
L-ewwel rapport dwar l-istat tad-Deċennju Diġitali juri li jeħtieġ li naċċelleraw u napprofondixxu l-isforzi kollettivi tagħna biex immexxu ’l quddiem it-tranżizzjoni diġitali tal-Ewropa. Biex dan jinkiseb, hu kruċjali li jkun hemm il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ politika, u aktar investimenti.
Ir-rapport juri li l-ħiliet diġitali għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri. Neħtieġu riformi biex nedukaw, nattiraw u nżommu t-talent. Jeħtieġ li niżguraw li s-servizzi pubbliċi diġitali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, u li nipprovdu lil kulħadd bl-għodod meħtieġa biex jibbenefika mit-trasformazzjoni diġitali. Dan jinkludi kopertura mobbli b’veloċità għolja kullimkien, aċċess online għar-rekords tas-saħħa, u l-użu tal-eIDs.
Ir-rapport iressaq rakkomandazzjonijiet konkreti, b’mod partikolari kif għandhom jingħalqu l-lakuni fl-investiment u titħaffef it-trasformazzjoni diġitali. Il-Kummissjoni se taħdem id f’id mal-Istati Membri biex timxi ’l quddiem u tilħaq l-għanijiet komuni tagħna.
Għal aktar informazzjoni
Id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa
Skeda informattiva dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali
L-ewwel rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali
Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar l-ewwel rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 Settembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni