Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat azzjonijiet biex tagħti spinta lill-industrija Ewropea tal-enerġija mir-riħ. Biex tintlaħaq il-mira tal-UE li tirrikjedi li 42.5% tal-enerġija tal-UE tkun rinnovabbli sal-2030, se jkollna bżonn żieda enormi fil-kapaċità installata ta’ potenza mir-riħ. Dan il-pjan ta’ azzjoni se jiżgura li l-enerġija mir-riħ tkompli tkun storja Ewropea ta’ suċċess. Flimkien, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-industrija se jaġixxu f’sitt oqsma ewlenin: Introduzzjoni aktar mgħaġġla Titjib fid-disinn tal-irkant li jiżgura li l-proġetti jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin Aċċess għall-finanzjament Ambjent internazzjonali ġust u kompetittiv Żvilupp tal-forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati Ħidma mill-qrib mal-industrija u l-Istati Membri Il-Kummissjoni rrappurtat ukoll dwar l-istat tal-Unjoni tal-Enerġija, b’mod partikolari kif l-UE wieġbet b’mod effettiv għall-użu tal-provvisti tal-enerġija tagħha bħala arma mir-Russja, billi aċċellerat it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iddiversifikat il-provvisti, u ffrankat l-enerġija. Ir-rapport jissottolinja li l-UE jeħtieġ li tkompli tiżgura enerġija affordabbli, affidabbli u aċċessibbli għall-familji u ssaħħaħ il-kompetittività industrijali u ekonomika tal-industrija tagħha, filwaqt li tappoġġja l-investimenti f’teknoloġiji nodfa. Għal aktar informazzjoni Il-Patt Ekoloġiku Ewropew L-enerġija mir-riħ tal-UE Skeda informattiva dwar l-enerġija mir-riħ Skeda informattiva dwar ir-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija Video dwar il-proposti għall-enerġija mir-riħ Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi azzjonijiet immedjati biex tappoġġja l-industrija Ewropea tal-enerġija mir-riħ Stqarrija għall-istampa: L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2023: L-UE twieġeb b’mod effettiv għall-kriżi, tħares lejn il-futur, u taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika Dettalji Data tal-pubblikazzjoni24 Ottubru 2023AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni