm id-dritt esklużiv li jimplimenta u jinforza dan il-Protokoll fir-rigward tal-awtoritajiet tiegħu stess jew fuq kwalunkwe proprjetà immobbli li tkun proprjetà tal-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit jew okkupata minnu, kif ukoll kull setgħa ta’ infurzar koerċittiva li teħtieġ is-setgħa ta’ dħul f’dar jew setgħa ta’ arrest. Ir-Renju Unit għandu jżomm setgħat ta’ infurzar koerċittivi oħra sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija fdata bir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan il-Protokoll fl-Arei ta’ Bażi Sovrana skont l-Artikolu 2(10) u l-Artikoli 3 u 6.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar reġim skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 mal-Att tal-Adeżjoni (ĠU L 161, 30.4.2004, p.128).


PROTOKOLL DWAR ĠIBILTÀ

L-Unjoni u r-Renju Unit,

FILWAQT LI JFAKKRU li r-Renju Unit huwa responsabbli għar-relazzjonijiet esterni ta’ Ġibiltà, u li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli għal Ġibiltà sa fejn previst fl-Att tal-Adeżjoni tal-1972 bis-saħħa tal-Artikolu 355(3) TFUE,

FILWAQT LI JFAKKRU li dan il-Protokoll għandu jiġi implimentat skont l-ordinamenti kostituzzjonali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit,

FILWAQT LI JFAKKRU li, skont l-Artikolu 50 TUE, flimkien mal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, u soġġett għall-arranġamenti stabbiliti fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), id-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Euratom fl-intier tiegħu jieqaf japplika għar-Renju Unit, u għalhekk għal Ġibiltà, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li huwa neċessarju li jiġi żgurat ħruġ ordnat mill-Unjoni fir-rigward ta’ Ġibiltà,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li l-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni fir-rigward ta’ Ġibiltà jimplika li kull effett negattiv potenzjali fuq ir-relazzjonijiet soċjali u ekonomiċi mill-qrib bejn Ġibiltà u ż-żona tal-madwar, b’mod partikolari t-territorju tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw il-Mancomunidad de Municipios del Campo de Gibraltar fir-Renju ta’ Spanja, jiġi indirizzat b’mod adegwat,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA tal-impenn tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà biex jindirizza l-ħlas ta’ benefiċċji b’mod sodisfaċenti sal-31 ta’ Diċembru 2020,

BIL-GĦAN li jkomplu jippromwovu żvilupp ekonomiku u soċjali bilanċjat fiż-żona, b’mod partikolari f’termini ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol, u jkomplu jiżguraw l-ogħla livelli ta’ protezzjoni ambjentali skont id-dritt tal-Unjoni, kif ukoll ikomplu jsaħħu s-sigurtà għall-abitanti taż-żona, b’mod partikolari permezz ta’ kooperazzjoni f’materji tal-pulizija u doganali,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji għall-iżvilupp ekonomiku taż-żona li jirriżultaw mill-moviment liberu tal-persuni taħt il-dritt tal-Unjoni, li se jkompli tapplika matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID, b’mod partikolari, l-ambizzjoni li titħares is-saħħa pubblika, u jenfasizzaw il-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-konsegwenzi serji tat-tipjip fuq is-saħħa, is-soċjetà u l-ekonomija,

FILWAQT LI JENFASIZZAW ukoll il-ħtieġa li jiġu miġġielda l-frodi u l-kuntrabandu u li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-partijiet kollha kkonċernati,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward is-sovranità u l-ġurisdizzjoni,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA tal-Memorandum ta’ Qbil konkluż bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit fid-29 ta' Novembru 2018 rigward id-drittijiet taċ-ċittadini, il-prodotti tat-tabakk u prodotti oħra, il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali u l-kooperazzjoni f’materji tal-pulizija u doganali, kif ukoll il-ftehim milħuq fid-29 ta' Novembru 2018 biex jiġi konkluż trattat dwar it-tassazzjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji,

FTIEHMU DWAR id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mal-Ftehim dwar il-Ħruġ:

Artikolu 1

Id-drittijiet taċ-ċittadini

1.   Ir-Renju ta’ Spanja (“Spanja”) u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà għandhom jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jippreparaw u jsostnu l-implimentazzjoni effettiva tat-Tieni Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, li tapplika b’mod sħiħ, fost l-oħrajn, għall-ħaddiema tal-fruntiera li jirrisjedu f’Ġibiltà jew fi Spanja, b’mod partikolari fit-territorju tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw il-Mancomunidad de Municipios del Campo de Gibraltar, u li, fl-Artikoli 24 u 25, tipprevedi drittijiet speċifiċi għall-ħaddiema tal-fruntiera.

2.   Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni aġġornata kull tliet xhur dwar persuni koperti mill-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Ħruġ li jirrisjedu f’Ġibiltà jew fit-territorju tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw il-Mancomunidad de Municipios del Campo de Gibraltar, inklużi, b’mod partikolari, il-ħaddiema tal-fruntiera.

3.   Spanja u r-Renju Unit għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ koordinazzjoni bħala forum għal diskussjoni regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw kwistjonijiet relatati mal-impjiegi u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Dan il-kumitat ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar Ġibiltà stabbilit mill-Artikolu 165 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (“il-Kumitat Speċjalizzat”) fuq bażi regolari.

Artikolu 2

Il-liġi dwar it-trasport bl-ajru

Id-dritt tal-Unjoni dwar it-trasport bl-ajru li ma kienx japplika għall-ajruport ta’ Ġibiltà qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jsir applikabbli għall-ajruport ta’ Ġibiltà biss mid-data stabbilita mill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta d-deċiżjoni dwar dan wara notifika mir-Renju Unit u Spanja li huma jkunu laħqu ftehim sodisfaċenti dwar l-użu tal-ajruport ta’ Ġibiltà.

Artikolu 3

Kwistjonijiet fiskali u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji

1.   Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà għandhom jistabbilixxu l-forom ta’ kooperazzjoni meħtieġa biex tinkiseb trasparenza sħiħa fi kwistjonijiet tat-taxxa u fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-partijiet kollha kkonċernati, b’mod partikolari billi jistabbilixxu sistema msaħħa ta’ kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi, il-kuntrabandu u l-ħasil tal-flus, u biex jirriżolvu kunflitti ta’ residenza fiskali.

2.   L-istandards internazzjonali tal-Grupp ta’ Għoxrin (G20) u tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development) relatati ma’ governanza fiskali tajba, trasparenza, skambji ta’ informazzjoni u prattiki dwar it-taxxa dannużi u b’mod partikolari l-kriterji dwar is-sustanza ekonomika stabbiliti mill-Forum tal-OECD dwar Prattiki tat-Taxxa ta’ Ħsara għandhom jiġu rispettati f’Ġibiltà, fid-dawl tal-parteċipazzjoni ta’ Ġibiltà fil-Qafas Inklużiv tal-OECD dwar l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt (BEPS, base erosion and profit shifting).

3.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura sat-30 ta’ Ġunju 2020 li r-ratifika tiegħu tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk, adottata f’Ġinevra fil-21 ta’ Mejju 2003, u l-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk, adottat f’Seoul fit-12 ta’ Novembru 2012, tiġi estiża għal Ġibiltà.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, ir-Renju Unit għandu jiżgura sat-30 ta’ Ġunju 2020 li tkun fis-seħħ sistema ta’ traċċabbiltà u miżuri ta’ sigurtà relatati mal-prodotti tat-tabakk li tkun ekwivalenti għar-rekwiżiti u l-istandards tad-dritt tal-Unjoni f’Ġibiltà. Dik is-sistema għandha tiżgura aċċess reċiproku għall-informazzjoni dwar it-traċċabilità tas-sigaretti fi Spanja u f’Ġibiltà.

4.   Sabiex jiġi impedit u skoraġġut il-kuntrabandu ta’ prodotti soġġetti għal dazji tas-sisa jew għal taxxi speċjali, ir-Renju Unit għandu jiżgura li, fir-rigward tal-alkoħol u l-petrol, tkun fis-seħħ f’Ġibiltà sistema tat-taxxa li timmira lejn il-prevenzjoni ta’ attivitajiet frawdolenti li jinvolvu dawk il-prodotti.

Artikolu 4

Il-ħarsien tal-ambjent u s-sajd

Spanja u r-Renju Unit għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ koordinazzjoni bħala forum għal diskussjoni regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw b’mod partikolari l-ġestjoni tal-iskart, il-kwalità tal-arja, ir-riċerka xjentifika u s-sajd. L-Unjoni għandha tiġi mistiedna tipparteċipa fil-laqgħat ta’ dak il-kumitat ta’ koordinazzjoni. Dak il-kumitat ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Kumitat Speċjalizzat fuq bażi regolari.

Artikolu 5

Kooperazzjoni f’materji tal-pulizija u doganali

Spanja u r-Renju Unit għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ koordinazzjoni bħala forum għall-monitoraġġ u għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull kwistjoni relatata mal-kooperazzjoni f’materji tal-pulizija u doganali. L-Unjoni għandha tkun mistiedna tipparteċipa fil-laqgħat ta’ dak il-kumitat ta’ koordinazzjoni. Dak il-kumitat ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Kumitat Speċjalizzat fuq bażi regolari.

Artikolu 6

Kompiti tal-Kumitat Speċjalizzat

Il-Kumitat Konġunt għandu:

(a)

jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(b)

jiddiskuti kull punt ta’ rilevanza għal dan il-Protokoll li jwassal għal diffikultà u jitqajjem mill-Unjoni jew mir-Renju Unit;

(c)

jeżamina r-rapporti mill-kumitati ta’ koordinazzjoni msemmija f’dan il-Protokoll; u

(d)

jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt rigward il-funzjonament ta’ dan il-Protokoll.


ANNESSI

 


ANNESS I

KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

PARTI I

DEĊIŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA

Leġislazzjoni applikabbli (serje A):

Id-Deċiżjoni A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli u d-dispożizzjonijiet ta’ benefiċċji taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (1)

Id-Deċiżjoni A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-leġislazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti; (2)

Id-Deċiżjoni A3 tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-aggregazzjoni ta’ perjodi ta’ stazzjonar mhux interrotti mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3)

Skambju Elettroniku tad-Data (serje E):

Id-Deċiżjoni E2 tat-3 ta’ Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ ġestjoni tat-tibdil li tapplika għad-dettalji tal-korpi definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma elenkati fid-direttorju elettroniku li huwa parti inerenti tal-EESSI; (4)

Id-Deċiżjoni E4 tat-13 ta’ Marzu 2014 dwar il-perjodu tranżitorju kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (5)

Id-Deċiżjoni E5 tas-16 ta’ Marzu 2017 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (6)

Benefiċċji tal-familja (serje F):

Id-Deċiżjoni F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità fil-każ ta’ koinċidenza tal-benefiċċji tal-familja; (7)

Id-Deċiżjoni F2 tat-23 ta’ Ġunju 2015 dwar l-iskambju tad-dejta bejn l-istituzzjonijiet biex jingħataw il-benefiċċji tal-familji. (8)

Kwistjonijiet orizzontali (serje H):

Id-Deċiżjoni H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali; (9)

Id-Deċiżjoni H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (10)

Id-Deċiżjoni H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord ta’ Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali; (11)

Id-Deċiżjoni H5 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali; (12)

Id-Deċiżjoni H6 tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti prinċipji dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali; (13)

Id-Deċiżjoni H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni H3 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi ta’ sigurtà soċjali; (14)

Id-Deċiżjoni H8 tas-17 ta’ Diċembru 2015 (aġġornata bi ftit kjarifiki tekniċi fid-9 ta’ Marzu 2016) dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali; (15)

Ir-Rakkomandazzjoni H1 tad-19 ta’ Ġunju 2013 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini proprji ta’ Stat skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru għandhom jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra. (16)

Pensjonijiet (serje P):

Id-Deċiżjoni P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-invalidità, tax-xjuħija u tas-superstiti. (17)

Irkupru (serje R):

Id-Deċiżjoni R1 tal-20 ta’ Ġunju 2013 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. (18)

Mard (serje S):

Id-Deċiżjoni S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa; (19)

Id-Deċiżjoni S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa; (20)

Id-Deċiżjoni S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(a) (3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (21)

Id-Deċiżjoni S5 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “benefiċċji in natura” kif definit fl-Artikolu 1 (va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24 (1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jingħataw lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (22)

Id-Deċiżjoni S6 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kumpilazzjoni tal-inventarji previsti fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009; (23)

Id-Deċiżjoni S8 tal-15 ta’ Ġunju 2011 dwar l-għoti ta’ proteżi, apparat maġġuri u benefiċċji sostanzjali oħra in natura previsti fl-Artiklu 33 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali; (24)

Id-Deċiżjoni S9 tal-20 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004; (25)

Id-Deċiżjoni S10 tad-19 ta’ Diċembru 2013 dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u Nru 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri tar-rimborż; (26)

Ir-Rakkomandazzjoni S1 tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar l-aspetti finanzjarji ta’ donazzjonijiet transkonfinali ta’ organi ħajjin; (27)

Ir-Rakkomandazzjoni S2 tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar l-intitolament għal benefiċċji in natura għal persuni assigurati u membri tal-familja tagħhom matul żjara f’pajjiż terz taħt konvenzjoni bilaterali bejn l-Istat Membru kompetenti u l-pajjiż terz. (28)

Qgħad (serje U):

Id-Deċiżjoni U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja; (29)

Id-Deċiżjoni U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox minbarra ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom; (30)

Id-Deċiżjoni U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett qgħad parzjali li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (31)

Id-Deċiżjoni U4 tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proċeduri tar-rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009; (32)

Ir-Rakkomandazzjoni U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġislazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza; (33)

Ir-Rakkomandazzjoni U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed isegwu attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat kompetenti. (34)

PARTI II

ATTI MSEMMIJA

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, (35) kif emendat permezz ta’:

Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009; (36)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010; (37)

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012; (38)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta’ Diċembru 2012; (39)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013; (40)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2013, (41) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2014 tal-17 ta’ Diċembru 2014; (42)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/492 tal-21 ta’ Marzu 2017. (43)

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (44), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010; (45)

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012; (46)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta’ Diċembru 2012; (47)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2013; (48)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014; (49)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/492 tal-21 ta’ Marzu 2017. (50)

PARTI III

ADATTAMENTI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 883/2004 U R-REGOLAMENT (KE) Nru 987/2009

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu adattati kif ġej:

(a)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness II:

“IR-RENJU UNIT - IL-ĠERMANJA

(a)

L-Artikolu 7(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta’ April 1960 (leġislazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari);

(b)

L-Artikolu 5(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni tal-qgħad tal-20 ta’ April 1960 (leġislazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari).

IR-RENJU UNIT - L-IRLANDA

L-Artikolu 19(2) tal-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2004 dwar is-sigurtà soċjali (li jikkonċerna t-trasferiment u l-istima ta’ ċerti krediti ta’ diżabbiltà).”;

(b)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness III:

“IR-RENJU UNIT”;

(c)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness VI:

“IR-RENJU UNIT

Benefiċċju għall-Impjieg u l-Appoġġ (Employment and Support Allowance, ESA)

(a)

Għall-għotjiet mogħtija qabel l-1 ta’ April 2016, l-ESA huwa benefiċċju tal-mard bi flus għall-ewwel 91 jum (Fażi ta’ Valutazzjoni). Mit-92 jum, l-ESA (il-Fażi Ewlenija) isir benefiċċju tal-invalidità;

(b)

Għall-għotjiet mogħtija qabel l-1 ta’ April 2016, l-ESA huwa benefiċċju tal-mard bi flus għall-ewwel 365 jum (il-Fażi ta’ Valutazzjoni). Mit-366 jum, l-ESA (Grupp ta’ Appoġġ) isir benefiċċju tal-invalidità.

Il-leġislazzjoni tal-Gran Brittanja: Il-Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2007.

Il-leġislazzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq: Il-Parti 1 tal-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-2007.”;

(d)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Parti 1 tal-Anness VIII:

“IR-RENJU UNIT

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-istat skont il-Parti 1 tal-Att dwar il-Pensjonijiet tal-2014 u l-benefiċċji tar-romol u tal-mewt, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom matul sena tat-taxxa li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara:

(i)

il-parti kkonċernata kienet ikkompletat perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza skont il-leġislazzjoni tar-Renju Unit u Stat Membru ieħor; u sena ta’ tassazzjoni waħda (jew aktar) ma kinitx ikkunsidrata bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit;

(ii)

il-perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati skont il-leġislazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit għall-perjodi ta’ qabel il-5 ta’ Lulju 1948 jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bl-applikazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza skont il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skont l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, it-Taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1992, it-Taqsima 44.”;

(e)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Parti 2 tal-Anness VIII:

“IR-RENJU UNIT

Benefiċċji gradwati tal-irtirar imħallsa skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-1965, it-Taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1966, it-Taqsimiet 35 u 36.”;

(f)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness X:

“IR-RENJU UNIT

(a)

Il-kreditu tal-Pensjoni tal-Istat (l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat 2002 u l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat (l-Irlanda ta’ Fuq) 2002);

(b)

Allowances ibbażati fuq id-dħul għal min ikun qed ifittex impjieg (l-Att dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg 1995 u l-Ordni dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg (l-Irlanda ta’ Fuq) 1995);

(d)

Il-komponent tal-mobilità tal-Allowance tas-Sussistenza għal Persuni b’Diżabilità (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992 u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta’ Fuq) 1992);

(e)

Relatat mal-Introjtu mill-Impjieg u l-Allowance tal-Appoġġ (l-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare tal-2007 u l-Att dwar ir-Riforma tal-Welfare (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-2007).”;

(g)

dan li ġej għandu jiżdied fl-Anness XI:

“IR-RENJU UNIT

1.

Fejn, skont il-leġislazzjoni tar-Renju Unit, persuna jista’ jkollha d-dritt għal pensjoni tal-irtirar jekk:

(a)

il-kontribuzzjonijiet tal-ex konjuġi jitqiesu daqslikieku kienu l-kontribuzzjonijiet ta’ dik il-persuna nfisha; jew

(b)

il-kundizzjonijiet ta’ kontribuzzjoni rilevanti jkunu ssodisfati mill-konjuġi jew l-ex konjuġi ta’ dik il-persuna, imbagħad sakemm, f’kull każ, il-konjuġi jew l-ex konjuġi qed teżerċita jew kienet qed teżerċita attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, u kienet suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw sabiex jiġi determinat l-intitolament skont il-leġislazzjoni tar-Renju Unit. F’dan il-każ, riferenzi fl-imsemmi Kapitolu 5 għal “perjodi tal-assigurazzjoni” għandhom ikunu interpretati bħala riferenzi għal perjodi tal-assigurazzjoni mwettqa minn:

(i)

konjuġi jew ex konjuġi meta ssir talba minn:

mara miżżewġa; jew

persuna li ż-żwieġ tagħha jkun spiċċa b’mod ieħor mhux bil-mewt tal-konjuġi; jew

(ii)

ex konjuġi, meta ssir talba minn:

armel li immedjatament qabel l-età pensjonabbli ma jkunx intitolat għall-allowance ta’ ġenitur armel, jew

armla li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni ma tkunx intitolata għal allowance ta’ omm armla, allowance ta’ ġenitur armel jew il-pensjoni ta’ armla, jew li tkun intitolata biss għal pensjoni ta’ armla relatata mal-età, ikkalkulata skont l-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, u għal dan l-iskop, “pensjoni ta’ armla relatata mal-età” tfisser pensjoni ta’ armla pagabbli b’rata mnaqqsa skont it-Taqsima 39(4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.

2.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dritt għal allowance ta’ attendenza, allowance ta’ min jieħu ħsieb u allowance għal persuni b’diżabilità, perjodu ta’ impjieg, impjieg għal rasha jew residenza magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru li mhux ir-Renju Unit għandu jitqies sa fejn ikun meħtieġ biex jissodisfa l-kundizzjonijiet rigward il-perjodi ta’ preżenza meħtieġa fir-Renju Unit, qabel il-jum li fih jibda l-intitolament għall-benefiċċju in kwistjoni.

3.

Għall-finijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ benefiċċji fi flus għall-invalidità, xjuħija jew għas-superstiti, pensjonijiet għal inċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali u għotjiet tal-mewt, kull benefiċjarju skont il-leġislazzjoni tar-Renju Unit li jkun qed joqgħod fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandu, matul dik il-permanenza, jitqies daqslikieku kien jirrisjedi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor.

4.

Fejn japplika l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament, jekk il-persuna kkonċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, ir-Renju Unit għandu, għall-finijiet tat-Taqsima 30A (5) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, iqis kwalunkwe perjodu li matulu l-persuna kkonċernata tkun irċeviet, fir-rigward ta’ dik l-inkapaċità għax-xogħol:

(i)

benefiċċji fi flus għall-mard jew pagi jew salarju minflokhom; jew

(ii)

benefiċċji fis-sens tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament mogħtija fir-rigward tal-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru l-ieħor, bħallikieku kienu perjodi ta’ benefiċċju tal-invalidità fuq żmien qasir imħallsa skont it-Taqsimiet 30A (1) - (4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.

Fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jitqiesu biss perjodi li matulhom il-persuna kienet tkun inkapaċi għax-xogħol fis-sens tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit.

5.

(1)

Għall-fini tal-kalkolu tal-fattur ta’ qligħ sabiex jiġi ddeterminat id-dritt għall-benefiċċji skont il-leġislazzjoni tar-Renju Unit, għal kull ġimgħa ta’ attività bħala persuna impjegata skont il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, u li tkun bdiet matul is-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fis-sens tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit, il-persuna kkonċernata għandha titqies li tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet ta’ persuna impjegata li qalgħet il-flus, jew li jkollha dħul li fuqu tħallsu l-kontribuzzjonijiet, fuq il-bażi ta’ qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi tal-ogħla limitu ta’ dħul għal dik is-sena.

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(ii) ta’ dan ir-Regolament, fejn:

(a)

fi kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fl-6 ta’ April 1975 jew wara, persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata lestiet perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza esklussivament fi Stat Membru għajr ir-Renju Unit, u l-applikazzjoni tal-punt 5(1) hawn fuq tirriżulta li dik is-sena tingħadd bħala sena kwalifikanti fis-sens tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(i) ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jitqies li kien assigurat għal 52 ġimgħa f’dik is-sena f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(b)

kull sena tat-taxxa fuq l-introjtu li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara ma tgħoddx bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(i) ta’ dan ir-Regolament, kull perjodu ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza mwettqa f’dik is-sena ma għandhomx jitqiesu.

(3)

Għall-fini tal-konverżjoni tal-fattur tad-dħul f’perjodi ta’ assigurazzjoni, il-fattur tad-dħul miksub fis-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fis-sens tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit għandu jiġi diviż bil-limitu l-aktar baxx tad-dħul għal dik is-sena. Ir-riżultat għandu jkun espress bħala numru sħiħ, u tiġi injorata kwalunkwe frazzjoni li jibqa’. Iċ-ċifra hekk ikkalkulata għandha tiġi ttrattata bħala li tirrappreżenta n-numru ta’ ġimgħat ta’ assigurazzjoni magħmula skont il-leġislazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena, dment li tali ċifra ma taqbiżx in-numru ta’ ġimgħat li matulhom f’dik is-sena l-persuna kienet suġġetta għal dik il-leġislazzjoni.”.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu adattati kif ġej:

(a)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness 1:

“IR-RENJU UNIT - IL-BELĠJU

(a)

L-iskambju ta’ Ittri tal-4 ta’ Mejju u tal-14 ta’ Ġunju 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

(b)

L-Iskambju ta’ Ittri tat-18 ta’ Jannar u l-14 ta’ Marzu 1977 rigward l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt it-termini tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) kif emendat bl-Iskambju ta’ Ittri tal-4 ta’ Mejju u tat-23 ta’ Lulju 1982 (ftehim għal ħlas lura ta’ spejjeż minfuqa taħt l-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71)

IR-RENJU UNIT - ID-DANIMARKA

L-Iskambju ta’ Ittri tat-30 ta’ Marzu u tad-19 ta’ April 1977 kif modifikat minn Skambju ta’ Ittri tat-8 ta’ Novembru 1989 u tal-10 ta’ Jannar 1990 dwar ftehim li jirrinunzja l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura u l-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

IR-RENJU UNIT - L-ESTONJA

L-Arranġament finalizzat fid-29 ta’ Marzu 2006 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Estonja u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti minn dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

IR-RENJU UNIT - L-IRLANDA

L-Iskambju ta’ Ittri tad-9 ta’ Lulju 1975 rigward l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previst taħt it-termini tal-Kapitolu 1 jew 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

IR-RENJU UNIT - SPANJA

Il-Ftehim tat-18 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u 574/72

IR-RENJU UNIT - FRANZA

(a)

L-Iskambju ta’ Ittri tal-25 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 1997 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

(b)

Il-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 1998 dwar il-metodi speċifiċi biex jiġu stabbiliti l-ammonti li għandhom jiġu rimborsati għall-benefiċċji in natura skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

IR-RENJU UNIT - L-ITALJA

L-Arranġament iffirmat fil-15 ta’ Diċembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Italja u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005

IR-RENJU UNIT - IL-LUSSEMBURGU

L-Iskambju ta’ Ittri tat-18 ta’ Diċembru 1975 u l-20 ta’ Jannar 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż għall-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi msemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

IR-RENJU UNIT - L-UNGERIJA

L-Arranġament iffinalizzat fl-1 ta’ Novembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Ungerija u tar-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

IR-RENJU UNIT - MALTA

L-arranġament iffinalizzat fis-17 ta’ Jannar 2007 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti ta’ Malta u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

IR-RENJU UNIT - IN-NETHERLANDS

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3 tal-Arranġament Amministrattiv tat-12 ta’ Ġunju 1956 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-11 ta’ Awwissu 1954

IR-RENJU UNIT - IL-PORTUGALL

L-arranġament tat-8 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi metodi oħrajn ta’ ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura pprovduti miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003

IR-RENJU UNIT- IL-FINLANDJA

L-iskambju ta’ Ittri tal-1 u t-20 ta’ Ġunju 1995 dwar l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (rimborż jew rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

IR-RENJU UNIT - L-IŻVEZJA

L-arranġament tal-15 ta’ April 1997 li jikkonċerna l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ir-rifużjonijiet jew ir-rinunzja tar-rifużjonijiet tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja tar-rifużjonijiet tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)”.

(b)

dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness 3:

“IR-RENJU UNIT”.


(1)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.

(2)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.

(3)  ĠU C 149, 8.6.2010, p. 3.

(4)  ĠU C 187, 10.7.2010, p. 5.

(5)  ĠU C 152, 20.5.2014, p. 21.

(6)  ĠU C 233, 19.7.2017, p. 3.

(7)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.

(8)  ĠU C 52, 11.2.2016, p. 11.

(9)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.

(10)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.

(11)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.

(12)  ĠU C 149, 8.6.2010, p. 5.

(13)  ĠU C 45, 12.2.2011, p. 5.

(14)  ĠU C 52, 11.2.2016, p. 13.

(15)  ĠU C 263, 20.7.2016, p. 3.

(16)  ĠU C 279, 27.9.2013, p. 13.

(17)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.

(18)  ĠU C 279, 27.9.2013, p. 11.

(19)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.

(20)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.

(21)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.

(22)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54.

(23)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 6.

(24)  ĠU C 262, 6.9.2011, p. 6.

(25)  ĠU C 279, 27.9.2013, p. 8.

(26)  ĠU C 152, 20.5.2014, p. 16.

(27)  ĠU C 240, 10.8.2012, p. 3.

(28)  ĠU C 46, 18.2.2014, p. 8.

(29)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.

(30)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.

(31)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.

(32)  ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4.

(33)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.

(34)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.

(35)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(36)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(37)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(38)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4.

(39)  ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.

(40)  ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1.

(41)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 27.

(42)  ĠU L 366, 20.12.2014, p. 15.

(43)  ĠU L 76, 22.3.2017, p. 13.

(44)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(45)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(46)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4.

(47)  ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.

(48)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 27.

(49)  ĠU L 366, 20.12.2014, p. 15.

(50)  ĠU L 76, 22.3.2017, p. 13.


ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITT TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 41(4)

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini fil-Komunità (1).

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2).

3.

Il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (3).

4.

Il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (4).

5.

Il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (5).

6.

Il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (6).

7.

Il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (7).

8.

Il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (8).

9.

Il-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (9).

10.

Il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (10).

(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

(2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(3)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(5)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

(7)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

(8)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(9)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(10)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.


ANNESS III

SKADENZI GĦAS-SITWAZZJONIJIET JEW IL-PROĊEDURI DOGANALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 49(1)

L-iskadenzi stabbiliti f’dan l-Anness huma d-dati ta’ tmiem rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Sitwazzjoni / proċedura

Skadenza

1. Ħażna temporanja

90 jum, l-Artikolu 149 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

2. Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

xahar + għaxart ijiem wara l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, l-Artikolu 146(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/2446 (1) dwar id-dikjarazzjoni supplimentari; “perjodu ta’ żmien raġonevoli” fir-rigward tal-verifika, l-Artikolu 194 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Massimu: 60 jum

3.

Proċeduri speċjali

Il-perjodu għar-rilaxx huwa obbligatorju għall-ipproċessar attiv, l-ipproċessar passiv, l-użu aħħari u d-dħul temporanju (D.E. 4/17 fl-Anness A tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446). Rilaxx bit-tqegħid taħt proċedura doganali sussegwenti, ħruġ mit-territorju doganali jew qerda, l-Artikolu 215(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(a) Tranżitu tal-Unjoni

Massimu: 12-il xahar wara r-rilaxx

(b) Ħażna doganali

Massimu: 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni

(c) Żoni liberi

Fi żmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(d) Dħul temporanju

Massimu: 12-il xahar wara r-rilaxx

(e) Użu finali

Massimu: 12-il xahar wara r-rilaxx

(f) Proċessar attiv

Massimu: 12-il xahar wara r-rilaxx

(g) Proċessar passiv

Massimu: 12-il xahar wara r-rilaxx

4. Esportazzjoni

150 jum wara r-rilaxx

5. Riesportazzjoni

150 jum wara r-rilaxx


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).


ANNESS IV

LISTA TA’ NETWERKS, SISTEMI TA’ INFORMAZZJONI U BAŻIJIET TA’ DATA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 50, 53, 99 U 100

1.

Ir-retrokompatibilità għar-Renju Unit u għall-Unjoni għandha tiġi stabbilita biex jiġi żgurat li, għal kwalunkwe tibdil li jsir fin-netwerks, fis-sistemi ta’ informazzjoni u fil-bażijiet ta’ data, kif ukoll għal kwalunkwe tibdil fil-formats għall-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri u r-Renju Unit jistgħu jkomplu jaċċettaw l-informazzjoni ta’ xulxin fil-format kurrenti, sakemm l-Unjoni u r-Renju Unit ma jaqblux mod ieħor.

2.

L-aċċess tar-Renju Unit għal kwalunkwe netwerk, sistema ta’ informazzjoni jew bażi ta’ data partikolari għandu jkun limitat fiż-żmien. Il-perjodu ta’ żmien rispettiv huwa indikat għal kull netwerk, sistema ta’ informazzjoni jew bażi ta’ data. Fejn l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri f’konformità mal-Artikolu 49 ladarba l-ipproċessar elettroniku ta’ data ma jibqax possibbli f’konformità ma’ dan l-Anness, għandhom jintużaw mezzi alternattivi għall-iskambju u għall-ħżin ta’ informazzjoni.

Parti I: Dwana

Sistema tal-IT tad-Dwana

Tip ta’ aċċess

Skadenza

ICS

(Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni)

Preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ qabel il-wasla limitata għal:

Riċeviment u trażmissjoni tad-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul (ENS) dwar dikjarazzjonijiet preżentati qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (fil-każ ta’ portijiet sussegwenti jew ta’ diverżjoni);

Riċeviment u trażmissjoni ta’ data dwar ir-riskju fuq dawk id-dikjarazzjonijiet preżentati qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

31 ta’ Lulju 2021

NCTS

(Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata)

Il-funzjonalitajiet kollha applikati għall-operazzjonijiet kurrenti ta’ tranżitu, jiġifieri movimenti rilaxxati għat-tranżitu qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. [Ebda rilaxx ta’ operazzjonijiet ġodda ta’ tranżitu wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.]

31 ta’ Jannar 2021

ECS

(Sistema ta’ Kontroll tal-Esportazzjoni)

Konferma tal-ħruġ għall-operazzjonijiet kurrenti ta’ esportazzjoni, jiġifieri l-oġġetti rilaxxati għall-esportazzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni:

Għal operazzjonijiet bl-uffiċċji doganali tal-ħruġ fir-Renju Unit biex jiġi kkonfermat fl-ECS il-ħruġ tal-oġġetti;

Għal operazzjonijiet bl-uffiċċji doganali tal-ħruġ fl-Istati Membri, jiġifieri l-uffiċċji doganali tal-esportazzjoni fir-Renju Unit biex jiġu riċevuti l-konfermi tal-ħruġ mill-uffiċċji doganali tal-ħruġ tal-Istati Membri.

31 ta’ Jannar 2021

INF

(Formola ta’ Informazzjoni)

Aċċess għall-qari biss għall-Portal Speċifiku tan-Negozjanti tal-INFs għan-negozjanti tar-Renju Unit;

Aċċess għall-qari / kitba għal INFs attivi fis-sistema tal-INFs fis-sistema tal-INFs għall-uffiċċji doganali.

31 ta’ Diċembru 2021

SURV-RECAPP

(Sistema ta’ Sorveljanza tat-Tariffi – Riċevuta tal-Applikazzjoni)

Trażmissjoni mill-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit tal-elementi tad-data għall-proċeduri ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera (RFC) jew ta’ esportazzjoni:

Rekords ta’ Dikjarazzjoni tas-Sorveljanza (Surveillance Declaration Records, SDRs) li jkunu għadhom mhux trażmessi għall-proċeduri ta’ RFC jew ta’ esportazzjoni li għalihom ġew soġġetti l-oġġetti qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

Elementi tal-SDRs għal RFC li ttemm jew twaqqaf proċedura jew sitwazzjoni kurrenti.

28 ta’ Frar 2021

EBTI3

(Informazzjoni Vinkolanti Ewropea dwar it-Tariffi)

Input għal-kalkolu tad-dejn doganali:

Aċċess għal informazzjoni li tappartjeni għal deċiżjonijiet relatati mal-BTI jew għal kwalunkwe avveniment sussegwenti li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali [aċċess sħiħ għall-konsultazzjoni].

8 ta’ Jannar 2021

TARIC3

(Tariffa Doganali Integrata tal-Komunità)

Input għal-kalkolu tad-dejn doganali:

Trażmissjonijiet ta’ aġġornamenti ta’ kuljum lir-Renju Unit wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ data kunfidenzjali (data ta’ sorveljanza statistika).

31 ta’ Diċembru 2021

QUOTA2

(Sistema għall-Ġestjoni tal-Kwoti, tal-Limiti Tariffarji u ta’ Sorveljanzi Oħra)

Input għal-kalkolu tad-dejn doganali:

Ġestjoni ta’ kwoti, tħassir ta’ talbiet għal kwoti u ritorni ta’ kwantitajiet allokati mhux użati.

6 ta’ Jannar 2021

SMS TRA, EXP

(Sistema ta’ Ġestjoni tal-Eżemplari)

Aċċess għall-qari biss għall-bażi ta’ data bl-eżemplari ta’ bolol, ta’ siġilli u ta’ ċertifikati.

31 ta’ Jannar 2021

KWOTA SMS

(Sistema ta’ Ġestjoni tal-Eżemplari)

Aċċess għall-qari biss għall-bażi ta’ data biċ-ċertifikati tal-awtentiċità neċessarji biex wieħed jibbenefika mill-kwoti.

6 ta’ Jannar 2021

OWNRES

(Rapportar tar-Riżorsi Proprji ta’ każijiet ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet li jinvolvu riżorsi proprji tradizzjonali (TOR) li jaqbżu l-EUR 10 000 , l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014)

Aċċess limitat ristrett għal każijiet li jinvolvu r-Renju Unit (ebda aċċess għal analiżijiet globali).

20 ta’ Frar 2026

WOMIS

(Sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tat-tħassir għar-rapporti tal-każijiet ta’ TOR taħt l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014)

Aċċess sħiħ, hekk kif diġà limitat b’mod predefinit għal rapporti nazzjonali ta’ tħassir (aċċess għall-qari biss mill-1 ta’ Lulju 2025 fil-qafas tal-likwidazzjoni tal-kont separat sal-31 ta’ Diċembru 2025).

30 ta’ Ġunju 2025


Sistema ta’ appoġġ

Tip ta’ aċċess

Skadenza

EOS / EORI

(Sistema tal-Operaturi Ekonomiċi – Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi)

Aċċess għall-qari biss għas-sistemi relatati.

31 ta’ Diċembru 2021

CDS

(Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali)

Aċċess għall-qari biss għan-negozjanti fir-Renju Unit u għall-uffiċċji doganali fir-Renju Unit

31 ta’ Jannar 2021

CS / RD2

(Servizzi Ċentrali / Data ta’ Referenza)

Aċċess għall-qari biss għad-Data ta’ Referenza;

Aċċess għall-kitba għall-uffiċċji doganali tan-NA-UK biss.

31 ta’ Diċembru 2021

CS / MIS

(Servizzi Ċentrali/Sistema ta’ Informazzjoni Maniġerjali)

Aċċess għall-kitba biss għat-tlugħ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u ta’ statistiki tan-negozji.

31 ta’ Lulju 2021

GTP

(Portal Ġeneriku tan-Negozjanti)

Aċċess għall-funzjonijiet ġeneriċi tal-portal għan-negozjanti fir-Renju Unit sakemm jintefa l-aħħar Portal Speċifiku tan-Negozjanti għan-negozjanti fir-Renju Unit.

31 ta’ Diċembru 2021


Netwerk u infrastruttura

Tip ta’ aċċess

Skadenza

CCN

(Network ta’ Komunikazzjoni Komuni)

Marbut mal-aċċess għas-sistemi relatati.

31 ta’ Diċembru 2021 (jew aktar fit-tul jekk ikun meħtieġ għad-dazju tas-sisa jew għat-tassazzjoni)

UUM&DS

(Ġestjoni tal-Utenti Uniformi u Firem Diġitali)

Marbut mal-aċċess għas-sistemi relatati.

31 ta’ Diċembru 2021 (jew aktar fit-tul jekk ikun meħtieġ għad-dazju tas-sisa jew għat-tassazzjoni)

CCN2

(Network ta’ Komunikazzjoni Komuni 2)

Marbut mal-aċċess għas-sistemi relatati.

31 ta’ Diċembru 2021 (jew aktar fit-tul jekk ikun meħtieġ għad-dazju tas-sisa jew għat-tassazzjoni)

Parti II: Sisa

Sistema tal-IT tas-sisa

Tip ta’ aċċess

Skadenza

EMCS Core

(Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa)

Sospensjoni tad-dazju: Trażmissjonijiet lejn ir-Renju Unit u mir-Renju Unit ta’ rapporti ta’ riċevuta / rapporti ta’ esportazzjoni (IE818).

31 ta’ Mejju 2021

EMCS Admin Coop

(Kooperazzjoni Amministrattiva fis-Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa)

Trażmissjonijiet lejn ir-Renju Unit u mir-Renju Unit ta’ messaġġi relatati ma’ movimenti miftuħa (rapporti ta’ avvenimenti, rapporti ta’ kontroll, kooperazzjoni amministrattiva (domandi dwar movimenti miftuħa tal-EMCS);

31 ta’ Mejju 2021

L-Istati Membri u r-Renju Unit għandhom iżommu l-Kooperazzjoni Amministrattiva tal-EMCS onlajn biex ikunu jistgħu jsiru domandi u awditi fuq il-movimenti sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

31 ta’ Diċembru 2024


Sistema ta’ appoġġ

Tip ta’ aċċess

Skadenza

SEED

(Sistema għall-Iskambju ta’ Data dwar is-Sisa)

Għall-qari biss, bl-operaturi ekonomiċi tar-Renju Unit invalidati.

31 ta’ Mejju 2021

CS / MISE

(Servizzi Ċentrali/Sistema ta’ Informazzjoni Maniġerjali għall-EMCS)

Filtrata biex tkun ristretta għall-movimenti li jinvolvu r-Renju Unit.

31 ta’ Mejju 2021


Netwerk u infrastruttura

Tip ta’ aċċess

Skadenza

CCN

(Network ta’ Komunikazzjoni Komuni)

Marbut mal-aċċess għas-sistemi relatati.

31 ta’ Mejju 2021 (jew aktar fit-tul jekk ikun meħtieġ għad-dazju tas-sisa jew għat-tassazzjoni)

Parti III: VAT

Sistema tal-IT tal-VAT

Tip ta’ aċċess

Skadenza

VAT-VIES

(Sistema tal-Iskambju ta’ Informazzjoni tal-VAT)

Informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni taxxabbli:

Aċċess reċiproku għas-sistemi tal-IT mir-Renju Unit u mill-Istati Membri  (1) biex jiskambjaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, informazzjoni storika dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-parti l-oħra (2) (data dwar ir-reġistrazzjonijiet imdaħħla fis-sistema qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni) kif ukoll informazzjoni dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-parti l-oħra aġġornata wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni (pereż. tmiem tar-reġistrazzjoni ta’ persuna taxxabbli).

31 ta’ Diċembru 2024 (3)

Tranżazzjonijiet - informazzjoni dwar il-fatturat:

Aċċess għas-sistemi tal-IT mir-Renju Unit u mill-Istati Membri b’aċċess reċiproku biex jiskambjaw informazzjoni li tinsab f’dikjarazzjonijiet rikapitolattivi ppreżentati lill-parti l-oħra għal tranżazzjonijiet li seħħew (4) qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u fejn ikunu involuti l-persuni taxxabbli tal-parti riċevitriċi;

Ir-Renju Unit u l-Istati Membri ma għandux ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-fatturat ta’ xulxin relattivament għal tranżazzjonijiet li jseħħu wara l-31 ta’ Diċembru 2020.

31 ta’ Diċembru 2024

Rifużjoni tal-VAT

Aċċess għas-sistema tal-IT biex:

Jingħaddew lill-Istati Membri l-applikazzjonijiet għal rifużjoni tal-VAT ippreżentati minn persuni taxxabbli stabbiliti fir-Renju Unit f’konformità mad-Direttiva 2008/9/KE u biex jiġu riċevuti mingħand l-Istati Membri l-applikazzjonijiet għal rifużjoni tal-VAT ippreżentati mill-persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru;

30 ta’ April 2021

Jiġu mmaniġġati (5) l-applikazzjonijiet għal rifużjoni tal-VAT riċevuti mir-Renju Unit u ppreżentati minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru u l-applikazzjonijiet għal rifużjoni tal-VAT riċevuti mill-Istati Membri u ppreżentati minn persuni taxxabbli stabbiliti fir-Renju Unit.

31 ta’ Jannar 2022

MOSS

(Mini One Stop Shop)

Informazzjoni tar-Reġistrazzjoni:

Aċċess għas-sistemi tal-IT mir-Renju Unit u mill-Istati Membri b’aċċess reċiproku għal:

 

Skambju ta’ informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni u r-reġistrazzjoni storika;

31 ta’ Diċembru 2024

Tqassim ta’ informazzjoni relattivament għal reġistrazzjonijiet ġodda tal-MOSS, għal reġistrazzjonijiet, li d-data effettiva tar-reġistrazzjoni tagħhom tkun qabel jew il-31 ta’ Diċembru 2020.

20 ta’ Frar 2021

Denunzja tal-VAT:

Aċċess għas-sistemi tal-IT mir-Renju Unit u mill-Istati Membri b’aċċess reċiproku għal:

 

Skambju tal-informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet tal-MOSS, għal dikjarazzjonijiet ippreżentati qabel jew fil-31 ta’ Jannar 2021;

20 ta’ Frar 2021

Skambju ta’ emendi relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-VAT tal-MOSS ippreżentati qabel jew fl-20 ta’ Jannar 2021;

20 ta’ Jannar 2022

Skambju ta’ informazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT għal tranżazzjonijiet meta tkun involuta l-parti l-oħra;

31 ta’ Diċembru 2024

Ir-Renju Unit u l-Istati Membri ma għandux ikollhom aċċess għall-informazzjoni ta’ xulxin dwar id-dikjarazzjonijiet tal-VAT ta’ tranżazzjonijiet li jseħħu wara l-31 ta’ Diċembru 2020.

 

Informazzjoni dwar il-pagamenti:

Aċċess għas-sistemi tal-IT mir-Renju Unit u mill-Istati Membri b’aċċess reċiproku għal:

 

Skambju ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti relattivament għal pagamenti riċevuti mingħand negozji reġistrati fl-MOSS qabel jew fil-31 ta’ Jannar 2021;

20 ta’ Frar 2021

Fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli fil-parti l-oħra, skambju ta’ informazzjoni relatata mar-rimborżi jew mal-pagamenti għall-emendi relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-VAT tal-MOSS ippreżentati qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2021.

20 ta’ Jannar 2022


Sistema ta’ appoġġ

Tip ta’ aċċess

Skadenza

CCN / eFCA

Kooperazzjoni amministrattiva tal-VAT

(Netwerk Komuni ta’ Komunikazzjoni / (Applikazzjoni Ċentrali tal-Formola elettronika)

Trażmissjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri ta’ talbiet – u segwitu għal dawn it-talbiet – fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva għall-finijiet tal-VAT.

31 ta’ Diċembru 2024

Preferenzi ta’ Rifużjoni tal-VAT tat-TIC

Aċċess mir-Renju Unit biex jaġġorna l-preferenzi tar-rifużjonijiet tal-VAT tar-Renju Unit

31 ta’ Marzu 2021

Parti IV: Assistenza fl-irkupru tat-taxxa u tad-dazju

Sistema ta’ appoġġ

Tip ta’ aċċess

Skadenza

CCN / eFCA

Assistenza għall-irkupru

Trażmissjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri ta’ talbiet – u segwitu għal dawn it-talbiet – fir-rigward tal-assistenza għall-irkupru.

31 ta’ Diċembru 2025


(1)  Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “aċċess reċiproku” tfisser li r-Renju Unit irid jiżgura li l-Istati Membri jkollhom l-istess aċċess għal tali data fir-Renju Unit bħalma għandhom ir-Renju Unit u l-Istati Membri għal tali data fl-Istati Membri.

(2)  Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “aċċess reċiproku” tfisser li r-Renju Unit irid jiżgura li l-Istati Membri jkollhom l-istess aċċess għal tali

(3)  fir-Renju Unit bħalma għandhom ir-Renju Unit u l-Istati Membri għal tali

(4)  fl-Istati Membri.

(5)  biex jiskambjaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, informazzjoni storika dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-parti l-oħra


ANNESS V

EURATOM

Dan l-Anness jistabbilixxi l-kategoriji ta’ tagħmir tal-komunità u proprjetà oħra relatata mal-proviżjoni ta’ salvagwardji li jinsabu fir-Renju Unit taħt it-Trattat Euratom li għandhom isiru proprjetà tar-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat lir-Renju Unit l-inventarju finali tat-tagħmir tal-Euratom u ta’ proprjetà oħra ttrasferita.

B’konformità mal-Artikolu 84(1) u l-Artikolu 148, ir-Renju Unit għandu jirrimborża lill-Unjoni l-valur ta’ dak it-tagħmir u proprjetà oħra, ikkalkulat fuq il-bażi tal-valur assenjat lil dak it-tagħmir u proprjetà oħra fil-kontijiet konsolidati għas-sena 2020. L-imsemmi valur għandu jiġi kkomunikat mill-Kummissjoni Ewropea lir-Renju Unit wara l-approvazzjoni regolatorja finali tiegħu.

It-tagħmir tal-Euratom jinsab fil-postijiet li ġejjin:

Sellafield (1), is-sit tar-riproċessar tal-fjuwil nukleari tar-Renju Unit;

Dounreay (2), l-ex ċentru ta’ riċerka u żvilupp tar-Renju Unit għar-reatturi rapidi;

Sizewell (3), sit b’żewġ power stations nukleari, Sizewell A (mhux operazzjonali) u Sizewell B, reattur tal-ilma taħt pressjoni li għadu qed jopera;

Capenhurst (4), impjant ta’ arrikkiment tal-uranju;

Springfields (5), impjant tal-produzzjoni tal-karburanti;

Reatturi oħra, faċilitajiet tar-riċerka, mediċi u oħrajn, fejn ikun qed jiġi użat tagħmir ta’ salvagwardji.

It-tagħmir tal-Euratom jinkludi diversi elementi li jikkonsistu f’installazzjonijiet fissi u f’apparati relatati li huma meħtieġa għall-użu ta’ dawn l-installazzjonijiet fissi u li jifformaw parti integrali mis-sistema sħiħa installata:

1.

Siġilli:

Siġilli tal-metall għal użu wieħed;

Siġilli tal-fibra ottika għal użu wieħed u għal użu multiplu; u

Qarrejja tas-siġilli.

2.

Tagħmir ta’ sorveljanza:

Sistemi ta’ sorveljanza ta’ salvagwardji uniċi u multipli diġitali u analogi.

3.

Tagħmir għall-kejl (analiżi mhux distruttiva):

Diversi tipi ta’ rilevaturi tar-raġġi gamma bi preamplifikaturi u elettronika tal-għadd għall-kejl tar-raġġi gamma;

Diversi tipi ta’ rilevaturi tan-newtroni bi preamplifikaturi u elettronika tal-għadd għall-kejl tan-newtroni; kif ukoll

Tagħmir għal immuntar ta’ fjuwil frisk u użat, kejl tal-kontenut tal-Uranju u tal-Plutonju inklużi rilevaturi tal-assemblaġġ tal-vireg u tal-fjuwil, bilanċi u ċelloli ta’ tagħbija.

4.

Tagħmir tal-laboratorju (li jifforma parti mil-laboratorju fil-post f’Sellafield):

Spektrometru tal-massa (TIMS);

strumenti ta’ kejl ibbażati fuq ir-raġġi gamma u r-raġġi-X (pereżempju strumenti ta’ kejl tad-densitometrija K-Edge u XRF); u

Kontenituri ssiġillati b’tagħmir analitiku inklużi bilanċi tad-densitometru u analitiċi.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment l-aktar effettiv ta’ dan it-tagħmir, ir-Renju Unit u l-Komunità għandhom jagħmlu l-arranġamenti legali meħtieġa biex jeħilsu lill-Komunità mill-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħha taħt il-ftehim tagħha tal-25 ta’ Marzu 1994 mal-British Nuclear Fuels PLC (issa Sellafield Ltd).

5.

Tagħmir tal-kompjuter u relatat (f’uffiċċji u sistemi tal-kejl):

Kompjuters personali kif ukoll tagħmir relatat li jinkludi infrastruttura tat-trażmissjoni tad-data mill-bogħod (pakketti tal-batteriji u provvisti tal-enerġija, apparat li jippermetti l-kontroll ta’ diversi kompjuters, tagħmir tan-netwerk inkluż fibra ottika, kejbils u konvertituri tal-ethernet, swiċċijiet, servers serjali, router tan-netwerk privat virtwali, kontrollur tal-ħin u tad-dominju, kabinetti); kif ukoll

Servers, skermaturi u printers relatati.


(1)  Sellafield Ltd, SELLAFIELD CA20 1PG, UNITED KINGDOM

(2)  Dounreay Site Restoration Ltd, KW14 7TZ THURSO CAITHNESS, UNITED KINGDOM

(3)  EDF Energy Nuclear Generation Limited - Sizewell B Power Station, SUFFOLK, IP16 4UR LEISTON

(4)  Urenco UK Limited, Capenhurst Works, CHESTER CH1 6ER, UNITED KINGDOM

(5)  Westinghouse Springfields Fuels Ltd, SALWICK PRESTON PR4 OXJ, UNITED KINGDOM


ANNESS VI

LISTA TA’ PROĊEDURI TA’ KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 98

1.

Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri relatata ma’ dikjarazzjonijiet tal-fornituri dwar l-oriġini tal-prodotti, stabbiliti għall-fini ta’ kummerċ preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi (l-Artikoli 61 sa 66 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

2.

Għall-verifika ta’ ċertifikati ta’ oriġini maħruġa minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jew minn aġenziji awtorizzati minnhom (arranġamenti speċjali ta’ importazzjoni mhux preferenzjali) (l-Artikolu 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447) u għall-verifika ta’ ċertifikati ta’ oriġini maħruġa jew stabbiliti minn awtoritajiet jew esportaturi ta’ pajjiżi terzi (arranġamenti preferenzjali) (l-Artikoli 108 sa 111 u 125 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-Artikolu 32 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 55 tal-Anness VI tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE u d-dispożizzjonijiet ekwivalenti fi ftehimiet preferenzjali).

3.

Assistenza reċiproka fil-qafas tal-irkupru ta’ dejn doganali (l-Artikoli 101(1) u 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikolu 165 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

4.

Assistenza reċiproka fil-qafas ta’ trasferimenti tal-ammont ta’ dejn doganali mill-Istat Membru li aċċetta garanzija lill-Istat Membru fejn inħoloq id-dejn doganali (il-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, tal-Artikolu 153 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

5.

Verifika ta’ ċertifikati tal-istatus tal-Unjoni (u assistenza amministrattiva) (l-Artikolu 153 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikolu 212 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

6.

Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet rigward merkanzija rritornata (l-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikolu 256 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

7.

Kooperazzjoni amministrattiva fil-qafas tal-irkupru ta’ imposti oħrajn għal merkanzija mqiegħda taħt dħul temporanju f’konformità mal-Konvenzjoni tal-ATA jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul (il-punt (c) tal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikolu 170 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

8.

Assistenza reċiproka għall-ksib ta’ informazzjoni supplimentari għall-finijiet ta’ deċiżjoni dwar applikazzjoni għal maħfra jew ħlas lura (l-Artikoli 22 u 116(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikolu 175 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

9.

Verifika u assistenza amministrattiva għal kontrolli wara r-rilaxx tal-informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni (l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikolu 292 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

10.

Kooperazzjoni amministrattiva fil-qafas tal-irkupru ta’ imposti oħrajn taħt il-proċeduri ta’ tranżitu (il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikoli 167 u 169 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

11.

Notifika ta’ rkupru ta’ dazji u imposti oħrajn taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni jew taħt tranżitu skont il-Konvenzjoni TIR (il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikolu 168 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

12.

Kooperazzjoni diretta u skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri rigward kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b’użu doppju (l-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009).

ANNESS VII

LISTA TA’ ATTI/DISPOŻIZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 128(6)

1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96(1) ta dan il-Ftehim). (1)

2.

It-Titoli III u IX tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, (2) ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku, (3) ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata, (4) ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni, (5) it-Titoli III u VII tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, (6) ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġeti tal-ikel, (7) ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, (8) ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2012 tad-19 ta’ Ġunju 2012 dwar it-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza stipulati fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji. (10)

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. (11)

4.

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet. (12)

5.

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, (13) u, Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali. (14)

6.

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali. (15)

7.

Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. (16)

8.

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi. (17)

9.

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri. (18)

10.

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, (19) il-punt (c) tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament. (20)

11.

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel. (21)

12.

Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi. (22)

13.

Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf. (23)

(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(3)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.

(5)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.

(6)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(7)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(8)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 159, 20.6.2012, p. 5.

(10)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7.

(11)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(13)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(14)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(15)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(16)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1.

(17)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(18)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(19)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(20)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(21)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(22)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.

(23)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.


ANNESS VIII

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT KONĠUNT U TAL-KUMITATI SPEĊJALIZZATI

Regola 1

President

1.

Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kopresedut minn Membru tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit fil-livell ministerjali, jew minn uffiċjali ta’ livell għoli nominati biex jaġixxu bħala s-sostituti tagħhom. L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar il-kopresidenti nominati u s-sostituti tagħhom.

2.

Id-deċiżjonijiet tal-kopresidenti previsti minn dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jittieħdu b’kunsens reċiproku.

3.

Kopresident li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa jista’ jiġi sostitwit għal dik il-laqgħa minn persuna nominata. Il-kopresident, jew il-persuna nominata minnu, għandu jinforma bil-miktub lill-kopresident l-ieħor u lis-Segretarjat tal-Kumitat Konġunt dwar in-nomina mill-aktar fis possibbli.

4.

Il-persuna nominata mill-kopresident għandha teżerċita d-drittijiet ta’ dak il-kopresident sal-limiti tan-nomina. Kull referenza f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għall-kopresidenti għandha tinftiehem li tinkludi persuna nominata.

Regola 2

Segretarjat

Is-Segretarjat tal-Kumitat Konġunt (is-“Segretarjat”) għandu jkun magħmul minn uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Gvern tar-Renju Unit. Is-Segretarjat għandu, taħt l-awtorità tal-kopresidenti, iwettaq il-kompiti mogħtija lilu permezz ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

Regola 3

Parteċipazzjoni fil-laqgħat

1.

Qabel kull laqgħa, l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jinfurmaw lil xulxin permezz tas-Segretarjat dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet.

2.

Fejn xieraq u b’deċiżjoni tal-kopresidenti, l-esperti jew persuni oħra li mhumiex membri tad-delegazzjonijiet jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konġunt sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari.

Regola 4

Laqgħat

1.

Il-Kumitat Konġunt għandu jżomm il-laqgħat tiegħu b’mod alternat fi Brussell u f’Londra, sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor.

2.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-kopresidenti jistgħu jiddeċiedu li laqgħa tal-Kumitat Konġunt issir permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.

3.

Kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandha titlaqqa’ mis-Segretarjat f’data u post deċiżi mill-kopresidenti. Fejn l-Unjoni jew ir-Renju Unit ikunu għamlu talba għal laqgħa, il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel ħiltu biex jiltaqa’ fi żmien 30 jum minn tali talba. F’każijiet ta’ urġenza huwa għandu jagħmel ħiltu biex jiltaqa’ qabel.

Regola 5

Dokumenti

Id-dokumenti bil-miktub li fuqhom jissejsu d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati lill-Unjoni u lir-Renju Unit mis-Segretarjat bħala dokumenti tal-Kumitat Konġunt.

Regola 6

Korrispondenza

1.

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jibagħtu l-korrispondenza tagħhom indirizzata lill-Kumitat Konġunt lis-Segretarjat. Tali korrispondenza tista’ tintbagħat fi kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni bil-miktub, inkluż permezz tal-posta elettronika.

2.

Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat Konġunt tintbagħat lill-kopresidenti u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, skont ir-Regola 5.

3.

Il-korrispondenza kollha mill-kopresidenti jew indirizzata direttament lilhom għandha tintbagħat lis-Segretarjat u għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, skont ir-Regola 5.

Regola 7

Aġenda tal-laqgħat

1.

Għal kull laqgħa, għandu jitfassal abbozz tal-aġenda proviżorja mis-Segretarjat. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-kopresidenti sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data tal-laqgħa.

2.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda tkun intalbet mill-Unjoni jew mir-Renju Unit. Kwalunkwe tali talba, flimkien ma’ kwalunkwe dokument rilevanti, għandha tiġi ppreżentata lis-Segretarjat mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.

Mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel id-data tal-laqgħa, il-kopresidenti għandhom jiddeċiedu dwar l-aġenda proviżorja għal laqgħa. Huma jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu dik l-aġenda proviżorja, jew xi parti minnha, pubblika qabel il-bidu tal-laqgħa.

4.

L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt fil-bidu ta’ kull laqgħa. Fuq talba tal-Unjoni jew tar-Renju Unit, jista’ jiġi inkluż fl-aġenda xi punt ieħor għajr dawk inklużi fl-aġenda proviżorja b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

5.

F’każijiet eċċezzjonali, il-kopresidenti jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mil-limiti ta’ żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2.

Regola 8

Minuti

1.

Għandu jitfassal abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa mis-Segretarjat, fi żmien 21 jum minn tmiem il-laqgħa, sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor.

2.

Il-minuti għandhom, bħala regola, jagħtu fil-qosor kull punt fl-aġenda, u jispeċifikaw fejn applikabbli:

(a)

id-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat Konġunt;

(b)

kull dikjarazzjoni li wieħed mill-kopresidenti jkun talab li tiddaħħal fil-minuti; u

(c)

id-deċiżjonijiet adottati, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet konġunti deċiżi u l-konklużjonijiet operazzjonali adottati dwar punti speċifiċi.

3.

Il-minuti għandhom jinkludu lista tal-ismijiet, it-titoli u r-rwol tal-individwi kollha li attendew il-laqgħa.

4.

Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub mill-kopresidenti fi żmien 28 jum mid-data tal-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra deċiża mill-kopresidenti. Ladarba approvati, żewġ verżjonijiet awtentiċi tal-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-membri tas-Segretarjat. L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jirċievu waħda minn dawn il-verżjonijiet awtentiċi kull wieħed. Il-kopresidenti jistgħu jiddeċiedu li l-iffirmar u l-iskambju ta’ kopji elettroniċi jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

5.

Is-Segretarjat għandu jħejji wkoll sommarju tal-minuti. Wara li jkunu approvaw is-sommarju, il-kopresidenti jistgħu jiddeċiedu li jippubblikawh.

Regola 9

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.

Fil-perjodu ta’ bejn il-laqgħat, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, jekk il-kopresidenti jiddeċiedu li jużaw din il-proċedura. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn il-kopresidenti.

2.

Fejn il-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, il-kliem “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”, rispettivament, għandhom jiddaħħlu fit-titolu ta’ tali atti. Is-Segretarjat għandu jirreġistra kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni taħt numru ta' serje u b’referenza għad-data tal-adozzjoni tagħhom.

3.

Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jispeċifikaw id-data li fiha jsiru effettivi.

4.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiġu ffirmati mill-kopresidenti u għandhom jintbagħtu mis-Segretarjat lill-Partijiet immedjatament wara l-iffirmar.

Regola 10

Pubbliċità u Kunfidenzjalità

1.

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-kopresidenti, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu kunfidenzjali.

2.

Fejn l-Unjoni jew ir-Renju Unit jippreżentaw informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali jew protetta minn divulgazzjoni taħt il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom lill-Kumitat Konġunt jew lil xi kumitat speċjalizzat, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni li tkun irċeviet bħala kunfidenzjali.

3.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Unjoni u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu b’mod individwali kull wieħed dwar jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt fil-ġurnali ta’ pubblikazzjoni uffiċjali rispettivi tagħhom.

Regola 11

Lingwi

1.

Il-lingwi uffiċjali tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u tar-Renju Unit.

2.

Il-lingwa ta’ ħidma tal-Kumitat Konġunt għandha tkun l-Ingliż. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-kopresidenti, il-Kumitat Konġunt għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumenti mħejjija bl-Ingliż.

Regola 12

Spejjeż

1.

L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom kull wieħed minnhom jassumu kull spiża li jġarrbu bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

2.

L-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni għal-laqgħat li jsiru fi Brussell, u mir-Renju Unit għal-laqgħat li jsiru f’Londra.

3.

L-ispejjeż marbuta mal-interpretazzjoni fil-lingwa ta’ ħidma jew minnha tal-Kumitat Konġunt waqt il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li titlob tali interpretazzjoni.

Regola 13

Kumitati speċjalizzati

1.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi minn 2 sa 3 ta’ din ir-Regola, ir-Regoli minn 1 sa 12 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kumitati speċjalizzati sakemm il-Kumitat Konġunt ma jiddeċidix mod ieħor.

2.

Il-kumitati speċjalizzati għandhom ikunu kopreseduti minn rappreżentanti nominati mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Gvern tar-Renju Unit. L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar ir-rappreżentanti nominati.

3.

L-informazzjoni u r-rapporti kollha li għandhom jiġu pprovduti minn kumitat speċjalizzat skont l-Artikolu 165(4) tal-Ftehim għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat Konġunt mingħajr dewmien żejjed.

Regola 14

Rapport annwali

Għal kull sena kalendarja, ir-rapport annwali dwar il-funzjonament tal-Ftehim previst fl-Artikolu 164(6) tal-Ftehim għandu jitfassal mis-Segretarjat sal-1 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara. Dan għandu jiġi adottat u ffirmat mill-kopresidenti.


ANNESS IX

REGOLI TA’ PROĊEDURA

PARTI A

REGOLI TA’ PROĊEDURA GĦAR-RIŻOLUZZJONI TAT-TILWIM

I.   Definizzjonijiet

1.

Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Parti” tfisser l-Unjoni jew ir-Renju Unit;

(b)

“attur” tfisser kwalunkwe Parti li titlob l-istabbiliment ta’ bord ta’ arbitraġġ taħt l-Artikolu 170 tal-Ftehim;

(c)

“konvenut” tfisser il-Parti allegata li qed tikser xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(d)

“rappreżentant ta’ Parti” tfisser uffiċjal ta’, jew kwalunkwe persuna maħtura minn Parti li tirrappreżenta lil dik il-Parti għall-finijiet ta' tilwima taħt dan il-Ftehim;

(e)

“konsulent” tfisser persuna nominata minn Parti biex tagħti pariri jew tassisti lil dik il-Parti b’konnessjoni ma’ proċedimenti quddiem bord ta’ arbitraġġ;

(f)

“assistent” tfisser persuna li, taħt it-termini tal-ħatra tagħha, twettaq riċerka għal, jew tipprovdi għajnuna lil, membru ta’ bord ta’ arbitraġġ taħt id-direzzjoni u l-kontroll ta’ dak il-membru.

II.   Notifiki

2.

Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għan-notifiki bejn il-Partijiet u l-bord ta' arbitraġġ:

(a)

il-bord ta' arbitraġġ għandu jibgħat it-talbiet, l-avviżi, is-sottomissjonijiet bil-miktub u d-dokumenti l-oħra kollha liż-żewġ Partijiet fl-istess ħin;

(b)

fejn Parti tindirizza talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor lill-bord ta' arbitraġġ, hija għandha tibgħat kopja tagħhom lill-Parti l-oħra fl-istess ħin; u

(c)

fejn Parti tindirizza talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor fir-rigward tat-tilwima lill-Parti l-oħra, hija għandha tibgħat kopja tagħhom lill-bord ta’ arbitraġġ fl-istess ħin.

3.

Kwalunkwe notifika msemmija fil-punt 2 għandha ssir permezz tal-posta elettronika jew, fejn adatt, permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdi evidenza li d-dokument ikun intbagħat. Sakemm ma jkunx ippruvat mod ieħor, tali notifika għandha titqies li tkun twasslet fid-data li fiha tintbagħat. In-notifiki kollha għandhom ikunu indirizzati lis-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Konsulent Legali tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit, rispettivament.

4.

L-Uffiċċju Internazzjonali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ għandu, fuq talba bil-miktub mill-Partijiet jew mill-bord ta’ arbitraġġ, jaġixxi bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-Partijiet u l-bord ta’ arbitraġġ.

5.

L-iżbalji żgħar ta’ natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatati mal-proċedimenti quddiem il-bord ta’ arbitraġġ jistgħu jiġu kkoreġuti permezz tat-twassil ta’ dokument ġdid li jindika l-bidliet b’mod ċar.

6.

Jekk l-aħħar jum għat-twassil ta’ dokument jaħbat fi tmiem il-ġimgħa jew f’vaganza legali applikabbli għall-Kummissjoni Ewropea jew għall-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit, skont kif ikun il-każ, id-dokument jista’ jitwassal fl-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jinfurmaw lil xulxin kif ukoll, fil-każ imsemmi fil-punt 4, lill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ, dwar il-vaganzi legali applikabbli għall-Kummissjoni Ewropea u għall-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit, rispettivament.

III.   Ħatra u sostituzzjoni tal-membri ta’ bord ta’ arbitraġġ

7.

Jekk, skont l-Artikolu 171(5) tal-Ftehim, membru wieħed jew aktar ta’ bord ta’ arbitraġġ ikollhom jintgħażlu bix-xorti, l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ għandu jinforma minnufih lill-Partijiet bid-data, il-ħin u l-post tal-għażla. Il-Partijiet jistgħu jagħżlu li jkunu preżenti matul l-għażla. Madankollu, l-assenza ta’ waħda mill-Partijiet jew tat-tnejn ma għandhiex tipprekludi l-għażla milli ssir.

8.

L-Uffiċċju Internazzjonali tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ għandu jinnotifika, bil-miktub, lil kull persuna li ntgħażlet biex isservi bħala membru tal-bord ta’ arbitraġġ bil-ħatra tagħha. Kull persuna magħżula għandha, fi żmien ħamest ijiem minn dik in-notifika, tikkonferma d-disponibbiltà tagħha lill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ u liż-żewġ Partijiet.

9.

Fejn Parti tqis li membru tal-bord ta’ arbitraġġ ma jikkonformax mal-Kodiċi ta’ Kondotta stabbilit fil-Parti B u għal dik ir-raġuni jkun jeħtieġ li jiġi sostitwit, dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun kisbet evidenza suffiċjenti tal-allegat nuqqas ta’ konformità ta’ dak il-membru.

10.

Il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi żmien 15-il jum min-notifika msemmija fil-punt 9. Huma għandhom jinfurmaw lill-membru tal-bord ta’ arbitraġġ dwar l-allegat nuqqas ta’ konformità u jistgħu jitolbu lil dak il-membru biex jieħu passi biex jirrimedja s-sitwazzjoni. Jistgħu wkoll jiddeċiedu b’mod konġunt li jneħħu lil dak il-membru u li jagħżlu membru ġdid skont l-Artikolu 171 tal-Ftehim

Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar jekk għandhomx jissostitwixxu membru tal-bord ta' arbitraġġ għajr il-president tiegħu, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president ta’ dak il-bord, li d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun waħda finali.

Jekk il-president tal-bord ta’ arbitraġġ isib li l-membru tal-bord ta’ arbitraġġ ma jkunx qed jikkonforma mal-Kodiċi ta’ Kondotta, għandu jintgħażel membru ġdid tal-bord ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 171 tal-Ftehim.

11.

Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar jekk jissostitwixxux lill-president, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lil waħda mill-persuni li jkun għad fadal li jkunu ġew proposti b’mod konġunt mill-Unjoni u mir-Renju Unit biex jaġixxu bħala president skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 171(1) tal-Ftehim (il-“persuna magħżula”). L-isem tal-persuna magħżula għandu jittella’ bil-polza mis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ.

Jekk il-persuna magħżula ssib li l-president ma jkunx qed jikkonforma mal-Kodiċi ta’ Kondotta, għandu jintgħażel president ġdid skont l-Artikolu 171 tal-Ftehim minn fost il-persuni li jkunu ġew proposti b’mod konġunt mill-Unjoni u mir-Renju Unit biex jaġixxu bħala president, bl-eċċezzjoni tal-persuna magħżula.

IV.   Kwistjonijiet finanzjarji

12.

Il-Partijiet għandhom jaqsmu b’mod ugwali l-ispejjeż li jirriżultaw mill-istabbiliment u l-operat ta’ bord ta’ arbitraġġ, inklużi r-remunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-membri ta’ dak il-bord ta’ arbitraġġ.

13.

Il-Partijiet għandhom jaqblu mal-bord ta’ arbitraġġ, fi żmien sebat ijiem mill-istabbiliment tiegħu, dwar:

(a)

ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-membri tal-bord ta’ arbitraġġ, li għandhom ikunu raġonevoli u skont l-istandards tad-WTO;

(b)

ir-remunerazzjoni li għandha titħallas lill-assistenti; għal kull membru tal-bord ta’ arbitraġġ, l-ammont totali ta’ remunerazzjoni li għandu jitħallas lill-assistenti għandu jkun raġonevoli u fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż terz tar-remunerazzjoni ta’ dak il-membru.

Tali ftehim jista’ jintlaħaq bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni.

V.   Skeda ta’ żmien u sottomissjonijiet bil-miktub

14.

Il-bord ta’ arbitraġġ għandu, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, jistabbilixxi skeda ta’ żmien indikattiva għall-proċedimenti fi żmien sebat ijiem mill-istabbiliment tiegħu.

15.

L-attur għandu jindirizza s-sottomissjoni bil-miktub tiegħu lill-bord ta’ arbitraġġ sa mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-iskeda ta’ żmien indikattiva. Il-konvenut għandu jindirizza s-sottomissjoni bil-miktub tiegħu lill-bord ta’ arbitraġġ sa mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data li fiha jkun irċieva kopja tas-sottomissjoni bil-miktub tal-attur.

VI.   L-operat tal-bord ta’ arbitraġġ

16.

Il-president tal-bord ta’ arbitraġġ għandu jippresjedi fuq il-laqgħat kollha tiegħu. Il-bord ta’ arbitraġġ jista’ jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.

17.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim jew f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-bord ta’ arbitraġġ jista’ jmexxi l-proċedimenti u d-deliberazzjonijiet tiegħu bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni.

18.

Il-membri tal-bord ta’ arbitraġġ biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-bord ta’ arbitraġġ, iżda l-bord ta’ arbitraġġ jista’ jippermetti li l-assistenti tal-membri jkunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.

19.

L-abbozzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni għandu jibqa’ r-responsabbiltà esklussiva tal-membri tal-bord ta’ arbitraġġ, u ma għandu jiġi delegat lil ebda persuna oħra.

20.

L-Uffiċċju Internazzjonali tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ għandu jipprovdi servizzi ta’ segretarjat u appoġġ loġistiku ieħor lill-bord ta’ arbitraġġ.

21

Fejn tqum xi kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta minn dan il-Ftehim jew minn dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-bord ta’ arbitraġġ jista’, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, jiddeċiedi dwar il-proċedura li trid tiġi segwita, sakemm din tal-aħħar tkun kompatibbli ma’ dan il-Ftehim u ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

22.

Jekk il-bord ta’ arbitraġġ jikkunsidra li jkun hemm ħtieġa li jinbidel xi wieħed mill-perjodi ta’ żmien għall-proċedimenti msemmija f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jew li jsir xi aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, dwar ir-raġunijiet għall-bidla jew l-aġġustament u l-perjodu ta’ żmien jew l-aġġustament meħtieġ.

VII.   Seduti ta’ smigħ

23.

Fuq il-bażi tal-iskeda ta’ żmien indikattiva stabbilita skont il-punt 14, wara konsultazzjoni mal-Partijiet u mal-membri l-oħra tal-bord ta’ arbitraġġ, il-president għandu jinnotifika lill-Partijiet bid-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, sakemm is-seduta ta’ smigħ ma tkunx magħluqa għall-pubbliku

Il-bord ta’ arbitraġġ jista’ jiddeċiedi, bi qbil mal-Partijiet, li ma ssirx seduta ta’ smigħ.

24.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta ta’ smigħ għandha ssir f’The Hague, fil-bini tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ.

25.

Il-bord ta’ arbitraġġ jista’ jsejjaħ seduti ta’ smigħ addizzjonali jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

26.

Il-membri kollha tal-bord ta’ arbitraġġ għandhom ikunu preżenti matul is-smigħ kollu.

27.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu s-seduta, irrispettivament minn jekk is-smigħ ikunx miftuħ għall-pubbliku jew le:

(a)

rappreżentanti ta’ Parti;

(b)

konsulenti;

(c)

assistenti;

(d)

interpreti, tradutturi u korrispondenti tal-qorti tal-bord ta’ arbitraġġ; u

(e)

esperti, kif deċiż mill-bord ta’ arbitraġġ.

28.

Mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data ta’ seduta ta' smigħ, kull Parti għandha tindirizza lill-bord ta’ arbitraġġ u lill-Parti l-oħra lista tal-ismijiet tal-persuni li jkunu sejrin itellgħu l-argumenti orali jew jagħmlu preżentazzjonijiet matul is-seduta f’isem dik il-Parti u l-ismijiet ta’ rappreżentanti u konsulenti oħra li jkunu se jattendu s-seduta ta' smigħ.

29.

Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta b’dan il-mod, filwaqt li jiżgura li l-attur u l-konvenut jingħataw l-istess ħin kemm fl-argument kif ukoll fit-tweġiba:

(a)

l-argument:

(i)

l-argument tal-attur;

(ii)

l-argument tal-konvenut;

(b)

tweġiba:

(i)

it-tweġiba tal-attur;

(ii)

il-kontrotweġiba tal-konvenut.

30.

Il-bord ta’ arbitraġġ jista’ jindirizza direttament mistoqsijiet lil kwalunkwe miż-żewġ Partijiet f’kull ħin matul is-seduta ta’ smigħ.

31.

Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti, mill-aktar fis possibbli wara s-seduta ta’ smigħ, biex it-traskrizzjoni tas-smigħ titħejja u tintbagħat lill-Partijiet. Il-Partijiet jistgħu jikkummentaw dwar it-traskrizzjoni u l-bord ta’ arbitraġġ jista’ jikkunsidra dawk il-kummenti.

32.

Kull Parti tista’ tindirizza sottomissjoni supplimentari bil-miktub lill-bord ta’ arbitraġġ dwar kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-seduta fi żmien għaxart ijiem wara d-data tas-seduta ta’ smigħ.

VIII.   Mistoqsijiet bil-miktub

33.

Il-bord ta’ arbitraġġ jista’ fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jressaq mistoqsijiet bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma.

34.

Kull Parti għandu jkollha l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar it-tweġibiet tal-Parti l-oħra għall-mistoqsijiet ippreżentati mill-bord ta’ arbitraġġ fi żmien ħamest ijiem mid-data li fiha tkun irċeviet kopja ta’ dawk it-tweġibiet.

IX.   Kunfidenzjalità

35.

Kull informazzjoni ppreżentata minn Parti lill-bord ta’ arbitraġġ li dik il-Parti tkun iddeżinjat bħala kunfidenzjali għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali mill-Parti l-oħra u mill-bord. Meta Parti tippreżenta lill-bord ta' arbitraġġ sottomissjoni bil-miktub li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, hija għandha tipprovdi wkoll, fi żmien 15-il jum, sottomissjoni mingħajr l-informazzjoni kunfidenzjali u li għandha tiġi żvelata lill-pubbliku.

36.

Xejn f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma għandu jipprekludi lil xi Parti milli tiddivulga s-sottomissjonijiet tagħha stess bil-miktub, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet ippreżentati mill-bord ta’ arbitraġġ jew it-traskrizzjoni ta’ argument orali lill-pubbliku, sakemm, meta ssir referenza għal informazzjoni ppreżentata mill-Parti l-oħra, ma tiddivulgax informazzjoni ddeżinjata mill-Parti l-oħra bħala kunfidenzjali.

37.

Is-seduti ta’ smigħ quddiem il-bord ta’ arbitraġġ għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku ħlief meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta’ Parti jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali jew fejn il-Partijiet jaqblu mod ieħor li s-seduta ta’ smigħ għandha tingħalaq għall-pubbliku. F’dan il-każ il-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti ta’ smigħ tal-bord ta’ arbitraġġ.

X.   Kuntatti ex parte

38.

Il-bord ta’ arbitraġġ ma għandux jiltaqa’ jew b'xi mod ieħor jikkomunika bil-fomm ma’ Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra.

XI.   Każijiet urġenti

39.

F’każijiet ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 173(2) tal-Ftehim, il-bord ta’ arbitraġġ, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, għandu jaġġusta, kif xieraq, il-perjodi ta’ żmien imsemmija f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jinnotifika lill-Partijiet b’dawk l-aġġustamenti.

XII.   Traduzzjoni u interpretazzjoni

40.

Il-lingwa tal-proċedimenti quddiem il-bord ta’ arbitraġġ għandha tkun l-Ingliż. Id-deċiżjonijiet tal-bord ta’ arbitraġġ għandhom jinħarġu bl-Ingliż.

41.

Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha stess tat-traduzzjoni ta’ kull dokument ippreżentat lill-bord ta’ arbitraġġ li ma jkunx oriġinarjament abbozzat bl-Ingliż, kif ukoll kull spiża relatata mal-interpretazzjoni waqt is-seduta ta’ smigħ relatata mar-rappreżentanti jew il-konsulenti tagħha.

PARTI B

KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAL-ARBITRAĠĠ

Definizzjonijiet

1.

Għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ “assistent” stabbilita fir-Regoli ta’ Proċedura. Barra minn hekk, “kandidat” tfisser persuna li isimha jkun fil-lista msemmija fl-Artikolu 171(1) tal-Ftehim u li tkun qiegħda tiġi kkunsidrata biex tintgħażel bħala membru tal-bord ta’ arbitraġġ taħt dak l-Artikolu.

Responsabbiltajiet għall-proċess

2.

Kull kandidat u membru ta’ bord ta’ arbitraġġ għandu jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta’ kondotta skorretta, għandu jkun indipendenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti u għandu josserva standards għoljin ta’ kondotta sabiex tinżamm l-integrità u l-imparzjalità tal-proċedura tar-riżoluzzjoni tat-tilwim. L-ex kandidati jew ex membri ta’ bord ta’ arbitraġġ għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-punti 8, 9 u 10.

Obbligi ta’ divulgazzjoni

3.

Qabel il-konferma tal-għażla tagħhom bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ taħt dan il-Ftehim, il-kandidati għandhom jiddivulgaw lill-Partijiet bil-miktub kull interess, relazzjoni jew materja li huma jafu biha, li x’aktarx taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tagħhom, jew li tista’ toħloq raġonevolment l-impressjoni ta’ kondotta skorretta jew preġudizzju fil-proċedimenti quddiem il-bord ta’ arbitraġġ.

4.

Il-kandidati u l-membri ta’ bord ta' arbitraġġ għandhom jikkomunikaw materji li jikkonċernaw ksur attwali jew potenzjali ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta biss lill-Kumitat Konġunt biex jiġu kkunsidrati mill-Unjoni u mir-Renju Unit.

5.

Il-membri ta’ bord ta’ arbitraġġ għandhom fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti quddiem il-bord ta' arbitraġġ jiddivulgaw lill-Partijiet bil-miktub kull interess, relazzjoni jew materja tan-natura msemmija fil-punt 3 li huma jkunu jafu biha jew isiru jafu biha.

Diliġenza dovuta tal-membri ta’ bord ta’ arbitraġġ

6.

Meta jintgħażlu, il-membri ta’ bord ta’ arbitraġġ għandhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċedimenti quddiem il-bord ta’ arbitraġġ, u b’mod ġust u b’diliġenza. B’mod partikolari, għandhom:

(a)

jikkunsidraw biss dawk il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu fil-proċedimenti quddiem il-bord ta’ arbitraġġ u li jkunu meħtieġa għal deċiżjoni, u ma għandhom jiddelegaw dan id-dmir lil ebda persuna oħra;

(b)

jieħdu l-passi kollha xierqa biex jiżguraw li l-assistenti tagħhom ikunu konxji mill-punti 2, 3, 4, 5, 9 u 10 u jikkonformaw magħhom.

Indipendenza u imparzjalità tal-membri ta’ bord ta’ arbitraġġ

7.

Il-membri ta’ bord ta’ arbitraġġ

(a)

għandhom ikunu indipendenti u imparzjali, u jevitaw li joħolqu impressjoni ta’ kondotta skorretta jew preġudizzju, u ma għandhomx ikunu influwenzati minn interessi personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, għagħa pubblika, lealtà lejn l-Unjoni jew ir-Renju Unit, jew biża’ mill-kritika;

(b)

ma għandhom jidħlu għall-ebda obbligu, direttament jew indirettament, u ma għandhom jaċċettaw l-ebda benefiċċju li jista’ b’xi mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, it-twettiq korrett ta’ dmirijiethom;

(c)

ma għandhomx jużaw il-pożizzjoni tagħhom bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ biex imexxu ‘l quddiem interessi personali jew privati u għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li oħrajn huma f’pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawhom;

(d)

ma għandhomx jippermettu li relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, kummerċjali, professjonali, familjari jew soċjali jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tagħhom;

(e)

għandhom jevitaw li jidħlu f’xi relazzjoni jew li jakkwistaw xi interess finanzjarju li x’aktarx jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom jew li jistgħu raġonevolment jagħtu l-impressjoni ta’ kondotta skorretta jew ta’ preġudizzju;

(f)

ma għandhom jiddiskutu l-ebda aspett tas-suġġett jew it-tmexxija tal-proċedimenti quddiem il-bord ta’ arbitraġġ ma’ xi waħda mill-Partijiet jew mat-tnejn li huma fl-assenza tal-membri l-oħra tal-bord ta’ arbitraġġ.

Obbligi tal-ex membri ta’ bord ta’ arbitraġġ

8.

L-ex membri kollha ta’ bord ta’ arbitraġġ għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li huma kienu ppreġudikati fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew li bbenefikaw minn xi deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ.

Kunfidenzjalità

9.

Ebda membru jew ex membru ta’ bord ta’ arbitraġġ ma għandu fl-ebda ħin

(a)

jiddivulga jew juża xi informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna xi proċedimenti quddiem il-bord ta’ arbitraġġ jew li tkun inkisbet matul tali proċedimenti, ħlief għall-finijiet ta’ dawk il-proċedimenti u fi kwalunkwe każ ma għandu jiżvela jew juża ebda tali informazzjoni biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa negattivament l-interessi ta’ oħrajn;

(b)

jiddivulga d-deliberazzjonijiet tal-bord ta’ arbitraġġ, jew il-fehmiet ta’ xi membru tal-bord.

10.

Ebda membru tal-bord ta’ arbitraġġ ma għandu jiżvela xi deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ jew partijiet minnha qabel il-pubblikazzjoni tagħha skont dan il-Ftehim.

Top