Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Indirizzar tat-theddid li qed jevolvi

Visual banner security

Iċ-ċiberkriminalità qed tiżdied, u l-kriminali qed jisfruttaw dejjem aktar l-iżviluppi teknoloġiċi għall-finijiet tagħhom stess. L-UE tgħin tgħammar lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri bl-għodod it-tajba biex jidentifikaw il-kriminali u jressquhom quddiem il-ġustizzja.

L-Ewropej qed jiffaċċjaw xenarju ta’ sigurtà li jinbidel il-ħin kollu, ikkaratterizzat minn theddid li qed jevolvi. Il-globalizzazzjoni, il-moviment liberu u t-trasformazzjoni diġitali jkomplu jġibu l-prosperità, jagħmlu ħajjitna aktar faċli, u jixprunaw l-innovazzjoni u t-tkabbir. Iżda flimkien ma’ dawn il-benefiċċji hemm riskji inerenti, bħal

  • żieda fil-malware u fis-serq tad-data
  • mediċini foloz u ffalsifikati li jinfiltraw il-katina tal-provvista leġittima tal-farmaċewtiċi
  • żieda esponenzjali ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online

Iż-żieda tal-Internet tal-oġġetti u l-użu akbar tal-intelliġenza artifiċjali se jġibu sett ġdid ta’ riskji kif ukoll benefiċċji ġodda.

Hi meħtieġa azzjoni konkreta biex jiġu indirizzati t-theddidiet għaċ-ċittadini, bħat-terroriżmu, l-estremiżmu jew l-abbuż sesswali tat-tfal, taħt qafas li jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħna. Prijorità ewlenija f’dan ir-rigward hi l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tixrid ta’ kontenut illegali online.

Il-ġlieda kontra t-theddid ibridu hi waħda mill-aktar sfidi kumplessi li qed jiffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha. L-UE stabbilixxiet firxa wiesgħa ta’ miżuri sabiex ittejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni, tagħti spinta lir-reżiljenza fis-setturi kritiċi kollha, u tipprevedi rispons u rkupru adegwati f’każ ta’ kriżi u tikkoopera ma’ pajjiżi u organizzazzjonijiet tal-istess fehma. Rapporti ta’ progress regolari jqisu l-progress li sar fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu.

Ċiberkriminalità

Infurzar tal-liġi modern