Page contents Page contents Introduzzjoni Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (JTM) hu għodda ewlenija biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni lejn l-ekonomija newtrali għall-klima sseħħ b’mod ġust u li ħadd ma jibqa’ lura. Hu jipprovdi appoġġ immirat biex jgħin jimmobilizza madwar €55 biljun matul il-perjodu 2021-2027 fir-reġjuni l-aktar affettwati, biex itaffi l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni. Jeħtiġilna nuru solidarjetà mar-reġjuni l-aktar affettwati fl-Ewropa, bħalma huma r-reġjuni tal-estrazzjoni tal-faħam u oħrajn, biex jiġi żgurat li l-Patt Ekoloġiku jingħata l-appoġġ sħiħ ta’ kulħadd u jkollu ċ-ċans li jsir realtà. Finanzjament Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jindirizza l-effetti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni, billi jiffoka fuq ir-reġjuni, l-industriji u l-ħaddiema li se jiffaċċjaw l-akbar sfidi, permezz ta’ 3 pilastri: Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ġdidta’ €19.7 biljun fi prezzijiet attwali, hu mistenni li jimmobilizza madwar €7.3 biljun ta’ kofinanzjament nazzjonali, li jammonta għal total ta’ €27 biljun.Skema għal "Tranżizzjoni Ġusta" ta’ InvestEUse tipprovdi garanzija baġitarja taħt il-programm InvestEU fl-4 sezzjonijiet ta’ politika u Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU li se jaġixxi bħala punt ta’ dħul ċentrali għal talbiet għal appoġġ konsultattiv. Hu mistenni li jimmobilizza €10-15-il biljun fil-biċċa l-kbira f’investimenti mis-settur privat.Faċilità ġdida ta’ Self għas-Settur Pubblikuse tgħaqqad €1.5 biljun f’għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-UE ma’ €10 biljun ta’ self mill-Bank Ewropew tal-Investiment, biex timmobilizza €18.5 biljun ta’ investiment pubbliku. Fond għal Tranżizzjoni Ġusta Il-pjanijiet għal tranżizzjoni territorjali ġusta jiddefinixxu t-territorji li fihom se jintuża l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. L-identifikazzjoni ta’ dawn it-territorji ssir permezz ta’ djalogu mal-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet jistabbilixxu kemm l-isfidi f’kull territorju, kif ukoll il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-iżvilupp li jridu jintlaħqu sal-2030. Huma jidentifikaw it-tipi ta’ operazzjonijiet previsti u jispeċifikaw il-mekkaniżmi ta’ governanza. L-approvazzjoni tal-pjanijiet għal tranżizzjoni territorjali ġusta tiftaħ il-bibien għal finanzjament iddedikat taħt iż-żewġ pilastri l-oħrajn tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Pjattaforma għal Tranżizzjoni Ġusta Il-Pjattaforma għal Tranżizzjoni Ġusta tassisti lill-pajjiżi u lir-reġjuni tal-UE fit-tranżizzjoni ġusta. Din tikkonsisti f’punt uniku ta’ aċċess u f’helpdesk. Hi tipprovdi appoġġ tekniku u konsultattiv komprensiv. L-awtoritajiet u l-benefiċjarji jistgħu jaċċessawha biex isibu dak kollu li jeħtieġu li jkunu jafu dwar il-fondi, inklużi l-opportunitajiet, l-aġġornamenti regolatorji rilevanti jew inizjattivi speċifiċi għas-settur. Il-Pjattaforma tippromwovi wkoll b’mod attiv l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati kollha involuti, inkluż permezz ta’ laqgħat regolari fiżiċi u virtwali. Jekk għandek mistoqsija dwar il-Mekkaniżmu/Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, jekk jogħġbok imla l-formola ta’ kuntatt. Pjattaforma għal Tranżizzjoni ĠustaAċċess għall-pjattaforma Min se jibbenefika? L-appoġġ se jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha, iffukat fuq reġjuni bl-aktar użu intensiv ta' karbonju jew li għandhom l-aktar nies li jaħdmu fil-fuels fossili. L-Istati Membri jistgħu jiksbu aċċess billi jħejju pjanijiet għal tranżizzjoni territorjali li jkopru l-perjodu sal-2030, u jidentifikaw it-territorji li għandhom jingħataw l-aktar appoġġ. Il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu wkoll modi biex jiġu indirizzati bl-aħjar mod l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali. Persuni u ċittadini, l-aktar vulnerabbli għat-tranżizzjoni Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jipproteġihom billijiffaċilita l-opportunitajiet ta’ impjieg f’setturi ġodda u f’dawk fi tranżizzjonijoffri opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdiditejjeb l-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġijajinvesti fil-ġlieda kontra l-prekarjetà enerġetikajiffaċilita l-aċċess għal enerġija nadifa, affordabbli u siguraKumpaniji u setturi, attivi jew li jinkludu industriji b’użu intensiv ta' karbonju Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jipproteġihom billijappoġġja t-tranżizzjoni għal teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju u d-diversifikazzjoni ekonomika bbażata fuq investimenti reżiljenti għat-tibdil fil-klima u l-impjiegijoħloq il-kundizzjonijiet attraenti għall-investituri pubbliċi u privatijipprovdi aċċess aktar faċli għal self u appoġġ finanzjarjujinvesti fil-ħolqien ta’ ditti ġodda, SMEs u start-upsjinvesti f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoniStati Membri u reġjuni, b’dipendenza għolja fuq il-fuels fossili u l-użu intensiv ta’ karbonju Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jipproteġihom billijappoġġja t-tranżizzjoni għal attivitajiet b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klimajoħloq impjiegi ġodda fl-ekonomija ekoloġikajinvesti fit-trasport pubbliku u sostenibblijipprovdi finanzjament għal assistenza teknikajinvesti f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbliitejjeb il-konnettività diġitalijipprovdi self affordabbli lill-awtoritajiet pubbliċi lokaliitejjeb l-infrastruttura tal-enerġija, tat-tisħin distrettwali u tan-networks tat-trasport.