Mur għall-kontenut ewlieni

Nipproteġu l-ambjent u l-oċeani bil-Patt Ekoloġiku

Nippreservaw l-ambjent tagħna

L-ibħra, l-oċeani u l-ambjent tal-Ewropa huma sors ta’ ġid naturali u ekonomiku għall-Ewropa. Irridu nippreservawhom u nipproteġuhom biex niżguraw li dawn ikomplu jsostnuna fil-futur.

Il-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jinkludu

  • il-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tagħna
  • it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija
  • iċ-ċaqliq lejn ekonomija ċirkolari
  • it-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart
  • l-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-ekonomija blu u tas-setturi tas-sajd tagħna

Permezz tal-ħidma fuq dawn l-oqsma ewlenin, l-UE se ttejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, tindirizza l-problemi ambjentali u tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi biex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, t-trasport u t-tassazzjoni jiġu adattati sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Fiċ-ċentru tal-attenzjoni